Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qegħdin jinxtraw dawn il-mediċini bħalissa mill-ispiżeriji u kemm kien il-prezz tagħhom f'Jannar 2022: Actifed, Keral, Broncho/Influtuss, Flodol Heat/Ice, Paracetamol, Hysan, Muciclar syrup, Solpadiene caps (30 tabs), Medofed Syrup u Ventolin inhaler?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Korpi dixxiplinati – persuni li taw il-25 sena servizz — pensjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-pulizija, il-membri tal-Armata u l-bqija li wettqu l-25 sena servizz, ikollhom iċ-ċans għal pensjoni sħiħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Korpi dixxiplinati – persuni li taw il-25 sena servizz — pensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-pulizija, il-membri tal-Armata u l-bqija li wettqu l-25 sena servizz, ikollhom iċ-ċans għal pensjoni sħiħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-ewwel sena tal-Junior College, il-Higher Secondry, l-MCAST u l-GEM16+ li applikaw għall-istipendju u l-grant u għadhom ma rċevewhomx? X’kienet ir-raġuni li wasslet għal dan id-dewmien?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 4,943 student li applikaw għall-isitpendju jew grant. Dawk l-istudenti li ma rċivewx l-istipendju jew il-grant hi dovuta minħabba l-fatt li l-applikazzjoni tkun ġiet sottomessa tard jew b’nuqqas ta’ dokumentazzjoni. Nassigura lill-Onor. Interpellant li kull min ma rċiviex stipendju jew grant, ser ikun qed jirċivieh sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1619 u 1962 u jgħid kemm irziezet waqfu jew għalqu milli jkomplu joperaw f'Malta mill-2016 sal-lum? Jista’ jagħti kemm għalqu sena b'sena u lokalità b’lokalità?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1620 u 1963 u jgħid kemm kien hemm persuni li jagħmlu xogħol ta' Welfare Officers li huma jew mislufin minn dipartiment/dipartimenti oħra u/jew ma daħlux jaħdmu direttament bħala AW Officers?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm persuna waħda li qed tagħmel xogħol ta' Animal Welfare Officer. Din il-persuna mhix impjegata direttament bħala Animal Welfare Officer u hija uffiċjal tal-ERL.
Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi u skrivani klerikali nieqsa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Segretarji Eżekuttivi u skrivani klerikali nieqsa mill-kunsilli lokali u kemm ilhom nieqsa fil-kunsilli kkonċernati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 13 -il vakanza ta’ Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsilli Lokali u 3 vakanzi ta’ Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsilli Reġjonali. Infurmat ukoll illi bħalissa jinsab fl-istadju ta’ evalwazzjoni l-proċess tal-għażla sabiex jimtlew dawn il-vakanzi.
Intant infurmat illi fir-rigward ta’ vakanza ta’ impjegati klerikali, mhux possibli li wieħed jikkwantifika dan minhabba li m’hemmx limitu speċifiku ta’ impjegati li kull Kunsill Lokali jista’ jimpjega.
Skejjel li jiftħu l-btieħi għall-parkeġġ għar-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 222 u jgħid liema huma l-iskejjel li qed jiftħu l-btieħi wara l-ħin tal-iskola biex jintużaw bħala parkeġġ għar-residenti? Jista’ jgħid x'qiegħed iżomm skejjel oħra li jagħmlu l-istess meta wieħed jifhem li f'kull raħal hawn problema ta' parkeġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Transport Malta – ħruġ ta’ liċenzji tas-sewqan lil persuni ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji tas-sewqan lil persuni ta’ nazzjonalità barranija matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru totali ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa lil ċittadini barranin fl-aħħar ħames snin, bejn l-2018 sad-data tal-lum kien dak ta' 24,891, li minnhom:
§ 8,152 ġew skambjati minn liċenzji maħruġa minn pajjizi tal-Unjoni Ewropea, jew li Malta għanda ftehim magħhom għall-iskambju tal-liċenzji, u
§ 16,739 kienu applikazzjonijiet għall-ewwel liċenzja Maltija bit-test tal-prattika.
