Persuni Maltin u Barranin li tressqu l-Qorti — każijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb kemm persuni Maltin u kemm barranin tressqu l-Qorti matul is-sena 2019, 2020, 2021 u 2022 u kemm minn dawn il-każijiet għad m'hemmx deċizjoni tal-Qorti fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat dwar id-deċiżjoni li ħa d-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jċaqlaq LSE mill-programm edukattiv GEM16+ u dan peress li fis-26 ta' Settembru 2022, fl-ewwel jum ta' din is-sena skolastika, il-Ministru ltaqa' mal-istaff tal-programm bl-iskop li jaċċerta lil kulħadd li se ikompli jaqdi d-doveri tiegħu fl-istess programm mingħajr ma kien se jiċċaqlaq għal post ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Ministeru u d-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru hu li jgħamel l-aħjar użu tar-riżorsi umani skont il-ħtieġa.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Persons of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persons of trust li ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu minn Frar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Frar tas-sena 2022 s’issa ġiet ingaġġata persuna waħda biss bħala Person of Trust.
Lifelong Learning — BMI Study u Health Behaviour in School-aged Children
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien sar minnu l-BMI Study u l-Health Behaviour in School-aged Children (HBSC) li kien sar? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-persuni li ħadu sehem f'din ir-riċerka?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ir-riżultati u anke r-rapport rigward il-BMI Study ġew ippublikati f’Diċembru tas-sena l-oħra, ir-rapport innifsu qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-riżultati li jikkonċernaw l-istudju tal-HBSC għadhom qed jiġu analizzati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema bħalissa li jgħallmu l-korsijiet tal-Lifelong Learning? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom għandhom degree mill-Università jew kwalifika simili?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 129 għalliem/a jgħallmu l-korsijiet tal-Lifelong Learning. 98 minn dawn l-għalliema għandhom degree mill-Università jew kwalifika simili, filwaqt li l-31 għalliem/a għandhom kwalifika bejn MQF level 2 sa MQF level 5. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-31 għalliem/a jgħallmu suġġetti VET.
Lifelong Learning — Bord tal-Interviews għal Edukaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex prassi li l-persuni li jagħmlu l-interviews għall-għażla tal-edukaturi tal-Lifelong Learning jinbidlu minn żmien għal żmien? Jista’ jgħid ukoll minn min huwa kompost bħalissa l-bord li jagħmel dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri jinbidlu skont il-kompetenzi u d-disponibilità tagħhom. Minħabba raġunijiet ovvji, l-ismijiet ma jistgħux jiġu ppubblikati.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu tfal f'Malta, xahar b'xahar, matul dawn l-aħħar ħames snin, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jgħid:
a. kemm minnhom huma minn ġenituri ta' nazzjonalità Maltija;
b. kemm minnhom huma minn ġenitur wieħed ta' nazzjonalità Maltija; u
ċ. kemm minnhom twieldu f'Malta minn ġenituri li huma t-tnejn barranin?
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-ħaddiema tal-aġenzija Project Green humiex koperti mill-protezzjoni ta' ftehim kollettiv kif inhija l-prattika fl-aġenziji tal-Gvern l-oħra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-data ta’ meta qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari l-ħaddiema ta’ Project Green qegħdin taħt l-istruttura approvata mill-P & SD, Salary and Grading Structure.
