Impjanti ta' Ras il-Ħobż, Ta' Barkat u Ta' Ċumnija — Produzzjoni ta’ New Water
Question
Tista' l-Ministru tipprovdi l-istatistika tal-produzzjoni ta' New Water f'Malta u Għawdex għas-snin 2018, 2019, 2020 u 2021, mill-impjanti ta' Ras il-Ħobż, Ta' Barkat u Ta' Ċumnija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-produzzjoni tan-New Water hija dipendenti mid-drenaġġ iġġenerat.
Taħriġ edukattiv għall-bdiewa li ntbagħtu barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa li ntbagħtu barra minn Malta fuq taħriġ edukattiv b'rabta max-xogħol agrikolu tagħhom mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2022 sal-ġurnata tal-lum, kien hemm total ta’ 18-il bidwi li ntbagħtu barra minn Malta biex jattendu programmi ta’ taħriġ edukattiv speċjalizzat b’rabta max-xogħol agrikolu tagħhom.
Skop edukattiv għall-bdiewa li ntbagħtu barra minn Malta — Spiża
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset għall-bdiewa li ntbagħtu barra minn Malta għal skop edukattiv b'rabta mas-settur agrikolu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għaż-żewġ gruppi bdiewa (18-il bidwi) li ngħataw taħriġ edukattiv speċjalizzat barra minn Malta, li huwa parti minn proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej, tammonta għal €22,353.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li fil-ġranet tal-Karnival, uffiċjal għoli ta' Festivals Malta aggredixxa, hedded u insulta fil-pubbliku lill-parteċipanti li jaħdmu għall-Karnival?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Festivals Malta ma rċeviet l-ebda rapport li xi uffiċjal minn tagħha fil-ġranet tal-Karnival, aggredixxa, hedded jew insulta fil-pubbliku lill-parteċipanti li jaħdmu għall-Karnival.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25801 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar ftehim settorjali li jappartjeni għat-tobba?
Response (ABELA, ROBERT)
Id-dokument jitqies bħala kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant mhux se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja individwali ta' kaċċa għall-għasafar minn fuq l-art u kaċċa minn fuq il-baħar hemm maħruġa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li għandhom liċenzja għall-kaċċa tal-għasafar minn fuq l-art huwa ta’ 10,006, filwaqt li l-ammont ta’ persuni li għandhom liċenzja għall-kaċċa tal-għasafar minn fuq il-baħar huwa ta’ 294.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb ta' skemi ta' bird ringing oħrajn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa teżisti skema waħda ta' bird ringing. Il-Gvern ma jeskludix li jkun hemm skemi oħrajn hekk kif inhi s-sitwazzjoni f'ħafna Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24918 u 25334 u jgħid kemm inħarġu work permits lil ċittadini barranin u ta' pajjiżi terzi minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24918 u jgħid kemm inħarġu work permits lil ċittadini barranin u ta' pajjiżi terzi minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24206 u 24579 u jikkonferma jekk ir-rapport finanzjarju tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) għas-sena 2022 għadu ma ġiex ippreżentat minħabba li ċ-Chairman qed jirrifjuta li jaċċetta l-Management Letter tal-awdituri mqabbda mill-istess Awtorità? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi raġuni oħra jew għalfejn dawn ir-rapporti għadhom ma ġewx ippreżentati minkejja li l-awdituri ilhom xhur sħaħ li lestew l-audit u ppreżentaw il-Management Letter?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Ministeru qiegħed joħroġ l-ingaġġ tat-tobba mhux skont il-ftehim settorali iżda miftuħ għall-persuni barranin minflok għall-Maltin biss?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-tobba Maltin kollha jigu ngaġġati. Meta jkun fadal izjed vakanzi il-Ministeru jerġa joħroġ sejħiet għal perjodu definit għal tobba barranin sabiex il-pazjent jinqeda aħjar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu work permits lil ċittadini barranin u ta' pajjiżi terzi minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu work permits lil ċittadini barranin u ta' pajjiżi terzi minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li titpoġġa speed camera fi Triq in-Nutar Zarb, f'Ħ'Attard, biswit il-ħanut Babysky, minħabba l-fatt li qegħdin jgħaddu bosta trakkijiet u karozzi fid-direzzjoni Rabat lejn il-Belt Valletta b'veloċità eċċessiva?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm talba għal repeater speed camera aktar ’l isfel fl-istess triq. Tali talba qed tiġi evalwata mill-Awtorità.