Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li jattendu l-Programm GEM16+ li huma meqjusa bħala vulnerabbli, hux ser jingħataw għajnuna speċjali? Jista’ jassigura li dawn l-istudenti se jibqgħu jirċievu l-istess sapport u sostenn meħtieġ fil-Higher Secondary?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’użu ser ikollha l-binja fiċ-Ċentru Edukattiv fil-Gżira li bħalissa qed tintuża għall-Programm GEM16+, fid-dawl tal-fatt li d-deċiżjoni biex il-programm jitlaq minn din il-binja ittieħdet b’mod mgħaġġel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jagħrafx l-importanza tal-Programm Edukattiv GEM16+, li ilu għaxar snin imwaqqaf, u li matul dan iż-żmien ta u offra tagħlim edukattiv b’impenn ħolistiku lill-istudenti li ġew imħarrġa fih? Jista’ jgħid ukoll jekk dan jistax ikompli jintlaħaq minn studenti li għandhom bżonn attenzjoni speċifika u individwali li jattendu l-Higher Secondary fejn dawn l-istudenti jispiċċaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Programm Edukattiv GEM16+ — Trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Edukazzjoni beda jikkunsidra li l-Programm Edukattiv GEM16+ jiġi rrilokat mil-lokalità tal-Gżira biex jiġi integrat fil-Higher Secondary?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Programm Edukattiv GEM16+ — Deċiżjoni tat-trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-istaff edukattiv tal-Programm GEM16+ qatt ma ġie kkonsultat dwar id-deċiżjoni tat-trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor, ħlief għal meta ġew informati mingħand żewġ Diretturi Ġenerali mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u mill-Prinċipal tal-Kulleġġ stess? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi forma ta’ konsultazzjoni mal-għalliema tal-Programm qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-istaff edukattiv li mexxa b’tant dedikazzjoni, impenn ġenwin u sens ta’ mħabba matul dawn l-aħħar snin il-Programm Edukattiv GEM16+, se jsib postu fi ħdan il-Higher Secondary, jekk din tkun ix-xewqa tal-għalliem rispettiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Programm Edukattiv GEM16+ — Filmat ta’ promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni biex ftit tal-jiem ilu, jiġi rrekordjat filmat ta’ promozzjoni minn servizz.gov dwar il-Programm GEM16+ fiċ-Ċentru Edukattiv fil-Gżira, meta l-programm kien qed jippromwovi l-faċilitajiet offruti minn din il-binja, ġaladarba d-Dipartiment kien jaf li ser isir għalxejn? Jista’ jgħid ukoll jekk id-deċiżjoni ttieħditx b’mod mgħaġġel u taħt pressjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27445 u 27776 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva rispettivament u jgħid kemm kien hemm persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ngħataw is-Severe Disability Grant minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ miżura tal-Budget għas-sena 2024, ġie emendat l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), prinċiparjament l-Artikolu 106 (g) li permezz tiegħu ġie kompost bord interprofessjonali sabiex jevalwa l-applikazzjonijiet għall-Assistenza għal Diżabilità u l-Assitenza għal Diżabilità Severa.
Il-bord interprofessjonali jevalwa tali applikazzjonijiet bbażata fuq il-mudell tal-World Health Organisation International Classification of Functioning, Disability, and Health (ICF). Mill-persentaġġ tal-istess ICF questionnaire, il-persuna tiġi mgħarrfa jekk tikkwalifikax għall-Assistenza għal Diżabilità Severa, Assitenza għal Diżabilità jew jekk għandhiex tinħareġ ċaħda. Mill-istess emendi fil-provożjonijiet tal-Artikolu 106 (g) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), f’każ ta’ ċaħda, l-persuna jkollha d-dritt li tappella.
Fir-rigward tal-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, ninforma li minn meta ġiet introdotta r-riforma, jiġifieri mit-2 ta’ Settembru 2024, b’kollox ġew approvati 82 applikazzjoni mill-bord Inter-Professjonali wara li applikaw bil-kundizzjoni msemmija.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li preċedentament għal miżura tal-Budget tas-sena 2024, persuna li tbati minn tali kundizzjoni ma’ kienitx tiġi kkunsidrata taħt il-parametri tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).
Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27446 u 27777 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva rispettivament u jgħid kemm kien hemm talbiet għas-Severe Disability Grant minn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ġew irrifjutati minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 27978.
