Jista' l-Ministru jikkonsidra li jitpoġġew crash barriers fi Triq in-Nutar Zarb, kantuniera ma' Triq Ħaż-Żebbuġ, f’Ħ’Attard, proprju qabel l-arblu tat-traffic lights fejn hemm il-ħanut Natasha's His and Hers, kif ukoll wara t-traffic lights fuq bankina pjuttost wiesgħa fejn hemm erba' arbli tad-dawl li magħhom hemm bosta cables tqal tad-dawl u servizzi oħra (kif ukoll kaxxa tal-Melita u proprjetà ta' terzi fl-istess kantuniera) peress li bosta vetturi fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fosthom trakkijiet u karrozzi oħra, qed jgħaddu b'veloċità kbira?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saret spezzjoni fuq il-post minn Uffiċjali tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta u ser jittieħdu l-passi kollha neċessarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24417 u ċjoè: Fid-dawl li fi Triq San Pietru fl-Imġarr u fil-viċinanzi, sar bosta żvilupp ta' bini ġdid waqt li hemm maħsub aktar żvilupp, jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru l-Culverts għax-xita f'din it-triq peress li meta tagħmel ix-xita, bosta basements qegħdin jispiċċaw megħrqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn assessjar li sar fit-triq imsemmija, irriżulta illi l-qlib tal-ilma hu sodisfaċenti sabiex it-triq pubblika ma tegħriqx bl-ilma, filwaqt li ninnota li l-iżvilupp ta’ bini minn terzi fi triq pubblika għandu jiżgura li tali sitwazzjonijiet ma jiġux esperjenzati mir-residenti.
Skejjel Indipendenti u tal-Knisja — Assistenza ta' uffiċjali tal-Pulizija jew tal-LESA – dħul u ħruġ ta’ studenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24421 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jipprovdi u jiffinanzja servizz ta’ assistenza ta' uffiċjali tal-Pulizija jew tal-LESA waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-iskejjel li mhumiex tal-Istat, imma skejjel Indipendenti jew tal-Knisja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma jsib l-ebda oġġezzjoni sabiex l-iskejjel Indipendenti u tal-Knisja jgħamlu l-arranġamenti neċessarji sabiex jingħata dan it-tip ta’ servizz.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24206 u jikkonferma jekk ir-rapport finanzjarju tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) għas-sena 2022 għadu ma ġiex ippreżentat minħabba li ċ-Chairman qed jirrifjuta li jaċċetta l-Management Letter tal-awdituri mqabbda mill-istess Awtorità? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi raġuni oħra jew għalfejn dawn ir-rapporti għadhom ma ġewx ippreżentati minkejja li l-awdituri ilhom xhur sħaħ li lestew l-audit u ppreżentaw il-Management Letter?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24414 u jgħid kemm hu l-baġit previst għall-Università ta’ Malta għas-snin 2025-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estimi għal din is-sena diġà ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward għas-snin 2026 u 2027 nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24415 u jgħid jekk numru ta' akkademiċi fl-Università ta’ Malta ma rċevewx il-'Work Resources' jew inkella rċevewh bi tnaqqis sostanzjali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-‘Work Resources’ tħallsu lill-akkademiċi kollha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24416 u ċjoè: Fid-dawl li numru ta' akkademiċi fl-Università ma rċevewx, jew inkella rċevew bi tnaqqis sostanzjali l-'Work Resources', jista’ l-Ministru jara li dawn l-akkademiċi jirċievu dawn ir-riżorsi b'mod sħiħ kif dejjem irċevewhom? Jista’ jgħid ukoll meta dan ser isir?
Fid-dawl li fi Triq San Pietru fl-Imġarr u fil-viċinanzi, sar bosta żvilupp ta' bini ġdid waqt li hemm maħsub aktar żvilupp, jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru l-Culverts għax-xita f'din it-triq peress li meta tagħmel ix-xita, bosta basements qegħdin jispiċċaw megħrqa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi minn persuni barranin li jgħixu Malta, maqsuma xahar b'xahar minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex minn persuni barranin maqsuma xahar b'xahar minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta ġew reġistrati minuri hekk kif ġej fejn il-ġenituri mhumiex Maltin:
Frar - 96
Marzu - 92
April - 97
Mejju - 98
Ġunju - 96
Lulju - 107
Awwissu - 121
Settembru - 112
Ottubru - 91
Novembru - 90
Diċembru - 25
Skejjel Indipendenti u tal-Knisja — Assistenza ta' uffiċjali tal-Pulizija jew tal-LESA – dħul u ħruġ ta’ studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jipprovdi u jiffinanzja servizz ta’ assistenza ta' uffiċjali tal-Pulizija jew tal-LESA waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-iskejjel li mhumiex tal-Istat, imma skejjel Indipendenti jew tal-Knisja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Sistema tal-PDA – Kontravenzjonijiet b'rabta mat-teħid tal-kannabis fil-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mis-sistema tal-PDA (Personal Digital Assistant) il-pulizija tistax toħroġ kontravenzjonijiet, b'rabta mat-teħid tal-kannabis fil-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll jekk il-kontravenzjoni msemmija hijiex fil-lista ta' kontravenzjoni li jistgħu jinħarġu?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ir-rapport finanzjarju tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) għas-sena 2022 għadu ma ġiex ippreżentat minħabba li ċ-Chairman qed jirrifjuta li jaċċetta l-Management Letter tal-awdituri mqabbda mill-istess Awtorità? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi raġuni oħra jew għalfejn dawn ir-rapporti għadhom ma ġewx ippreżentati minkejja li l-awdituri ilhom xhur sħaħ li lestew l-audit u ppreżentaw il-Management Letter?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Fid-dawl li numru ta' akkademiċi fl-Università ma rċevewx, jew inkella rċevew bi tnaqqis sostanzjali l-'Work Resources', jista’ l-Ministru jara li dawn l-akkademiċi jirċievu dawn ir-riżorsi b'mod sħiħ kif dejjem irċevewhom? Jista’ jgħid ukoll meta dan ser isir?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23155 u ċjoè: B'referenza għall-ftehim iffirmat ftit tal-jiem ilu bejn EquestriMalta u l-Malta Racing Club (MRC), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha u dettaljata dwar inizjattivi, proposti u meta l-għotja li sejra tgħaddi mill-awtorità EquestriMalta lil MRC?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-għotja ta' dawn il-fondi ngħatat mal-iffirmar.
· Dan il-ftehim ikopri spejjeż marbuta ma riżorsi umani fejn l-MRC ilha timpjega numru ta' ħaddiema part-timers marbuta mal-operat regolatorju tat-tiġrijiet.
· L-għotja mistennija tkopri wkoll inizjattivi oħra marbuta ma' kundizzjonijiet aħjar lis-sewwieqa u ż-żwiemel li l-Malta Racing bdiet timplimenta xi wħud minnhom u se tintroduċi fil-bidu tas-sena d-dieħla.
- Dawn jinkludu allowances tal-ġerrejja, miżuri tal-anti-doping, għajnuna medika, u sponsor għal parteċipazzjonijiet varji internazzjoni bil-għan li nsaħħu l-preżenza ta' Malta barra minn Malta, filwaqt li l-isportivi tagħna jkomplu jtejjbu l-livell tagħhom.