Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali tal-valur li ntefaq minn Heritage Malta fuq oġġetti li sejrin ikunu parti mill-wirt Nazzjonali tagħna matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'kienu dawn l-oġġetti li nxtraw matul is-snin imsemmija u meta dawn inxtraw, u jaqsam din l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat u Ħad-Dingli — użu tal-kannabis fil-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li nqabdu jpejpu l-kannabis fil-pubbliku ġewwa l-lokalitajiet ta' Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat u Ħad-Dingli matul dawn l-aħħar erba' xhur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar erba' xhur ma kien hemm ebda persuna li nqabdet tpejjep l-kannabis fil-pubbliku ġewwa l-lokalitajiet ta' Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat u Ħad-Dingli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq fil-lokalità tal-Imtarfa matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta' serq irrappurtati fil-lokalità ta’ l-Imtarfa, Malta matul is-sena 2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt, fejn id-dettalji huma maqsuma xahar b’xahar kif mitlub fil-mistoqsija. Dettalji tan-numru ta’ każijiet ta' serq irrapurtati għal istess lokalita f’Jannar 2024 għadhom qed jiġu kkompilati u mhux disponibbli.
Xahar fis-sena 2023
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
Rapporti ta' serq irrappurtati l-Imtarfa
1
0
0
0
0
0
1
0
0
2
0
1
Ir-Rabat, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, l-Imġarr u Ħaż-Żebbuġ — Persuni li tressqu l-Qorti fuq każijiet ta’ serq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti fuq każijiet ta' serq, li saru fil-lokalità tar-Rabat, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, l-Imġarr u Ħaż-Żebbuġ mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom għadhom qed jistennew ġustizzja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu mis-sena 2023 sat-30 ta’ Jannar 2024, kien hemm żewg persuni li tressqu fuq serq mill-lokalita ta’ Ħaż-Żebbuġ li wieħed minnhom tressaq fuq żewg każi ta’ serq mill-istess lokalita. Ħames persuni li tressqu l-Qorti fuq serq mill-lokalita tar-Rabat u persuna waħda li tressqet il-Qorti fuq serq mill-lokalita tal-Imġarr, waqt li oħra ser titressaq dwar serq mill-istess lokalita. Mill-persuni kollha li tressqu każ wieħed biss ġie deċiż, fejn il-persuna responsabbli ġiet sentenzjata xahrejn u nofs priġunerija, dwar serq minn Ħaż-Żebbuġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u l-ammonti totali tal-valur tagħhom, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u l-ammonti totali tal-valur tagħhom, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u l-ammonti totali tal-valur tagħhom, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13746.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru li llum huwa mmexxi minnu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u l-ammont totali tal-valur tagħhom, fil-perjodu bejn l-2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid kif kienet il-qagħda finanzjarja tal-Kunsilli Lokali hawn taħt imsemmija sa Diċembru 2023, u jagħti rendikont finanzjarju li jagħti stampa ċara ta' dan, li jinkludi surplus jew defiċit:
a. l-Imġarr;
b. Ħad-Dingli;
ċ. Ħaż-Żebbuġ;
d. ir-Rabat; u
e. l-Imtarfa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa skond kif mibghuta mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali.
Intant infurmat illi fir-rigward tal-Kunsilli Lokali tal-Imġarr, Dingli u r-Rabat, l-informazzjoni mitluba ma ġietx provduta mill-istess Kunsilli sad-data ta’ tweġiba ta' din l-Interpellanza.
Kunsilli Lokali – Attendenza ta’ sindki u kunsilliera
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' attendenza tas-Sindki u tal-Kunsilliera, laqgħa laqgħa minn Lulju 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari:
a. Kunsill Lokali Ħad-Dingli;
b. Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ;
ċ. Kunsill Lokali Imġarr;
d. Kunsill Lokali Imtarfa; u
e. Kunsill Lokali Rabat, Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigwardanti l-Kunsilli Lokali tal-Imtarfa, l-Imġarr u r-Rabat skond kif mibgħuta mid-Divizjoni għall-Gvern Lokali.
