Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36582 u jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fil-bini tal-French drains li kellu jinbena matul il-bypass tal-Imtarfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minħabba li s-soluzzjoni tal-French drains kienet ġiet proposta minn perit li llum m'għadux ma' Transport Malta, reġgħet ġiet evalwata s-sitwazzjoni u qegħdha tkun ikkunsidrata, li jista' jkun li hemm soluzzjonijiet aħjar mill-French drains, għal din is-sitwazzjoni f'din it-triq.
Paying Agency — technical support officers impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni sabiex jagħtu s-servizz ta' techincal support officers fi ħdan il-Paying Agency matul is-sena? Kif intagħżlu dawn il-persuni u f'liema lokalità joqogħdu? Kemm tħallas kull wieħed minnhom s'issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33604, ninformah li matul din is-sena kien hemm sittax-il uffiċjal li jkunu imsejħa jagħtu is-servizz tagħhom skont il-ħtieġa bħala Techincal Support Officers fi ħdan il-Paying Agency. Għaldaqstant il-ħlas jkun determinat minn-numru ta’ siegħat li kull wieħed minnhom jaħdem skont il-ħtieġa servizz u d-disponabbilità tal-individwu meta dan jissejjaħ. L-għażla ta’ dawn it-Technical Support Officers saret permezz ta’ intervistati min board ta’ għazla u ġew eżaminati skond kriterji li jintużaw fis-sistema tas-servizz publiku wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet. Il-kriterji li intżaw għall-għażla kienu skont kriterji użati fis-sistema tas-servizz publiku u kienu jinkludu tagħrif relatat, esperjenza relevanti, abiltajiet, kwalifiki u kwalitajiet personali.
Ninsab infurmat li dawn it-Technical Support Officers gejjin kif ġej: tnejn miż-Żebbug Malta, tnejn mill-Mosta, u wieħed minn kull lokalità ta’ Għargħur, Gudja, Luqa, Marsaxlokk, Pieta', Qawra, Qormi, San Ġwann, Santa Luċija, Siġġiewi, Victoria, Żabbar. Globalment dawn s’issa tħallsu €77,623.50 bejniethom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni sabiex jagħtu s-servizz ta' observer onboard on towing vessel matul din is-sena? Kif intagħżlu dawn il-persuni u f'liema lokalità joqogħdu? Kemm tħallas kull wieħed minnhom s'issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 36938 u 33604, ninfurmah li kienu ngaġġati tlettax-il (13) osservatur permezz ta’ Sejħa għal Servizz ta’ Observers on Board li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Ninsab infurmat li dawn l- Observers gejjin mill-Lokalitajiet kif ġej: ħamsa minn Marsaxlokk, u wieħed minn kull lokalità tal-Gzira, Ħad Dinġli, Mosta, San Ġiljan, San Pawl u Żejtun. Globalment dawn s’issa tħallsu €56,100 bejniethom. Il-ħlas jkun determinat minn-numru ta’ siegħat li kull wieħed minnhom jaħdem skont il-ħtieġa servizz u d-disponabbilità tal-individwu meta dan jissejjaħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni sabiex jagħtu s-servizz ta' biċċiera fil-Biċċerija tal-Marsa matul din is-sena? Kif intagħżlu dawn il-persuni u f'liema lokalità joqogħdu? Kemm tħallas kull wieħed minnhom s'issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena ġew ingaġġati ħdax-il (11) biċċiera wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet, maħruġa mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Dawn tpoġġew fuq il-minimu ta’ skala 16 b’rata ta’ €11,059 fis-sena konformi mal-klassifikazzjoni prelevanti fis-Servizz Governattiv.
Ninsab infurmat li dawn gejjin mill-lokalitajiet kif ġej: tlieta mix-Xewkija, tnejn mill-lokalitajiet tal-Munxar u tas-Sannat, u wieħed minn kull lokalità ta’ Kerċem, Rabat (Għawdex), Siġġiewi u Żebbuġ (Malta).
