Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27446 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid kemm kien hemm talbiet għas-Severe Disability Grant minn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ġew irrifjutati minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Liċenzji tas-sewqan lil persuni mhux mill-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm liċenzji tas-sewqan maħruġa fuq persuni mhux mill-Ewropa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27431.

Ir-Rabat, Malta — Triq il-Katakombi - Tabelli one-way

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tabelli tal-one-way li twaħħlu fi Triq il-Katakombi, ir-Rabat Malta, mill-Kunsill Lokali fl-10 ta’ April 2025 kenux approvati minn Transport Malta peress li dawn twaħħlu meta kienet sejra tinħareġ taħrika mill-pulizija wara rapporti li saru minħabba qsari li kienu qegħdin jostakolaw il-passaġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27438.

Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ngħataw is-Severe Disability Grant minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għas-Severe Disability Grant minn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ġew irrifjutati minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

MCST — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27432 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni mill-Imġarr, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, ir-Rabat, l-Imtarfa, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli u Ħal Luqa li daħlu jaħdmu mal-Gvern u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), mill-2017 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin indikati, it-total ta' impjegati ġodda mill-lokalitajiet imsemmija kien ta' 16-il impjegat.

MCST — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27433 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni Għawdxin li daħlu jaħdmu mal-Gvern u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), mill-2017 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hi fin-negattiv.

Laptops imwiegħda lill-istudenti tas-7 sena

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26940 u 27062 u jgħid kemm hemm studenti tas-seba’ sena fi skejjel tal-gvern li għadhom ma ngħatawx laptop kif kien imwiegħed fil-Baġit preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej il-proċess neċessarju sabiex il-laptops jiġu mqassma lill-istudenti.

Liċenzji tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji tas-sewqan għal persuni barranin mhux Ewropej matul is-snin 2019, 2020, 2023, 2024 u matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin 2019, 2020, 2023, 2024 u l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena inħarġu total ta’ 11,046 liċenzja tas-sewqan lil persuni barranin ġejjin minn pajjiżi terzi. Ta’ min wieħed jinnota li mis-sena 2020 ’il quddiem, l-istatus taċ-ċittadini Brittaniċi inbidel mill-UE għal pajjiżi terzi.

MCST — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni mill-Imġarr, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, ir-Rabat, l-Imtarfa, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli u Ħal Luqa li daħlu jaħdmu mal-Gvern u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), mill-2017 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCST — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni Għawdxin li daħlu jaħdmu mal-Gvern u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), mill-2017 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel tal-Knisja — Laptops imwiegħda lill-istudenti tas-7 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tas-seba’ sena fi skejjel tal-knisja li għadhom ma ngħatawx laptop kif kien imwiegħed fil-Baġit preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin il-proċessi neċessarji sabiex dawn il-laptops jitqasmu fl-iqsar żmien possibli.

Liċenzji tas-sewqan lil persuni mill-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm liċenzji tas-sewqan maħruġa fuq persuni mill-Ewropa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin 2019, 2020, 2023, 2024 u l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena inħarġu total ta’ 5,837 liċenzja tas-sewqan lil persuni barranin ġejjin mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Liċenzji tas-sewqan — Sewwieqa ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26939, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji tas-sewqan lil sewwieqa ta' nazzjonalità barranija matul is-snin 2019, 2020, 2023, 2024 u matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi inħarġu total ta’ 25,849 liċenzja tas-sewqan lil persuni barranin ġejjin mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5354 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 333 nhar it-Tnejn 14 ta' April 2025)

Laptops imwiegħda lill-istudenti tas-7 sena

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26940 u jgħid kemm hemm studenti tas-seba’ sena fi skejjel tal-gvern li għadhom ma ngħatawx laptop kif kien imwiegħed fil-Baġit preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Taħriġ u skop edukattiv għall-bdiewa barra minn Malta — Kriterja ta’ għażla

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26615 u jgħid fuq liema kriterja ta' għażla, il-bdiewa qegħdin imorru barra minn Malta għal taħriġ u skop edukattiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara sejħa pubblika, intlaqgħu l-applikazzjonjiet minn bdiewa li għandhom art irreġistrata f’isimhom mad-Direttur għall-Agrikoltura u li jkabbru prodotti simili għal dawk li jien iffokat fuqhom it-taħriġ. Ma kienx hemm kriterji ta’ għażla u l-bdiewa li applikaw ġew aċċettati kollha.

Laptops imwiegħda lill-istudenti tas-7 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tas-seba’ sena fi skejjel tal-gvern li għadhom ma ngħatawx laptop kif kien imwiegħed fil-Baġit preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Tobba — l-aħħar ftehim settorjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25980, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, l-aħħar ftehim settorjali li jappartjeni għat-tobba mingħajr l-informazzjoni ta’ dak li huwa qed iqis bħala kummerċjalment sensittiv?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-kontenut tal-Ftehim huwa fl-intier tiegħu kummerċjalment sensittiv.

Impjanti ta' Ras il-Ħobż, Ta' Barkat u Ta' Ċumnija — Produzzjoni ta’ New Water

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi l-istatistika tal-produzzjoni ta' New Water f'Malta u Għawdex għas-snin 2022, 2023 u 2024, mill-impjanti ta' Ras il-Ħobż, Ta' Barkat u Ta' Ċumnija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-produzzjoni tan-New Water hija dipendenti mid-drenaġġ iġġenerat.