Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz ta' trasport bil-Baħar fil-port il-kbir u port ta' Marsamxett

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda is-servizz ta' trasport pubbliku bil-baħar fil-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsamxett wara li għaddew aktar minn sitt xhur li ġiet mibgħuta l-letter of acceptance lill-kuntrattur magħżul? Min hu l-kuntrattur li se jipprovdi dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt (Service Contract) ġie ffirmat it-Tnejn l-1 ta' Ottubru 2012. Dan wara li l-Qorti ma' laqgħetx it-talba għall-ħruġ ta' Mandat ta' Inħibizzjoni li kien ġie ppreżentat minn xi operaturi ta' water taxis. Is-servizz fil-port ta’ Marsamxett bejn Tas-Sliema u l-Belt se jibda fil-ġranet li ġejjin. Huwa ppjanat li s-servizz fil-Port il-Kbir jibda' mal-ftuħ tal-lift tal-Barrakka. L-Operatur huwa Marsamxetto Steamferry Limited.

stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibli li jiġi stallat lift bi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret spezzjoni fuq il-fond fit-2 ta’ Ottubru, 2012, u rriżulta illi sfortunatament mhux fiżikament u legalment possibli illi jiġi nstallat lift.

Transport Malta — xogħol ta' manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-link roads li Transport Malta għamlet xogħol ta' manutenzjoni fuqhom matul din is-sena sal-lum? Kemm kien il-valur tax-xogħol f'kull triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li jiġi stallat lift fi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret spezzjoni fuq il-fond fis-27 ta’ Settembru, 2012, u rriżulta illi sfortunatament mhux fiżikament u legalment possibli illi jiġi nstallat lift.

Ħal Luqa — bdil ta' bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li qegħdin jiġu mibdula l-bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Ħal Luqa? Jekk fl-affermattiv xi bżonn kien hemm għal dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa ix-xogħol kollu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35162.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Regoli ta' ħidma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li kif sar f'pajjiżi oħra, tiġi introdotta legalazzjoni li permess tagħha persuni ma jittħallewx jaħdmu fuq barra meta is-sħana tax-xemx u l-livell tal-UV ikun tant għoli li jista' jkun hemm periklu tas-saħħa tal-impjegat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Permessi ta' fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-kundizzjoni li l-ex tabbrika Lowenbrau tintuża biss bħala birrerija ġiet imneħħija gratis permess ta' kuntratt ta' 3 ta' Diċembru 2009, mhux l-istess qiegħed issir rigward is-sit ta' ex lukanda Les Lapins f'Ta' Xbiex, kif jidher mis-sejħa għall-offerti li qegħda issir taħt avviz numru 82?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-Kundizzjoni li l-ex fabbrika Lowenbrau għadha tintuża biss bħala birrerija ma ġietx imneħħija gratis. Iċ-ċens tal-art fejn kien hemm il-fabbrika tal-Lowenbrau kien ċens perpetwu mhux riveddibli u skont is-Sezzjoni 1501 tal-Kodiċi Ċivili tal-Liġijiet ta’ Malta, ċens perpetwu mhux riveddibli jista’ jinfeda meta ikun irid iċ-ċenswalista kif fil-fatt ġara fi 3 ta’ Diċembru 2009. Peress li ċ-ċens ingħata biss bħala fabbrika għall-produzzjoni ta’ xorb u minkejja li l-kumpanija kellha d-dritt kollu li tifdi ċ-ċens kif għamlet, id-Dipartiment tal-Artijiet ħass li ma kienx ġust li l-kundizzjonijiet taċ-ċens kellhom jaqgħu mal-fidi taċ-ċens. Għalhekk permezz ta’ kuntratt tal-5 ta’ Ġunju 2012 ġie emendat il-kuntratt tat-3 ta’ Diċembru 2009 billi kif jipprovdi l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Art tal-Gvern (Kapitolu 268) tal-Liġijiet ta’ Malta, il-prezz tal-bejgħ tal-kundizzjonijiet ġie impartat ma’ kumpens dovut lis-sidien, għal art li kienet qiegħda tiġi akkwistata taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 88) tal-Liġijiet ta’ Malta. Kopja ta’ dan il-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward iċ-ċens ta’ l-ex lukanda Les Lapins f’Ta’ Xbiex, iċ-ċens huwa wieħed temporanju għal perjodu ta’ 99 sena u għaldaqstant, qatt ma jista’ jinfeda. Peress li l-kuntratt għandu klawsola speċifika li parti mill-art trid tiġi żviluppata bħala lukanda, u peress li skont il-Kapitolu 268 li jirregola t-trasferiment ta’ art tal-Gvern kwalunkwe modifika f’kuntratt tfisser trasferiment ta’ art daqs li kieku d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jiddisponi minn art mill-ġdid, il-modifika ta’ din il-kundizzjoni setgħet issir jew b’permezz ta’ sejħa għall-offerti jew permezz ta’ Riżoluzzjoni tal-Parlament. Din il-modifika saret permezz ta’ sejħa għall-offerti fejn l-istess ċenswalista kien l-uniku offerent.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħ'Attard — Toroq innumerati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Ħ'Attard għad iridu jiġu numerati? Meta se jitlesta dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ġeneralment eżerċizzju ta’ enumerzjoni isir fuq talba tal-Kummjissjoni Elettorali u/jew tal-istess Kunsill Lokali. L-eżerċizzju ta’ innumerar fid-diversi bliet u rħula ta’ Malta huwa wieħed kontinwu u regolari u r-riżultati jkunu ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern. Għaldaqstant ir-records li jinżammu mid-Dipartiment konċernat fi ħdan dan il-Ministeru jindikaw biss it-toroq fejn ikun sar l-innumerar.