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux se tiddaħħal is-sistema tal-palm readers fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jekk fl-affermattiv, inħarġet it-tender għal dan ix-xogħol? Kemm se jitwaħħlu palm readers minn min rebaħ dan il-kuntratt u x'inhu l-valur tal-kuntratt?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Somma lis-sidien tal-artijiet ħdejn l-Għalqa ta' Kola
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet is-somma li tħallset lis-sidien tal-art magħrufa bħala l-Għalqa ta' Kola fejn illum hemm il-car park meta ġiet esproprijatha għal bini tal-istess car parks fir-Rabat?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi l-art indikata mill-Onorevoli Interpellant magħrufa bħala l-Għalqa ta’ Kola fir-Rabat fiha kejl ta’ 3579 metri kwadri. Minn din l-art ġie akkwistat 17/40 sehem indiviż ta’ 1557 metri kwadri għal prezz ta’ €245,960.87 u imgħax ta’ €299,902.16. Ġie akkwistat ukoll 1/4 ta’ 23/40 sehem indiviż tal-istess art bil-prezz ta’ €267,006.70 u imgħax ta’ €283,733.59 kif ġie stabbilit b’deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet. Għalhekk b’kollox sa issa tħallset is-somma ta’ €1,096,603.32. L-art rimanenti għada mhiex akkwistata mill-gvern peress li għadhom għaddejjin proċeduri quddiem il-Bord ta’ l-Arbitraġġ u għalhekk il-prezz tagħha għadu mhux stabbilit.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-gvern għal kiri tal-car park fl-Għalqa ta' Kola, ġewwa r-Rabat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Ministeru qed iħallas kera nominali ta’ 1 euro fis-sena lit Taqsima Proprjetà tal-Gvern fid-Dipartiment tal-Artijiet għall-kiri tal-car park f’ l-Għalqa ta’ Kola.
Dan il-ftehim kien sar biex il-Ministeru wettaq xogħol ta’ tisbiħ u
upgrading
f’dan is-sit li kien mitluq għal kollox.
In vista tat-tenders li ħarġu dwar il-car parks u peress li dawn it-tenders jagħtu d-dritt tal-ewwel rifjuż lil parkers eżistenti, jista' l-Ministru jgħid jekk il-car park il-ġdid li qiegħed jiġi mibni fix-Xagħra tal-Furjana ġiex diġà assejnat lil xi parker partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-post ta' parkeġġ pubbliku li bħalissa qiegħed jinbena fix-Xagħra tal-Furjana ġie assenjat liż-żewġ car park attendants li fil-preżent huma liċenzjati biex joperaw fis-sit ta’ parkeġġ ta’ ħdejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta; u dan minħabba li se jitneħħew minn dan is-sit ta' l-aħħar, li ser ikun parkeġġ riservat għall-membri Parlamentari.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36586 u jgħid liema toroq residenzjali ġodda nbnew matul din is-sena s'issa u kemm kienet in-nefqa għal kull triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36585 u jgħid x'sar mill-proġett ta' upgrading tal-Crafts Village f'Ta Qali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-aħħar xagħarejn sar xogħol fuq rikostruzzjoni tal-ħitan tal-konfini u oħrajn li kienu tas-sejjieħ. Sar ukoll pavimentar ta’ bankini ġodda u tisbiħ tal-paSsaġġ f’żoni varji tal-Crafts Village. Kisi tat-toroq f’żoni identifikati ser jibda wara li jsir stħarriġ permezz ta’ CCTV fuq id-dranaġġ li għaddej minn taħt dawn it-toroq, liema stħarriġ għandu jibda fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36573 u jgħid kemm intefqu flus fuq xogħlijiet fuq toroq arterjali u distributorji matul din is-sena sal-lum, kull triq separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36576 u jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fl-iskemi tal-bini permezz tan-nationalization sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema mod ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra llum?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36579 u jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta sal-lum fil-proġett tal-Baċir Nru.1? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta sal-lum fuq il-fażijiet kollha tal-proġett msemmi huwa ta' madwar 33%. Dan mistenni li jkun lest għal Lulju 2013; dejjem jekk ma jinqala xejn imprevist.
Jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu biex il-pavimentar ġdid li qiegħed isir il-Belt ma jibqax jiġi mtebba' biż-żejt tal-vetturi li jgħaddu minn fuqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Membru jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabli mit-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet skont l-iskema li għadha kif inħarġet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal binjiet mhux konformi mal-liġijiet tas-sanità mhux qegħdin isiru mill-uffiċjali tas-sanità iżda minn persuni li ftit għandhom esperjenza fit-tħaddin tar-regolamenti sanitarji?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36315 u cioè: B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36314, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar it-tpartit li sar bħala kumpens għall-bejgħ tal-kundizzjonijiet li kien hemm fil-kuntratt tal-fabbrika Lowenbrau?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji dwar it-tpartit li sar bħala kumpens għall-bejgħ tal-kundizzjonijiet li kien hemm fil-kuntratt tal-fabbrika Lowenbrau jinsabu mniżżla fil-kuntratt datat 5 ta’ Ġunju 2011 fl-atti tan-Nutar Dottor Nicolette Vella li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mal-Mistoqsija Parlamentari 36314.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.