Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kirja tas-Saluting Battery fil-Belt? Jista' jgħid kif intagħżlet il-kumpanija li għandha dritt esklussivli tagħmel tiġijiet u funzjonijiet oħra f'dan il-post u kemm qiegħed idaħħal il-gvern mill-flus li jitħallsu għal dawn l-attivitajiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Saluting Battery fil-Belt kienet mgħoddija lill-Fundazzjoni Wirt Artna permezz ta’ Att Nutarili fis-26 ta’ Jannar 2009, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura

Belt — kiri tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-kirjiet li jeżistu fir-rigward tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel fil-Belt? Jista' jgħid kif intagħżlu l-kumpaniji li għandhom dritt esklussiv li jagħmlu tiġijiet u funzjonijiet oħra f'dawn il-postijiet u kemm qed idaħħal il-gvern mill-flus li jitħallsu għal dawn l-attivitajiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ġnien ta' Hastings huwa amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Belt u għaldaqstant nistiedenu biex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari. Rigward il-Barrakka t'isfel ninfurmah li ebda kumpanija m’ghanda dritt esklussiv għall-użu tal-Barakka t’Isfel. Kull min jixtieq jikri dan il-ġnien għal xi attività, jista’ japplika mal-MELP għall-użu tal-gnien. Jekk il-ġnien ikun vakanti u available allura il-kirja tkun approvata. Il-applikant jista’ imbgħad iqabbad lil min irid għall-armar, catering, mużika, etc. Il-kontribuzzjonijiet mogħtija jibqgħu jintużaw biss għaż-żamma u għat-titjib fil-istess ġonna. Ir-kontribuzzjoni tvarja skond x’tip ta’ attività ser isir, kemm ser ikun hemm nies mistiedna, hix attività privata jew miftuħa għall-pubbliku, u jekk il-kerrej hux kumpanija li taħdem bi qliegħ jew entità tal-gvern jew NGO.

Ċirkewwa — triq ġdida - bini kontra l-istandards

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-triq ġdida taċ-Ċirkewwa tiffurmax parti mit-Ten T Network? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni għala din it-triq mhux tinbena skont l-istandards rikjesti b'żewġ lanes fuq kull naħa? Ma jaħsibx li jekk f'din it-triq li hija tant traffikuża b'vetturi kbar u jkun hemm inċident fuq single lane, tista' tinqala konġestjoni kbira u li twassal għat-telf tat-tluq tal-Gozo Ferry?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq taċ-Ċirkewwa tifforma parti mit-TEN-T Network u li ma hemmx standard li minħabba din il-kwalifikazzjoni t-triq irid ikollha awtomatikament żewġ lanes fuq kull naħa. In-numru ta’ lanes li jkun hemm bżonn fi triq jiġi deċiż skont il-fattur tal-volum tat-traffiku fost l-oħrajn. Rigward tal-osservazzjoni tal-Onorevoli Interpellant, mid-disinji ta’ din it-triq huwa nnutat illi l-wisa’ tal-karreġġjati f’din it-triq (direzzjoni lejn it-terminal) hija ta’: a) bejn il-Palazz tal-Marfa u t-terminal tac-Cirkewwa: 7.4 metri fil-maġġoranza tagħha u ċioe 4.2 metri tal- lane għall-vetturi u 3.2 metri tax- shoulder . b) bejn in-Niċċa tal-Madonna u l-Palazz l-Aħmar: 4.2 metri fil-maġġoranza tagħha tal- lane għall-vetturi u 1.5 metru ta’ cycle pat h li jagħmlu total ta’ 5.7 metri. Filwaqt li wieħed ma jistax jippjana għal kull dinamika ta’ inċident, din il-wisa’ tnaqqas ir-riskju li jkun hemm għeluq totali tal-karreġġjata fil-każ li jkun hemm inċidenti fit-triq in kwistjoni. Ta’ min wieħed isemmi wkoll illi is- central barrier li kienet implimentata f’dan il-proġett saret biex tiġi mtejba s-sigurta’ tax-xufiera li jużaw din it-triq, u din is-sigurta’ għandha dejjem tieħu l-priorita fid-disinn.

Airmalta — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Minsitru jispjega għaliex wara li waqfet diversi ħaddiema mis-sezzjoni tal-luggage handling/cargo, l-Airmalta qiegħda terġa' timpjiega ħaddiema f'dan id-dipartiment inkluż loading?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Dipariment tal-Proprjetà tal-Gvern — Trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33506 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32728, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew trasferiti skont il-policies tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lill-għaqdiet non-governattivi f'din il-leġislatura? Jista' jgħid kull proprjetà għal liema skop ġiet trasferita u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33506.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Patri Andrew Azzopardi - Bini tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34033 u jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbena Triq Patri Andrew Azzopardi Ħaż-Żebbuġ peress li f'din it-triq hemm ħafna residenti u fl-istat li hi toħolqilhom inkonvinjent kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

informazzjoni dwar it-tul tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34034 u jgħid x'inhu t-tul ta' toroq f'Malta u Għawdex separatament li huma kklassifikati bħala arterjali, distributorji u lokali separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Negozjati rigward il-privatizazzjoni tal-Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in-negozjati dwar il-privatizzazzjoni tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta għadhomx għaddejjin? Jekk fl-affermattiv, ma min qegħdin isiru dawn in-negozjati? Jista' jgħid jekk in-negozjati jispeċifikawx jekk il-Petroleum Division hiex se tinbiegħ bil-ħaddiema li hemm inklużi? Meta hu l-ħsieb li jiġu finalizzati dawn in-negozjati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li n-negozzjati dwar l-privatizzazzjoni tal-operat tal-Petroleum tal-Korporazzjoni Enemalta għadhom għaddejjin mal BB Energy. Din il-konċessjoni se tingħata bħala ‘going concern’ jiġifieri bil-ħaddiema, a bażi tar-regoli tat-trasferiment ta’ negozju (transfer of business).

