Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persons of trust li ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu minn Frar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Lifelong Learning — BMI Study u Health Behaviour in School-aged Children

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien sar minnu l-BMI Study u l-Health Behaviour in School-aged Children (HBSC) li kien sar? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-persuni li ħadu sehem f'din ir-riċerka?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Lifelong Learning — Għalliema kkwalifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema bħalissa li jgħallmu l-korsijiet tal-Lifelong Learning? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom għandhom degree mill-Università jew kwalifika simili?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Lifelong Learning — Bord tal-Interviews għal Edukaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex prassi li l-persuni li jagħmlu l-interviews għall-għażla tal-edukaturi tal-Lifelong Learning jinbidlu minn żmien għal żmien? Jista’ jgħid ukoll minn min huwa kompost bħalissa l-bord li jagħmel dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Lifelong Learning — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq reklamar għal korsijiet tal-Lifelong Learning matul dawn l-aħħar tmien snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar tminn snin ntefqu total ta’ €155,477.83 fuq reklamar għal korsijiet tal-Lifelong Learning.

Lifelong Learning — Korsijiet li ma sarux

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ma sarux korsijiet tal-Lifelong Learning, minkejja li għalihom kienu intefqu l-flus meta ġew irreklamati, matul dawn l-aħħar tmien snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet ma jsirux f’każ li ma jintlaħaqx in-numru minimu t’applikanti f’dak is-suġġett.

Lifelong Learning — Korsijiet imwaqqfa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li l-Ministeru mmexxi minnu u minn dawk ta' qablu kienu jafu minn qabel li ċerti korsijiet ma kenux sejrin isiru, iżda xorta saret il-pubbliċità għalihom u fil-frattemp intefqu l-flus, saru l-interviews u dawk li applikaw għat-tali korsijiet, spiċċaw applikaw għal xejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12329.

Lifelong Learning — Kwalifikazzjonijiet tal-Għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li jgħallmu l-korsijiet tal-Lifelong Learning humiex kollha kkwalifikati fis-suġġett rispettiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sejħa li tiġi ppublikata biex jiġu ngaġġati l-Edukaturi jkun fiha l-kriterji neċessarji, inkluż il-kwalifiki li jkun hemm bżonn.

Korsijiet li ma tkomplewx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-korsijiet li għal xi raġuni jew oħra ma tkomplewx meta l-kors kien diġà beda? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn il-korsijiet f'dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox qed jiġu offruti 530 kors fis-sena. Matul is-sena 2020 kienu 4 is-suġġetti li ma tkomplewx li huma; ICT for Beginners Introductory Level, Gilding Open Class, English u Maltese Introductory Level. Filwaqt li fl-2022 ma tkomplewx żewġ suġġetti biss li kienu l-Malti MQF 2 u l-Italian SEC.

Lifelong Learning — Tracer Study

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx xi tip ta' studju (tracer study) biex wieħed ikun jaf x'kompetenzi ntlaħqu mill-istudenti fis-suġġetti rispettivi mgħallma mill-korsijiet mogħtija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12334.

Binġemma, Għemmieri — Rotta 109

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2005, dwar ir-Rotta 109, li tgħaddi minn u għal Tas-Salib, Għemmieri u Binġemma, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rotta ġietx studjata minn Mejju 2022 u jekk hix se terġa’ ssir bħalma kienet qabel l-2020, b'servizz kull siegħa minflok kull sagħtejn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel żewġ vjaġġi ta’ filgħodu fuq ir-rotta 109 fl-inħawi msemmija joperaw ta’ kull siegħa. Ninsab infurmat ukoll li wara li saret analiżi fuq id-‘data’ tan-numru ta’ passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku mill-inħawi msemmija, jirriżulta li d-domanda hija żgħira ħafna u li għalhekk il-livell ta’ servizz li qed jingħata fil-preżent huwa kkunsidrat bħala wieħed adegwat. Għaldaqstant, fil-preżent mhuwiex maħsub li tiżdied il-frekwenza fuq din ir-rotta.

