Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċekkijiet ta’ qabel l-Elezzjoni Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kinux tqassmu kollha ċ-ċekkijiet ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali, dawk tar-Rifużjoni tat-Taxxa u ċ-ċekk għall-pensjonanti? Jista' jagħti l-każ li xi wħud għadhom ma rċevewhomx?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa u ċ-ċekkijiet ta’ stimolu tqassmu kollha. Niġbed l-attenzjoni li dawn tal-aħħar tqassmu, bl-iskop li jilqgħu għaż-żieda fil-prezzijiet li kien hemm dak iż-żmien, lil kull min għalaq 16-il sena u mhux lill-pensjonanti biss. Waqt li dawn tal-aħħar ħadu €200 kull wieħed, il-bqija rċevew €100 kull wieħed. Persuni li huma eliġibbli għal dan iċ-ċekk u ma rċevewhx jistgħu jċemplu l-Freephone 153 ta’ servizz.gov biex jivverifikaw li ċ-ċekk tagħhom ħareġ u f’liema indirizz intbagħat.”

Santa Luċija – Kulleġġ San Tumas Moore — Sala

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija, Kulleġġ San Tumas Moore, is-sala tħalliet ġebel u saqaf u ilha hekk f'din il-qagħda sentejn u nofs?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll dawk ta’ finishes fl-iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija, Kulleġġ San Tumas More, għandhom jibdew fix-xhur li ġejjin wara li jingħalaq l-istadju ta’ evalwazzjoni tat-tender relattiv. Ix-xogħol kellu jieqaf għal ftit xhur wara li t-tender relattiv kellu jiġi ppubblikat diversi drabi minħabba nuqqas ta’ offerti konformi mas-sejħa pubblika.

Skejjel li jiftħu l-btieħi għall-parkeġġ għar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li qed jiftħu l-btieħi wara l-ħin tal-iskola biex jintużaw bħala parkeġġ għar-residenti? Jista’ jgħid x'qiegħed iżomm skejjel oħra li jagħmlu l-istess meta wieħed jifhem li f'kull raħal hawn problema ta' parkeġġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tkun qed tingħata f’seduta oħra

Università ta’ Malta – studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti barranin fl-Università ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu eżenti mill-ħlas għall-istudji tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tiġi mqegħda fuq il-mejda tal-kamra

Skola medika ta’ Malta – studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti barranin fl-Iskola Medika ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu eżenti mill-ħlas għall-istudji tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi mqegħda fuq il-mejda tal-kamra.

Kiri ta’ ambulanzi privati — nefqa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jintefqu flus għall-kiri ta' ambulanzi privati? Jista’ jgħid kemm nefaq il-Gvern biex jinxtraw ambulanzi ġodda? Dawn l-ambulanzi ġodda, qegħdin kollha jintużaw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex Mater Dei ikun f’pożizzjoni li jmexxi s-servizz tal-ambulanzi b’mod effiċjenti, qed juża servizz ta’ kiri ta’ ambulanzi privati, li jinkudi żewġ ambulance respondents ma’ kull ambulanza. Dan qiegħed jiswa madwar €2,500 kuljum ekwivalenti għal-tliet ambulanzi u sitt ambulance respondents kuljum. Il-kuntratt ta’ ambulanzi l-ġodda huwa bbażat fuq leasing contract .u dan il-kuntratt jiswa € 1,705,500 fis-sena u jkopri l-ispiża kompleta ta’ ħdax-il ambulanza fit-triq, f’kull mument . Dan il-kuntratt ingħata wara proċess kompettiv u dawn l-ambulanzi ġew disinjati speċifikament għall-ħtiġijiet tas-servizz tas-Saħħa Malti. Dawn l-ambulanzi bdew jiġu introdotti fis-servizz tal-emerġenza b’mod gradwali. Parti mill-implementazzjoni tinkludi taħriġ estensiv li qed jingħata lill-Ambulance Respondents u n-nurses sabiex ikunu f’pożizzjoni li jużaw l-equipment kollu tal-ambulanzi. Il-kuntrattur jista jeħel penali għal kull nuqqas minn naħa tiegħu li ma tissolviex f’qasir żmien.

Rabat – Triq Borg Olivier – zebra crossing jew traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir zebra crossing jew traffic lights fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-triq imsemmija hemm approvazzjoni għall-zebra crossing ġdida, li l-informazzjoni dwarha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Konsolat Malti għat-Tajlandja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Konsolat Malti għat-Tajlandja hux sejjer jerġa' jibda jopera minn Malta wara li dan għalaq? Dan peress li ġejt infurmat li min jitlob għall-VISA jrid jagħmel kuntatt mal-Ambaxxata fil-Ġreċja.

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tajlandja tkopri lil Malta mill-Ambaxxata tagħha f'Ateni, ġewwa l-Greċja. Sta għall-Gvern Tajlandiż li jiddetermina x'mezzi juża biex ikun ta' servizz għaċ-ċittadini tiegħu u ta’ dawk li jixtiequ jżuru t-Tajlandja. Dan japplika wkoll għas-servizzi konsulari offruti f’Malta permezz tal-Konslu Onorarju tat-Tajlandja f’Malta, is-Sur Francis Carbonaro.

Enemed — telf

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kumpanija ssussidjata mill-Gvern, l-Enemed, hix qiegħda tagħmel telf? Jekk qiegħda tagħmel it-telf, kemm kien dan, matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Enemed mhix issussidjata mill-Gvern. Bħal kull kumpanija kummerċjali oħra, għandha l-obbligi tagħha mal-awtoritajiet kompetenti.

Ir-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa u Ħaż-Żebbuġ – rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq f'dawn l-aħħar sitt xhur f’dawn il-lokalitajiet imsemmija: Ir-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa u Ħaż-Żebbuġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru sħiħ ta’ rapporti ta’ serq irrapurtat mal-pulizija fil-lokalitajiet tar-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imġarr u Ħaż-Żebbuġ mill-1 ta’ Novembru 2021 sa 30 ta’ April 2022 kien ta’ tliet mija u sitta u erbgħin (346). Ma kien hemm l-ebda każ ta’ serq irrapurtat fl-Imtarfa.

Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li matul l-aħħar sena laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena li għaddiet kien hemm tnax-il għalliem li laħqu l-età tal-irtirar u talbu estensjoni tas-servizz.

Skejjel li għandhom nuqqas ta’ staff klerikali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li għandhom nuqqas ta' staff klerikali jew għandhom staff klerikali anqas milli suppost?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-iskejjel li għandhom staff klerikali anqas milli suppost huma l-Iskola Primarja tal-Ħamrun (GP) u l-Iskola Sekondarja ta’ Ħad-Dingli. Il-Ministeru huwa kommess li jipprovdi l-istaff kollu meħtieġ u dan huwa eżerċizzju kontinwu.