Issa li beda jaħdem is-Sewage Treatment Plant tax-Xgħajra, jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant ta' Sant' Antnin twaqqafx milli jopera? Jekk fin-negattiv, u huwa fil-ħsieb li jitwaqqaf, meta hu pjannat li jsir dan? Hemm xi data iffisata sa meta dan l-impjant irid jiġi żarmat u mneħħi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-impjant ta’ Sant’ Antnin għadu jopera minkejja li beda jaħdem l-impjant f’ Ta’ Barkat. Dan sabiex inkomplu nipprovdu ilma għat-tisqija. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għalhekk żammet dan l-impjant jopera għalkemm il-kwalita’ mill-latt ta’ mluħa mhuwiex sodisfaċenti.
Dan l-impjant ser jibqa jitħaddem sakemm il-proġett tat-tieni fażi ta’ trattament li għandha twassal għat-tneħħija ta’ mluħa żejda jkun lest. Il-proposta tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qeda quddiem il-MEPA kif ukoll qed tiġi ikkunsidrata għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.
Waqt dan il-perjodu l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tieħu l-opportunita’ biex ittaffi permezz ta’ Sant’ Antnin l-impatt ta’ skart mhux domestiku liema impatt joħloq pressjoni fuq l-operat ta’ l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ domestiku.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft Ta' Qali Local Plan li ġie ppublikat ftit taż-żmien ilu?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja ta' dan d-dokument jinsab fuq il-website tal-MEPA taħt http://www.mepa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=1437
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu taħrikiet skont parti IV tal-Avviż Legali 295/07 kontra ksur tar-regolamenti dwar l-immaniġjar ambjentali tas-siti tal-kostruzzjoni kif jingħad f'mistoqsija parlamentari 35802?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bejn 1 ta’ Jannar u l-15 ta’ Ġunju ta’ din is-sena saru madwar 341 spezzjonijiet fejn 157 minnhom irriżulta li kienu spezzjonijiet li saru darba peress li fejn kien hemm problemi s-sitwazzjoni rranġat mill-ewwel. Skont il-ħtieġa jsir il-follow-up meħtieġ biex jkun eliminat kull inkonvenjent lill-terzi u ma kien hemmx każijiet rappurtati fejn inħass li kien hemm ħtieġa ta’ passi ulterjuri. Mingħajr ma jkun eskluż li jittieħu l-passi legali fejn u meta deliberatament ma tkunx qieghda tkun seġwita l-liġi, huwa wkoll l-każ li l-operaturi jiġu edukati fil-ħarsien strett tal-parametri tal-liġi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35801, 35675, 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan sabiex l-użu ta' Civic Amenity Sites isiru bi ħlas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop waħdani fit-twaqqif ta’ dawn iċ-Centri kien espliċitament immirat biex skart goff li joriġina minn djar jkun jista’ jiġi depositat, ninfurmah li ma hemm l-ebda pjan għall-introduzzjoni ta’ tariffi għal depożitu ta’ skart goff u/jew perikoluż li jorigina mid-djar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35675, 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35677 u cioè: B'referenza għal construction site management regulations imposta mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices fuq siti li ma kenux konformi ma' dawn ir-regolamenti matul is-snin 2010, 2011 u 2012 sal-lum kull sena separatament? Kemm minn dawn l-enforcement notices inħarġu għax siti ta' kostruzzjoni ma kenux magħluqa bl-iscaffolding u ma pprovdux safe passage għal terzi?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita ma' toħroġx Avvizi t' Infurzar (enforcement notices) dwar ksur tar-Regolamenti ta' l-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni. Nuqqasijiet minn persuni li jwettqu tali reati tinħarġilhom taħrika skond Parti IV tal-Avviż Legali 295/07 u jekk jinstabu ħatja minn Kummissarju tal-Gustizzja, jitwaħħlu multi skond kif stipulat fl-istess Avviż Legali. Dettalji ta' kemm inħarġu taħrikiet minn dan it-tip matul s-snin indikati fl-Interpellanza għandha tinġabar mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijarijiet Rurali, li fuqu għaddiet ir-responsabilta tal-imanniġġar ta' dawn ir-Regolamneti f'nofs l-2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-istima għall-bini ġdid tal-pitch tal-water polo f'Birżebbuġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa inħarġet is-sejħa għall-offerti mid-Dipertiment tal Kuntratti għall-bini ta’ dan il-pitch liema sejħa għalqet u tinsab fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni. Għaldaqstant mhuwiex opportun li jkunu ppubblikati l-istimi f’dan l-istadju
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vapuri ġodda li għandha l-Gozo Channel? Kemm ġew jiswew dawn il-vapuri, kull wieħed separatament? Kemm saru spejjeż fuq dawn il-vapuri minn meta ġew varati sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Gozo Channel ma għandhiex vapuri ġodda. It-tliet vapuri li qed topera bħalissa huma it-Ta’ Pinu, il-Gaudos u l-Malita li ġew varati rispettivament fl-2000, l-2001 u l-2002 jiġifieri medja ta’ ħdax-il sena ilu. L- MV Ta’ Pinu ġie jiswa 37.3 miljun ewro, filwaqt illi l- MV Gaudos u l- MV Malita swew 32.6 miljun ewro kull wieħed.