Mandati ta’ Sekwestru kontra Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Kunsilli Lokali li għandhom Mandat ta’ Sekwestru pendenti kontrihom u jekk huwa l-każ, jista’ jgħid liema huma l-Kunsilli kkonċernati u x'kien il-każ li wassal għal dan? Jista’ jagħti wkoll in-numru ta' referenza, id-data, l-ammont fiskali (għal kull mandat) u l-ispejjeż li s'issa tħallsu għas-servizz tal-avukat li jiddefendi lill-Kunsill ikkonċernat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li tali domanda tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ riżorsi u ħin sabiex tinġabar l-informazzjoni rikjesta mill-Kunsilli kollha ta’ Malta u Għawdex u għalhekk, stante l-fatt li tali informazzjoni ma tistax tinġabar fi żmien relattivament qasir, l-istess informazzjoni tingħata fi stadju ulterjuri.

Devoluzzjoni tal-art u jew proprjetà pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn devoluzzjoni tal-art u/jew proprjetà pubblika mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid meta saret it-talba u/jew applikazzjoni biex dan isir għall-proprjetà inkwestjoni? Meta saret id-devoluzzjoni? Jista’ jindika għal liema raġuni intlaqgħet it-talba? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-applikazzjonijiet li hemm pendenti mill-Kunsilli Lokali rispettivi f'dan ir-rigward, flimkien mat-talba meta din saret u għal liema skop?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Imtarfa — Binja Imsieraħ - Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejra tiġi riżolta l-problema tal-madum fl-entratura tal-binja tal-Gvern, Binja Imsieraħ, fl-Imtarfa, minħabba li l-madum qiegħed jinqala' u jwassal għall-ħsarat fil-garaxxijiet għaliex l-ilma minn taħt il-madum maqlugħ qiegħed jinżel fil-basement?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Art agrikola li ntużat għal skop ta’ kostruzzjoni jew twessiegħ ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-metru kwadru ta' art agrikola ntuża għal skop ta' kostruzzjoni jew twessiegħ ta’ toroq ġodda bejn is-snin 2015 u 2022? Jista’ jgħid ukoll fejn kienet din l-art li ttieħdet għal dan l-iskop?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Imġarr Malta — Ta' Skorba - Latrina Pubblika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10540 li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se ssir il-manutenzjoni fil-latrina pubblika Ta' Skorba fl-Imġarr, Malta, meta din ilha f'dan l-istat is-snin u hija ta' periklu għal dawk li jiffrekwentawha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol relatat ma' din il-latrina pubblika qed isir mill-Gozo Fibre Optic Cable Ltd. Informat li ma hemm l-ebda periklu għax il-latrina tinsab magħluqa. Informat li x-xogħol fuq il-latrina mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

L-Imġarr – bini mill-ġdid tal-ħajt taċ-Ċimiterju

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jittella' l-ħajt imwaqqa' taċ-ċimiterju, fl-Imġarr, (Malta), wara li ilu f'dan l-istat għal aktar minn tliet snin u meta minn żmien għal żmien ir-residenti tal-Imġarr kienu mwiegħda li dan ix-xogħol se jsir?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi talba għall-kwotazzjonijiet biex tiġi rranġata l-parti mill-ħajt tal-perimetru taċ-Ċimiterju tal-Imġarr li waqgħet minħabba maltempata qawwija fi tmiem il-ġimgħa bejn is sitta u għoxrin u sebgħa u għoxrin ta' Novembru tal-2022, ħarġet fuq istruzzjonijiet tad-dipartiment tal-kuntratti.

Imġarr, Malta — Ta’ Skorba - latrina pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni fil-latrina pubblika Ta' Skorba fl-Imġarr, Malta, meta din ilha f'dan l-istat is-snin u hija ta' periklu għal dawk li jiffrekwentawha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Sewwieqa tal-Y-Plates

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9902, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jgħid f'kemm-il inċident tat-traffiku kienu involuti sewwieqa tal-Y-Plates?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku s-sena li għaddiet fejn kienu involuti sewwieqa tal-Y-Plates kien ta’ 1,485.

Food couriers li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9903, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u kemm kien hemm persuni li jaħdmu bħala Food Couriers u jsuqu l-mutur li kienu involuti f'xi inċident tat-traffiku matul is-snin 2021 u 2022, xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-rapporti tal-inċident tat-traffiku ma jinkludux jekk persuna kienx qed iqassam l-ikel jew xi ħaga oħra.