Intant infurmat illi fir-rigward tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħad-Dingli u Ħaż-Żebbuġ, l-informazzjoni mitluba ma ġietx provduta mill-istess Kunsilli Lokali sad-data tat-tweġiba ta’ din l-Interpellanza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' serq fil-lokalità tar-Rabat, Malta matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta' serq irrappurtati fil-lokalità tar-Rabat, Malta matul is-sena 2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt fejn id-dettalji huma maqsuma xahar b’xahar.
Xahar għas-sena 2023
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
Każi ta’ serq irrappurtati
ir-Rabat
5
2
5
3
5
5
11
5
2
6
5
2
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta' serq irrappurtati fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ, Malta matul is-sena 2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt fejn id-dettalji huma maqsuma xahar b’xahar.
Xahar mis-sena 2023
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
Rapporti ta' serq Ħaż-Żebbuġ
3
2
3
10
14
4
9
2
10
6
4
3
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta' serq irrappurtati fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli, Malta matul is-sena 2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt, fejn id-dettalji huma maqsuma xahar b’xahar.
Xahar mis-sena 2023
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
Każi ta’ serq irrappurtati Ħad-Dingli
2
3
2
0
2
0
1
0
0
1
2
0
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq fil-lokalità tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta' serq irrappurtati fil-lokalità ta’ l-Imġarr, Malta matul is-sena 2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt, fejn id-dettalji huma maqsuma xahar b’xahar.
Xahar fi-sena 2023
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
Każi
ta’ serq irrappurtati l-Imgarr
1
1
1
4
3
4
1
3
1
0
2
0
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Avviż Legali 117/2014 - Regolamenti tal-2014 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali, huwiex qed jiġi applikat għat-trasport bil-frejgatina bit-turisti mill-Bajja ta' Marsaxlokk u jekk hux qiegħed jiġi infurzat fir-rigward tad-distanzi rikjesti bil-liġi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Avviż Legali 117/2014- Regolamenti tal-2014 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali, qed jiġi applikat fejn għandu x’jaqsam trasport bid-dgħajjes bit-turisti u passiġġieri mill-Port ta' Marsaxlokk. Ir-regolamenti qed jiġu ukoll infurzati fir-rigward tad-distanzi rikjesti bil-liġi, fejn hu possibbli u fejn l-ispazju bejn irmiġġ u ieħor jippermetti il-bejgħ tas-servizz.
Madanakollu, inżid li peress li ma hemmx qbil mill-operaturi kollha għal dak li għandu x’jaqsam mal-post tal-bejgħ, l-imbark u l-iżbark ta’ dan is-servizz, l-Awtorità tat-Trasport għaddejja b’diskussjonijiet mal-partijiet u operaturi kollha konċernati u involuti sabiex tinstab soluzzjoni komuni u dejjiema għal dan l-operat kummerċjali relattivament ġdid.
Fid-dawl li għal numru ta' drabi tlabt biex isiru l-manutenzjonijiet meħtieġa fiċ-ċimiterju tal-Imġarr (Malta), dan wara li ilu f'din il-qagħda prekarja għal aktar minn tliet snin, jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-qagħda ta’ dan iċ-ċimiterju?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi wara li saru diversi sejħiet, l-offerta ġiet aġġudikata u sar il-ftehim tal-kuntratt mal-kuntrattur magħżul.
Ix-xogħol ser ikun jista’ jibda meta joħorġu il-permessi mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u jingħata l-permess mis-sid tal-għalqa ta’ biswit iċ-Ċimiterju għax xi xogħlijiet iridu jsiru minn hemm. Imbgħad il-kuntrattur ikollu perjodu ta' għaxar ġimgħat biex ilesti tax-xogħlijiet.
Animal Welfare – Trattament mhux xieraq tal-annimali – Passi legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu passi legali mill-Animal Welfare fuq trattament mhux xieraq tal-annimali matul dawn l-aħħar tliet xhur? Jista’ jgħid ukoll x'passi ttieħdu f'dan ir-rigward?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar 3 xhur u cioe’ minn Novembru 2023 s’issa nħarġu ħames (5) kwereli u multa amministrattiva waħda.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Lulju u Ottubru 2023?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn April sa Diċembru 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.