sewwieqa tar-roti — regolamenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sewwieqa tal-roti humiex suppost jobdu r-regolamenti tat-traffiku bħal sewwieqa oħra b'mod partikolari f'każ ta' toroq one way?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li regolament 12 tal-leġislazzjoni sussidjarja 65.26 (Regolamenti dwar Ċikletti bil-Pedali u Muturi b’Qawwa Baxxa) jistipula li “Kull min isuq ċikletta bil-pedali jew li taħdem ukoll b’għajnuna ta’ mutur, fit-triq għandu josserva u joqgħod għar-regolamenti kollha tat-traffiku.”

barrieri li ġew mirduma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35974, 35801, 35675, 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-MEPA taf b'erbatax (14) -il barriera li ntradmu mingħajr permess. Minn dawn, ħames (5) barrieri għandhom każ li qiegħed jinstema fil-Qrati tal-Gustizzja u d-disgħa (9) barrieri l-oħra huma suġġetti għall-azzjoni ta' Twaqqif u Twettiq fejn l-proċess għadu pendenti. Id-disgħa barrieri msemmija huma: U/N quarry No Gozo Next to SG 01 U/N quarry tal –Harruba Siggiewi SM 03 Siggiewi SM 58 Qrendi U/N quarry No Imqabba Road Siggiewi U/N quarry No tal-Warda, Qrendi SM 30 Mqabba SM 47 Mqabba SM 04 & 64 Siggiewi

Belt — kiri tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel - Lista tal-kontribuzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35968 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35172, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi il-kontribuzzjoni li saret għal kull kirja li ġiet elenkata fid-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mill-istess risposta tal-mistoqsija parlamentari 35772?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba. Wieħed irrid jifhem li l-kontribuzzjoni tvarja skond numru ta’ fatturi fosthom jekk l-għaqda hiex waħda kummerċjali jew le u jekk l-aċċess jingħalaqx għal kollox jew le.

esportazzjoni ta' deheb

Question

Jista' l-Ministru jgħid tinżammx statistika dwar l-ammont ta' deheb esportat minn Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġie esportat deheb minn Malta matul it-tliet snin li għaddew (2009, 2010 u 2011) kull sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ deheb li ġie esportat minn Malta matul it-tliet snin li għaddew (2009 sa 2011) huwa dan li ġej: 2009 €12,097,648 2010 €47,159,124 2011 €41,621,554

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Belt — kiri tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel - Lista tal-kontribuzzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35172, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi il-kontribuzzjoni li saret għal kull kirja li ġiet elenkata fid-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mill-istess risposta tal-mistoqsija parlamentari 35772?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 34533 u 35174, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tas-Saluting Battery u proprjetajiet oħra li qegħdin f'idejn Fondazzjoni Wirt Artna tħalliex esklussivament f'idejn il-kumpaniji Island Caterers Lrd, kif intqal fir-risposta 34533 jew jekk hux qed isir mill-istess fondazzjoni kif intqal fir-risposta 35774? Fi kwalunkwe każ, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista ta' attivitajiet li saru fil-proprjetajiet tal-gvern li qegħdin f'idejn Fondazzjoni Wirt Artna f'dawn l-aħħar erba' snin, lil min ingħata l-permess biex jagħmel l-attività u kemm tħallas flus għal kull permess li ngħata?

Response (DEMARCO, MARIO)

Kif diġa’ ntqal qabel fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 34533 u 35174 il-Fondazzjoni Wirt Artna hija organizazzjoni mhux governattiva rreġistrata’ u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tingħata.