Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema tal-kuntratturi li hemm impjegati fid-diversi faċilitajiet tal-WasteServ? Min hu l-kuntrattur li jforni dawn in-nies? X'inhu x-xogħol li jagħmlu dawn il-persuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22378, ngħarrfu li ninsab infurmat li n-numru aġġornat ta’ ħaddiema tal-kuntrattur li huwa JF Services, huwa ta 298. Il-maġġoranza ta dawn l-ħaddiema huma f’livelli ta’ technicians, clerks, supervisors, drivers u operators/sorters.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' riabilitazzjoni tas-Salina inkluż ir-restawr tax-Ximenes Redoubt? Meta hu ppjanat li se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34391, ninfurmah li r-restawr tax-Ximenes Redoubt kważi tlesta u dalwaqt jibda ix-xogħol ta’ tlestija f’dan il-post li ser jinbidel f’Interpretation Centre. Rigward il-bini tat-tined tal-injam indikat fl-imsmmija tweġiba, x-xogħol miexi ġmielu u dalwaqt tibda titwaqqaf l-ewwel hut tal-injam
Bħalissa qed jiġu żvojtati is-salt pans u dalwaqt jibda ix-xogħol tar-restawr tas-salt pans innifishom. Ser tibda ukoll it-tiswija fuq il-ħajt ta’ barra li kien iġġarraf fil-maltempata tal-2003.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li hu kkalkulat li tlesta sal-lum fil-proġett ta' Bieb il-Belt inkluż il-Parlament il-Ġdid u tat-Teartu bla saqaf? Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija din:
Bini tal-Parlament il-Ġdid 58% completed
Teatru u l-Pjazza 60% completed
Proġett ta' Bieb il-Belt 35% completed
Ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta kollu għal Lulju 2013, dejjem jekk ma' jinqala' xejn imprevist.
sptarijiet u fid-djar tal-anzjani — kuntratturi il jipprovu carers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kuntratturi li jipprovdu carers fl-isptarijiet u fid-djar tal-anzjani? Liema huma dawn il-kumpaniji u kemm tipprovdi impjegati kull kumpanija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm kuntrattur wiehed li jipprovdi servizz ta Care Workers. Il-kumpanija hija Support Services Ltd li tipprovdi servizz kemm fl-isptarijiet, kif wkoll fid-djar tal-anzjani. Din il-kumpanija tipprovdi komplessivament 826 carer lid-Dipartiment tas-Saħħa.
użu tat-tieni karozza ministerjali — car allowance
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm tammonta l-car allowance li jingħata kull xahar il-Ministru li jagħżel li ma jagħmilx użu mit-tieni karozza ministerjali?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala fl-applikazzjonijiet li qegħdin jinħarġu għall-ingaġġ ta' ċertu paramediċi qiegħed jingħad li l-applikanti jridu jkunu jaħdmu l-isptar u mhuwiex meħtieġ li jkun SRN? Ma jidhirlux li din it-tip ta' kundizzjoni tista' tfisser li anke ħaddiema barranin (mhux mill-Unjoni Ewropea) jistgħu japplikaw għal dawn il-pożizzjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-sejħiet għall-postijiet paramediċi jinħarġu skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Kollettiv relevanti. Mhuwiex mifhum kif qed jiġi ddikjarat li dawn is-sejħiet għandhom jispeċifikaw li persuna tkun State Registered Nurse meta dawn jappartjenu għal klassi totalment differenti.
Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed imexxi l-azjenda "Naturalment Malti"?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li “Naturalment Malti” mhix azjenda kif qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. “Naturalment Malti” hija brand li l-Ministeru risponsabbli mill-Agrikultura ilu juża għal dawn l-aħħar snin sabiex ikun hemm aktar għarfien dwar il-prodott agrikolu lokali. F’dawn l-aħħar tliet snin saru diversi attivitajiet taħt din il-kampanja biex jippromovu il-prodott agrikolu Malti. Fost dawn l-attivitajiet, matul is-sena ġew organizzati diversi festi bħal dak tat-Tonn, Tal-Lampuki, Tal-Majjal u ħafna oħra. Dawn issiru bil-partiċipazzjoni ta’ ‘stake holders’ involuti. Din-kampanja qed titmexxa mid-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali u Akkwakultura taħt id-diriġenza tad-Direttur Ġenerali, Dr Mario Spiteri.
F’Lulju li għadda ġie mniedi wkoll standard li ser iwassal biex prodotti agrikoli lokali ta’ kwalità jkunu jistgħu jiġu mmarkati b’din it-tikketta li ser tagħti garanzija lill-konsumatur li l-imsemmija prodotti huma lokali u ta’ kwalità għolja. Din tista’ tinkiseb biss wara li jiġi segwit protokoll li kien pubblikat mill-Awtorità Maltija għall-Istandards u l-Kompetizzjoni Ġusta u imfassal flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' sussidju li ngħatat il-kumpanija Arriva matul l-ewwel 12-il xahar li operat is-servizz ta' trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-provedimenti rilevanti fil-kuntratt bejn Transport Malta u Arriva Malta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Ottubru 2011.
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-nurses barranin li qegħdin jinġiebu jaħdmu f'Malta huwiex isirilhom xi tip ta' eżami sabiex jikkwalifikaw bħala State Regulated Nurses?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuni kollha, kemm Malatin kif ukoll barranin, li jaħdmu mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità huma kollha reġistrati mal-Kunsill ta’ Malta għall-Infermiera u Qwiebel, u li sabiex jingħataw din ir-reġistrazzjoni jgħaddu minn proċess ta’ skrutinju.
Ħ'Attard — Triq Żagħfran - ċaqliq ta' pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jara li l-pelican lights li hemm fi Triq Żagħfran, Ħ'Attard jitresqu 'l isfel, qabel Triq Ħal Warda għax b'hekk il-vetturi li jkunu ħerġin minn Triq Ħal Warda fir-rush hour ikollhom aktar faċilità joħorġu mit-triq meta l-lights jippermettu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-post fejn saret l-pelican crossing fil-fatt huwa l-aħjar wieħed għax huwa minn hemm li jaqsmu l-aktar nies.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li ssir loading/unloading bay fi Triq San Pawl fir-Rabat, faċċata tal-parkeġġ magħruf bħala l-Għalqa ta' Kola għax f'din l-area hemmm numru kbir ta' ħwienet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji ta' Transport Malta, irriżulta li ma' hemm l-ebda talba għal kaxxa għall-ħatt u tagħbija ta' merkanzija għall-ħwienet
Jista' l-Ministru jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fl-iskemi tal-bini permezz tan-nationalization sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema mod ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra llum?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk t-twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li hu ikkalkulat li tlesta fil-bini taċ-Ċirkewwa Terminal? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta fil-binja l-ġdida taċ-Ċirkewwa Terminal huwa ta' madwar 90% u madwar 60% għall-proġett kollu. Ix-xogħol kollu tal-proġett huwa ippjanat li jitlesta f'Jannar 2013. Madankollu, it-terminal il-ġdid se jibda jintuża din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta sal-lum fil-proġett tal-Baċir Nru.1? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu biex il-pavimentar ġdid li qiegħed isir fil-Belt ma jibqax jiġi mtebba' biż-żjut ta' vetturi li jgħaddu minn fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.