Aġenzija Project Green – Unions għad-drittijiet tal-ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-impjegati tal-aġenzija Project Green ingħatawx il-possibilità li jiltaqgħu ma' diversi Unions bil-ħsieb li jiddeċiedu liberalment dwar min ikun l-aħjar biex jirrapreżentahom fid-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati kollha ta’ Project Green huma liberi li jiltaqgħu u/jew jitkellmu ma’ kwalunkwe Union.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata dwar kemm kien hemm impjegati li bbenefikaw mill-għoti tas-sahra mill-aġenzija Project Green, maqsuma xahar b'xahar, minn Frar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Aġenzija Project Green – Ħaddiema li qed jistennew ir-rilaxx
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati fis-Servizz Pubbliku bħalissa qegħdin jistennew biex jingħataw rilaxx u kemm ilhom jistennew biex din it-talba tiġi milqugħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14154, ninfurmah li l-proċessi tad-detailing jew tar-revoka tad-detailing huma prerogattiva tal-Amministrazzjoni Pubblika li tiġi eżerċitata skont l-esiġenzi tas-servizz u l-provvedimenti tal-artikolu 33 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Avviż Legali 117/2014 hux qed jiġi applikat għat-trasport bil-frejgatina bit-turisti mill-Bajja ta' Marsaxlokk u jekk hux qiegħed jiġi infurzat fir-rigward tad-distanzi rikjesti bil-liġi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-servizz tat-trasport għat-turisti bil-frejgatina mill-Bajja ta' Marsaxlokk jiġi organizzat aħjar biex jingħata dehra aktar koordinata tal-prodott turistiku Malti u lokali, inkluż billi dawn jinġabru f'postijiet apposta flimkien fil-bidu tal-bajja fejn jinġabru l-maġġoranza tat-turisti bħalma jsir fid-diversi lokalitajiet oħra f'Malta u barra minn Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati sabiex bi qbil mal-operaturi kollha din iż-żona u dan is-servizz jiġi organizzat aħjar. Għal dan il-għan, l-Awtorità dwar it-Trasport ressqithom b’numru ta’ proposti, miżuri u soluzzjonijiet bl-iskop li jingħata servizz professjonali kif xieraq.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibda jingħata mill-ġdid is-servizz li kien mogħti qabel l-2020 fil-Berġa tal-Imġarr, darba fil-ġimgħa, fejn is-servizz ta' nurse u tabib kien jgħin fil-formolarju tar-riċetti tal-mediċini u kienu jingħataw servizzi oħra bażiċi fejn tidħol is-saħħa tar-residenti Imġarrin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit tal-eks Mġarr Berġa m’għadux adattat għall-bżonnijiet tal-Primary HealthCare. Sakemm jiġi identifikat sit alternattiv, ir-residenti tal-Imġarr jistgħu jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Rabat jew tal-Mosta. Jistgħu wkoll jagħmlu appuntament fi kwalunke Klinika fil-Komunità billi jċemplu 21231231 jew 21222444.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2818, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex infurmat dwar ir-rotta 238, mill-Imġarr għall-Belt u lura, li numru ta' drabi mhux qiegħda tgħaddi jew tiġi tard mill-ħin rikjest, b'tali konsegwenza li l-istudenti li jkollhom jattendu l-istudju tagħhom jaslu tard jew anke li kien hemm każi fejn tilfu anke l-lezzjonijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin fil-Mosta, ir-Rotta 238 qiegħda tgħaddi minn devjazzjoni. Din id-devjazzjoni qed twassal għal vjaġġ itwal bil-fuq minn żewġ kilometri (kull vjaġġ). Konsegwenza ta’ dan qed jirriżulta li f’ċertu ħinijiet tal-ġurnata, dawn il-vjaġġi jaslu tard fid-destinazzjoni tagħhom u allura jitilqu tard għall-vjaġġ ta ritorn ukoll.
Madanakollu, tajjeb li nindika li minn stħarriġ li twettaq fuq perjodu ta’ żmien, jirriżulta li r-‘reliability’ ta’ din ir-rotta kien ta 97.6%. Dan li stħarriġ kien ibbażat fuq id-data tal-GPS li hemm fuq kull karrozza tal-linja.
Jista’ l-Ministru jgħid kif isiru jew kif jintgħażlu li jsiru r-riċerka jew l-istudju neċessarju (hekk kif mistenni li qiegħed isir) sabiex wieħed jara kemm l-istudenti li joqogħdu għall-korsijiet qegħdin jieħdu l-massimu tal-kors ipprovdut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan isir permezz ta’ kwestjonarju online li jintbagħat lill-istudenti kollha tal-Lifelong Learning.