Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38102, 37882, 37619, 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

MRA — konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tankijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38101, 37880, 37616, 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rabat — Għalqa ta' Kola - bini ta' car park

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38160 u 37887 u jgħid x'kienet in-nefqa li għamlet Transport Malta għal bini ta' car park fl-Għalqa ta' Kola fir-Rabat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Valletta — Tneħħija ta' Bollards minn Triq it-Teatru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38122 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru, kantuniera ma' Old Bakery Street, il-Belt, mhux talli tneħħew iżda anke t-toqob fejn kienu jitpoġġew issa ngħataw il-konkos u dan meta dawn il-bollards kienu jassiguraw li ma jidħlux vetturi fl-area pedonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prezzjiet tal-Mediċina Lyrica

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Lyrica li tittieħed minn pazjenti li jbgħatu minn bone density tingħata mill-gvern? Jista' l-Ministru jivverifika r-raġuni għala pilloli ta' 75g u ta 350g jibiegħu l-istess prezz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina Pregabalin (Lyrica) m'hijiex terapewtikament indikata għal persuni li jbatu minn problemi ta’ bone density. Din il-mediċina qegħda mniżżla fuq il-Formularju tal-Gvern u tingħata mingħajr ħlas skont il-protokol tal-Gvern, għall-pazjenti adulti li jbatu mill-kundizzjoni tal-epilepsija b’aċċessjonijiet parzjali bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja, jew ikunu qed ibatu minn uġiegħ newropatiku minħabba nevralġija fin-nerv triġeminali. Il-pilloli tal-75mg u 350mg tal-mediċina Pregabalin jiġu mixtrija mill-Gvern bi prezz ugwali, wara li jinħadem il-Maximum Reference Price individwalment u sussegwentament jiġi ppublikat tender u jsiru l-offerti għaliħ. Il-fatt li l-prezz huwa ugwali għaż-żewġ dożi huwa simili għal-każijiet oħra fl-Istati Membri, skont l-eżerċizzju tal-External Reference Pricing.

Valletta — Tneħħija ta' Bollards minn Triq it-Teatru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru, kantuniera ma' Old Bakery Street, il-Belt, mhux talli tneħħew iżda anke t-toqob fejn kienu jitpoġġew issa ngħataw il-konkos u dan meta dawn il-bollards kienu jassiguraw li ma jidħlux vetturi fl-area pedonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Applikazzjoni għad-dħul f'dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni għad-dħul fid-Djar tal-Anzjani tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment tingħata attenzjoni peress li din il-persuna m'għandhiex min idur biha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjana li qiegħed jrreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat fit-22 ta’ Awissu 2012. L-applikazzjoni ġiet approvata għar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul fis-27 ta’ Settembru 2012. B’hekk, qegħda fuq il-lista ta’ stennija għad-dħul f’din ir-Residenza.

Irranġar ta' ħsara fil-gallerija ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tittieħed azzjoni sabiex titranġa l-ħsara strutturali li hemm fil-gallerija tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u dan minkejja li sar rapport lill-pulizija aktar minn xahar ilu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ma kellha l-ebda rapport dwar ħsara strutturali li hemm fil-gallerija tal-proprjetà li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament. Intant id-Dipartiment ser jieħu passi sabiex jintbagħat perit fuq il-post biex jevalwa din il-ħsara.

MRA — konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tankijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37880, 37616, 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37882, 37619, 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Kbira - traffic hump għolja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37871 u jivverfika jekk it-traffic hump li hemm fit-Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ viċin ta' Triq il-Ħlewwa hijiex aktar għolja mid-daqs speċifikat u ħafna vetturi baxxi jispiċċaw iħħokku l-qiegħ magħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali ta' Transport Malta, irriżulta li din ir-Road Hump li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant, fi Triq il-Kbira, ma' ġietx approvata minn Transport Malta. Infurmat ukoll, li Transport Malta ħarġet notifika ta' nfurzar lill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ f'dan ir-rigward.

Sliema Bus Interchange — postijiet għall-kiosks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fil-pjanta tas-Sliema Bus Interchange ġew inkorporat x'post għal żewġ kiosks meta l-istess kiosks huma illegali u saħansitra ġew rifjutati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Permess tal-MCP Car Park

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37641 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37384, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll fuq il-pjanta approvati tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti approvati kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Marsa — Triq Diċembru Tlettax - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministur jwieġeb mistoqsija parlamentari 37640 u jgħid meta hu ppjanat li se jitlesta l-underpass fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa għax milli jidher fuq is-sit ir-ritmu tax-xogħol naqas b'mod sostanzjali f'dawn l-aħħar jiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif inhu magħruf dan il-proġett kien intaqa' ma dewmien minħabba sejbiet arkeoloġiċi . Barra minn hekk issa li ġej żmien il-Milied u żmien ix-xita u l-maltemp li jista' jikkawża ħsarat waqt ix-xogħlijiet komplikati li fadal, ġie deċiż li x-xogħol jiġi sospiż għal wara Frar 2013 biex b'hekk il-mira hija li x-xogħol jitlesta' qabel l-aħħar tas-sena d-dieħla.

Ħaddiema fis-sezzjoni tad-drenaġġ — injection kontra l-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ħaddiema li jaħdmu fis-sezzjoni tad-drenaġġ u li jmissu mad-drenaġġ fix-xogħol tagħhom, mhux qegħdin jingħataw l-injection li soltu jingħataw bħala prekawzjoni kontra l-mard?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħala parti mill-proċess sabiex tipproteġi lill-ħaddiema tagħha kontra l-mard, tibgħat lill-ħaddiema għal-eżami mediku kull sena fl-Occupational Health Unit (Department of Primary Health). Rigward tilqim il-Korporazzjoni tuża s-servizzi tan- National Immunization Centre biex il-ħaddiema jitlaqqmu kontra t- Tetanus , Typhoid u Hepatitis B . Barra minn hekk il-Korporazzjoni ngħediet programm sabiex iżżid il-protezzjoni kontra l-mard billi bgħatet lill-ħaddiema li jaħdmu jew ikollhom xogħol konness mad-drenaġġ għal test tat-demm. Dan wassal sabiex dawk il-ħaddiema li rriżulta li għandhom bżonn, ingħataw tilqima kontra l- Hepatitis A . Din it-tilqima tingħata f’żewġ dożi u ser tingħata t-tieni doża sa l-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru 2012. Impjegati ġodda ntbgħatu biex jitlaqqmu kontra t- Tetanus , Typhoid u Hepatitis B. Qed jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex dawn l-impjegati jintbgħatu għat-test tad-demm sabiex jiġi verifikat jekk dawn il-ħaddiema għandhomx bżonn jitlaqmu kontra l- Hepatitis A.

WSC — ingaġġ u trasferiment ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni, inkluż il-grad tagħhom li ġew trasferiti lura għal mal-gvern mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni, inkluż il-grad taħghom li ġew ingaġġati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar 12-il xahar kien hemm trasferiment wieħed lura għal mal-Gvern minn mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. F’dan l-istess perjodu ġew ingaġġati 51 persuna mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.