Nixtieq nirrimarka li jista’ jkun hemm xi diskrepanzi żgħar minn ċifri preċedenti pprovduti - dan minħabba li l-istatus tad-detenturi tal-liċenzja tas-sewwieq huwa dinamiku, u ikun hemm sejbien ta’ bidliet riċenti fir-rappurtar bħall:
§ bidla fin-nazzjonalità
§ liċenzji li ġew skambjati ma ta’ pajjiż ieħor
§ bidla tal-karta tal-identità għall-Maltija
§ liċenzji tas-sewqan li ġew revokati, sospiżi jew skwalifikati
§ persuni li m’għadhomx isuqu u/jew deċeduti
Liċenzji bħal dawn fuq imsemmija ma jitilghux u ma jidhrux fl-ebda rapporti sussegwenti u kontemporanji.
Kunsilli Lokali – ftehim kollettiv ġdid lill-ħaddiema klerikali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir ftehim kollettiv ġdid lill-ħaddiema klerikali impjegati mal-Kunsilli Lokali, wara li l-ftehim kollettiv preżenti ilu skadut mill-2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 5110.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1623 u 1966 u jgħid kemm ġew ikkonfiskati annimali minn Mejju, 2021 u li ġew addottati qabel bdew il-proċeduri fil-qrati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2542 u jagħti l-persentaġġ tal-ħaddiema fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura li ilhom jaħdmu f’dawn l-aħħar ħames snin f’dan id-Dipartiment? X’qed isir biex l-għarfien u l-esperjenza li tinkiseb mill-istess ħaddiema tibqa’ miżmuma fid-Dipartiment, bil-għan li nibżgħu għar-riżorsi marittimi (ħut) li Malta mdawra bih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 40% tal-ħaddiema kurrenti fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura li ilhom jaħdmu f’dawn l-aħħar ħames snin jew aktar. Immexxija b’ SOP’S aggornati u imtejba, għarfien u l-esperjenza li jikbsu l-ħaddiema tibqa’ miżmuma billi jinżamm ambjent ta’ xogħol san u interresanti kemm jista’ jkun. Madankollu ninsab persważ li l-Onor. Interpellant jifhem li hawn ħafna opportunitajiet ta’ xogħol u għaldaqstant wieħed ma jistax jinnega l-opportunita’ lil uffiċjala li jagħżlu li jibdew impjieg ieħor. F’dawn il-każijiet, il-ħaddiema huma suġġetti għal perjodu ta’ avviż ta’ terminazzjoni ta’ impjieg kif stipulat fil-PSMC, fejn tkun tista’ ssir il-handover.
Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali – multi amministrattivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1552 u 1959 u jgħid kemm ħareġ multi amministrattivi d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali minn Ottubru 2021 sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-mediċini li kienu out of stock jew li għadhom out of stock mill-isptar bejn id-19 ta' Diċembru 2022 sal-4 ta' Jannar 2023 u li minħabba f'hekk bosta pazjenti spiċċaw jixtru dawn il-mediċini mill-ispiżeriji?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li globalment teżisti skarsezza sinifikanti ta’ mediċini l-aktar imħabba problemi ta’ manifattura u ta’ loġistika, lokalment is-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) u l-Medicines Authority qegħdin ikunu proattivi sabiex l-effetti tal-iskarsezza inkwestjoni tkun minimizzata.
Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-web page bl-informazzjoni relevanti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-injection Kenalog għadhiex out of stock mill-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni li marru jieħdu din l-injection mill-isptar u spiċċaw intbagħtu biex jixtruha huma minn post ieħor allokat lilhom mill-konsulenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċina Triamcinolone (fil-Mistoqsija riferuta bħala Kenalog injection) hija disponibbli għall-użu fl-Isptar Mater Dei.