Airmalta — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34037 u jispjega għaliex wara li waqfet diversi ħaddiema mis-sezzjoni tal-luggage handling/cargo, l-Airmalta qiegħda terġa' timpjiega ħaddiema f'dan id-dipartiment inkluż loading?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Airmalta — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Minsitru jispjega għaliex wara li waqfet diversi ħaddiema mis-sezzjoni tal-luggage handling/cargo, l-Airmalta qiegħda terġa' timpjiega ħaddiema f'dan id-dipartiment inkluż loading?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħad-Dingli — Triq il-Kbira u Triq il-Mitħna - tabella ta' bus stop

Question

Jista l-Ministru jara li t-tabella tal-bus stop li kienet imwaħħla ma' ħajt u li issa ġiet imwaħħla ma' arblu fuq il-bankina fejn il-ħanut Hilltop fi Triq il-Kbira u Triq il-Mitħna f'Ħad Dingli, titneħħa minħabba li l-arblu fil-bankija qiegħed ta' inkonvenjent kbir għal min juża l-bankina għax ma jippermettiex li jgħaddi wheelchair jew pushchair?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta.

Kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekjat il-meter tad-dawl u l-ilma tal-proprjetà li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament peress li l-kont tal-ilma hu esaġerat u jiżboq dak tal-elettriku għal-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Dipartiment tat-Tindif Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kantant li d-dettalij dwaru qed jingħataw separatament, ġiex maħtur konsulent mad-Dipartiment tat-Tindif Pubbliku? Jekk fl-affermattiv x'qiegħed jitħallas għas-servizz li jagħti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ġietx impjegata bħala co-ordinator tal-kampanja favur l-Indafa Pubblika. Din il-persuna ntagħażlet li hi wiċċ familjari u li kapaċi tikkomunika mal-pubbliku. Qiegħed inpoġġi kopja tal-kuntratt mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra

Ħ'Attard — servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li xi rotta tal-Arriva tiġi emendata biex il-vetturi jaslu sa Triq Santa Katerina Ħ'Attard fejn qabel kien hemm il-venda għax din l-area mhix milħuqa bis-servizz tat-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hekk kif diġà ġie mħabbar fil-ġimgħat li għaddew, din iż-żona se tkun moqdija permezz tar-rotta 54 wara li jidħlu fis-seħħ il-modifikazzjonijiet li hemm maħsuba għas-27 ta’ Mejju 2012.

MEPA — breakdown tad-dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33505 u jagħti breakdown tad-dħul tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn sorsi diffrenti għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.

Dipariment tal-Proprjetà tal-Gvern — Trasferiment ta' proprjetà

Question

B'refernza għall-mistoqsija parlamentari 32728, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew trasferiti skont il-policies tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lill-għaqdiet non-governattivi f'din il-leġislatura? Jista' jgħid kull proprjetà għal liema skop ġiet trasferita u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tl-Kamra.

ilment rigward housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet fuq l-ilment rigward Housing Estate li sar aktar minn tliet snin ilu u li r-referenza dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jghaddi aktar dettalji sabiex l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ twiegeb din il-Mistoqsija ghaliex ir-referenza provduta fil-mistoqsija m’hiex korretta u ghalhekk ma tistax tigi identifkata l-blokka li ghaliha qeghda ssir referenza.

Għadira għaċ-Ċirkewwa — wesgħa tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma l-wesgħa tat-triq il-ġdida li tagħti mill-Għadira għaċ-Ċirkewwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li: 1. bejn in-Niċċa (Triq il-Marfa ma’ Triq l-Armier) u il-Palazz tal-Marfa (Triq il-Marfa mat-triq li tagħti għar-Ramla tal-Bir) - a. c. 4.2m (1-lane) minn kurduna sa kurduna fuq il-karreġġjata għaċ-Ċirkewwa b. c. 7.8m (2-lane) minn kurduna sa kurduna fuq il-karreġġjata għall-Għadira 2. bejn il-Palazz tal-Marfa u t-Terminal taċ-Ċirkewwa a. c. 4.2m (1-lane) minn kurduna sa queuing lane fuq il-karreġġjata għaċ-Ċirkewwa b. c. 3.2m (1-lane) queuing lane fuq il-karreġġjata għaċ-Ċirkewwa c. c. 4.2m (1-lane) minn kurduna sa kurduna fuq il-karreġġjata għall-Għadira

Ħaż-Żebbuġ — Triq Patri Andrew Azzopardi - bini tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbena Triq Patri Andrew Azzopardi Ħaż-Żebbuġ peress li f'din it-triq hemm ħafna residenti u fl-istat li hi toħolqilhom inkonvinjent kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.