Spejjeż fuq dawn il-vapuri minn meta ġew varati sal-lum kienu ta’ €2.8 miljun.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għal construction site management regulations imposta mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices fuq siti li ma kenux konformi ma' dawn ir-regolamenti matul is-snin 2010, 2011 u 2012 sal-lum kull sena separatament? Kemm minn dawn l-enforcement notices inħarġu għax siti ta' kostruzzjoni ma kenux magħluqa bl-iscaffolding u ma pprovdux safe passage għal terzi?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Birżebbuġa — Qajjenza - Għeluq ta' depot tal-gass tal-Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jingħalaq id-depot tal-gass tal-Korporazzjoni Enemalta fil-Qajjenza f'Birżebbuġia?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-impjant tal-Gas tal-Qajjenza jingħalaq meta l-Gasco tibda topera l-impjant il-ġdid tagħha f’Bengħajsa. Jidher li min-naħa tal-Gasco s’issa kollox miexi skont l-iskeda u huwa mmirat li dan iseħħ lejn l-aħħar ta’ Lulju 2012.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Belt — kiri tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34380, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kirijiet li saru fuq dan il-ġnien f'dawn l-aħħar erba' snin kif ukoll l-ismijiet tal-kerrejja tal-kontestazzjonijiet li kull wieħed għamel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tall-Onorevoli Interpellant fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4380 kont spegajt li l-Ġnien Ta’ Hastings kien devolut lill-Kunsill Lokali tal-Belt, ninfurmah li għaldaqstant dan il-Ministeru m’għandux l-informazzjoni mitluba dwaru. Għar-rigward tal-Ġnien tal-Barrakka t’Isfel ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba għar-rigward il-Barrakka t’ Isfel. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu imsemmi ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34533, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti li saret għall-użu esklussiv tal-proprjetajiet tal-gvern li qegħdin f'idejn Fondazzjoni Wirt Artna kif ukoll lista tal-offerti li ġew sottomessi u kopja tal-ftehim li sar bejn FWA u Island Caterers?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi għar-risposta li diġà ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 34533 fejn kien spjegat illi l-ħarsien u l-amministrazzjoni tas-saluting Battery fil-belt Valletta hija fdata lill-Fondazzjoni Wirt Artna permezz ta’ Att ta’ Kurazija ffirmat fl-2010 u mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra war ali kien approvat mill-Kabinett u mill-Kumitat ta’ Garanzija.
Skond dan l-Att, hija l-Fondazzjoni Wirt Artna li għandha l-kompitu u r-responsabbiltà li tamministra l-operazzjoni u l-loġistika ta’ funzjonijiet privati u pubbliċi skont termini u arranġamenti li tagħ¿el hi.
Ħal Luqa — bdil ta' bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34931 u jikkonferma li qegħdin jiġu mibdula l-bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Ħal Luqa? Jekk fl-affermattiv xi bżonn kien hemm għal dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa x-xogħol kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-bibien li ser jinbidlu bħalissa huma ħamsa, bi spiża ta’ Euro 2,000. Dan qed isir parti mix-xogħol ta’ refurbishment tal-uffiċċji. L-aħħar li sar dan it-tip ta’ xogħol kien meta l-Korporazzjoni mxiet għall-uffiċċji f’ Hal-Luqa fl-1992.
Ix-xogħol kollu li qed isir bħalissa u stmat €102,000. Dettalji ta’ dan qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.