Ir-Rabat, Malta — Triq it-Tabia - Periklu ta’ sewqan eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiġi evitat xi inċident tat-traffiku jew li jittajjar xi ħadd fi Triq it-Tabia r-Rabat, Malta, (fil-parti tat-Triq it-Tabia li twasslek għal Vjal il-Ħaddiem) billi jsiru sleeping police kif kien imwiegħed lir-residenti jew traffic lights li jikkontrollaw is-sewqan sfrenat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru l-evalwazzjonijiet neċessarji fuq it-triq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali li ntefqet fuq il-Banda tal-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kif kienet imqassma l-ispiża relatata mal-Banda tal-Korp tal-Pulizija u fuq xiex saret din l-ispiża, mill-bidu ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infumat illi l-ispiża relatata mal-Banda tal-Korp tal-Pulizija mill-bidu ta’ Jannar 2024 sas-6 ta’ Mejju 2025 kien ta’ total ta’€22485.02 u dan jinkludi pa systems, fejn isir it-taħriġ, mementos u plakka komemarittiva u oħrajn. Infurmat illi spejjeż relatati ma’ kunċerti tal-istess banda jiġu koperti jew mill-introjtu ta’ bejgħ ta’ biljetti għal entratura in konnessjoni ma’ l-avveniment, jew minn donazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid minn kemm-il bandist hija komposta l-Banda tal-Korp tal-Pulizija? Kemm minnhom huma membri full-time u kemm minnhom huma part-time (Pulizija tar-riserva) u kemm minnhom mhumiex membri tal-Korp (pajżana)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Banda tal-Korp tal-Pulizija hija komposta minn disgħa u disgħin (99) bandist u kunduttur. Dawn il-bandisti jiġu ddetaljati għal tali doveri skond il-ħtigijiet u l-esiġenzi relatati. Ma hemm ebda bandist li mhux membru tad-Dipartiment tal-Pulizija. Infurmat li mill-bandisti 28 iservu bħala Korp tal-Pulizija full time f'doveri differenti filwaqt li l-oħrajn huma Pulizija ta’ Riserva (RPC) bandisti part time.
Banda tal-Korp Tal-Pulizija — Bandisti li mhumiex membri tal-Korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx bandisti fil-Banda tal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri tal-Korp (pajżana), iżda li xorta jilbsu l-uniformi tal-Pulizija waqt is-servizzi tal-banda?
Banda tal-Korp Tal-Pulizija — Bandisti li mhumiex membri tal-Korp - Kriterji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-bandisti li mhumiex membri tal-Korp tal-Pulizija (pajżana) ikunu jistgħu jilbsu l-uniformi tal-Pulizija waqt is-servizzi tal-banda, jekk dan effettivament qed iseħħ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-uniformi li tintlibes waqt is-servizz tal-banda hija waħda ċerimonjali relatata mal-istess banda u hija differenti mill-uniformi ta’ pulizija li jkun qed jaqdi dmiru (mhux fil-banda) bħala ‘sworn officer.’ Għaldaqstant skont it-tagħrif mogħti lili ma jirriżultax dak li qed jistaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid min awtorizza u ħareġ il-permess biex tindaqq il-mużika f’Vincent’s Bloom Festival, l-Imġarr, Malta, fil-ġranet tat-18, 19 u 20 t’April li għadda, fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira minn filgħodu sal-ħdax ta’ billejl, f’Sibt il-Għid minn filgħodu sal-ħdax ta’ billejl u f’Jum l-Għid minn kmieni filgħodu l-Ħadd sat-tlieta ta’ filgħodu sbieħ it-Tnejn 21 t’April?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li avvenimenti bħal dawn jaqgħu taħt il-kundizzjonijiet ta’ one-time event li huma regolati mill-Pulizija.
Ir-Rabat, Malta — Triq it-Tabia - Periklu ta’ sewqan eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat dwar is-sewqan eċċessiv u ta’ periklu li qiegħed ikun hemm fi Triq it-Tabia r-Rabat, Malta (fil-parti tat-Triq it-Tabia li twasslek għal Vjal il-Ħaddiem)? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiġi evitat xi inċident tat-traffiku jew li jittajjar xi ħadd, billi jsiru sleeping police kif kien imwiegħed lir-residenti jew traffic lights li jikkontrollaw is-sewqan sfrenat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-ispezzjonijiet tal-Pulizija jsiru b’mod frekwenti, inkluż fiż-żona indikata fejn saru u qegħdin ikomplu jsiru aktar spezzjonijiet favur is-sigurtà taċ-ċittadini.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministeru konċernat.
Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27445 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid kemm kien hemm persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ngħataw is-Severe Disability Grant minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.