Legislature:
Category:
Reset
Active:

Learning Support Assistants – talbiet biex jirrapportaw fi skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kap ta' skola għandux id-dritt li jitlob Learning Support Assistant (LSA) biex jirrapporta fi skola oħra dakinhar stess li l-istudent jew l-istudenti ma jattendux fl-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skejjel li jiftħu l-btieħi għall-parkeġġ għar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 222 u jgħid liema huma l-iskejjel li qed jiftħu l-btieħi wara l-ħin tal-iskola biex jintużaw bħala parkeġġ għar-residenti? Jista’ jgħid x'qiegħed iżomm skejjel oħra li jagħmlu l-istess meta wieħed jifhem li f'kull raħal hawn problema ta' parkeġġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Minsiteru jieħu in kunsiderazzjoni kull talba li titressaq mill-Kunsilli Lokali.

IMU — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu jaħdmu fl-Information Management Unit (IMU) telqu, kemm irriżenjaw u kemm talbu għal transfer biex jiċċaqalqu f'Dipartimenti oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 72 impjegat, hemm 4 li jaqgħu taħt din il-kategorija.

Skola Medika Maltija – Studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17107, li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti barranin fl-Iskola Medika Maltija fis-sena ta' qabel fetħet l-iskola ta' Barths? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta' studenti li kienu eżentati milli jħallsu għall-istudju tagħhom u kemm kien l-ammont totali li huma ffrankaw kollha flimkien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti barranin li attendaw fl-Iskola Medika Maltija fis-sena ta’ qabel fetħet l-iskola ta’ Barths kien ta’ 245-il student.

Imtarfa – Ċentru terapewtiku

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3275, 6666, 6668 u 10158, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu llum dwar iċ-Ċentru Terapewtiku għall-minuri fl-Imtarfa, wara talba tar-residenti li jgħixu fl-Imtarfa u l-madwar minħabba l-bżonn ta' dan l-imsemmi ċentru fl-inħawi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jikkunsidra possibiltajiet ta’ siti diversi.

Skola Medika Maltija – Studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17302 u ċjoè jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17107, li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti barranin fl-Iskola Medika Maltija fis-sena ta' qabel fetħet l-iskola ta' Barths? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta' studenti li kienu eżentati milli jħallsu għall-istudju tagħhom u kemm kien l-ammont totali li huma ffrankaw kollha flimkien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17302.

IMU — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17246 u jgħid kemm persuni li kienu jaħdmu fl-Information Management Unit (IMU) telqu, kemm irriżenjaw u kemm talbu għal transfer biex jiċċaqalqu f'Dipartimenti oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17246.

L-Imġarr Malta — Triq Ġorġ Żammit

Question

Peress li l-Imġarr, Malta, spiċċa b’żewġ toroq bl-istess isem, imsemmija għall-istess persuna, u ċjoè Triq Ġorġ Żammit, u peress li anke l-Kunsill Lokali tal-Imġarr diġà għamel l-ilment tiegħu mal-bord għat-tismija tat-toroq imma sal-lum il-ġurnata l-isem taż-żewġ toroq għadu l-istess, jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji f’dan ir-rigward? Jista’ jgħid meta din is-sitwazzjoni se tiġi riżolta peress illi qiegħda twassal għal problemi ta' loġistika u anke ta’ tqassim ta' posta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li uffiċjalment fil-lokalità tal-Imġarr hemm triq waħda biss bl-isem ‘Triq Ġorġ Zammit’. L-isem ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern datata 19 ta’ Frar, 1991. L-estensjoni ta’ din it-triq tibda minn Triq San Pawl u twassal sa Triq Sir Harry Luke.

Sptar Mater Dei – Ċaqliq tal-Financial Controllers

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kompluta taċ-ċaqliq li sar fl-Isptar Mater Dei b’rabta mal-Financial Controllers kollha u jgħid għal liema postijiet oħra ġew trasferiti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-amministrazzjoni tagħmel kull deployment skond l-esiġenzi tas-servizz.

Sptar Mater Dei – Ċaqliq tal-Financial Controllers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li ċċaqalqu minn post għal ieħor fl-Isptar Mater Dei fl-irwol ta’ Financial Controller humiex se jkunu f'qagħda li jaqdu d-dmirijiet tagħhom mill-ewwel minħabba l-fatt li qegħdin f'qasam differenti minn dak li kienu fih qabel?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ċ-ċaqliq li sar hu parti minn eżerċizzju ta’ job rotation biex tibqa’ tkun assigurata l-governanza tajba. Il-Financial Controllers huma kollha professjonali f’xogħolhom u għaldaqstant huma lkoll f'qagħda li jaqdu d-dmirijiet tagħhom skond l-istandards stabbiliti wara li jkunu ġew mogħtija hand-over adekwata.

Sptar Mater Dei – Ċaqliq tal-Financial Controllers

Question

Fid-dawl li l-biċċa l-kbira tal-Financial Controllers ġewwa l-Isptar Mater Dei ġew trasferiti f'dipartimenti oħra, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm kontabilità finanzjarja għall-affarijiet li saru qabel fid-dipartimenti kkonċernati u jekk hux se jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-ebda records jew informazzjoni ma jintilfu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li saret u għadha ssir hand-over adekwata bejn l-uffiċjali involuti sabiex ikun aċċertat li jkun hemm kontabilità finanzjarja għall-affarijiet li saru qabel fid-dipartimenti kkonċernati u ttieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiġi assigurat li r-records u l-informazzjoni kollha jibqgħu priservati skond l-istandards stabbiliti.

Għasafar ibbalzmati – Proċess ta’ tagging

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa fir-rigward tal-proċess tat-tagging tal-għasafar ibbalzmati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2022 sal-lum ġew ivverifikati 161 kollezjoni ta’ 109 persuni differenti. Dan wassal biex ġew ivverfikati u ‘tagged’ 20,383 eżemplar, minn 3,080 applikazzjoni għal transferiment.

Għasafar ibbalzmati — Trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’jinvolvi l-proċess marbut mat-trasferiment skont il-liġi ta’ għasafar ibbalzmati li diġà huma tagged?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta wieħed jitkellem dwar għasafar ibbalzmati li huma mlibbsa apparat ta’ identifikazzjoni i.e., “tag”, wieħed jrid jagħmel distinzjoni bejn: 1. Għasafar mis-seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana u s-serra li ġew identifikati tassonomikament u mmarkati permezz ta’ apparat ta’ identifikazzjoni (tag) permezz ta’ l-ezerċizzju li sar fl-2022 wara l-publikazzjoni tal-gazzetta tal-gvern GN 338/2022; 2. Tajr li ġie maqbud u miġjub b’mod legali minn barra minn Malta u għaldaqstant imlibbes apparat ta’ identifikazzjoni (tag) minn uffiċjali tad-WBRU jew tal-ERA, u; 3. It-tajr li kien ġie dikkjarat permezz ta’ applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi jew il-predeċessur tagħha sal-31 ta’ Mejju 2003. Fil-każ tal-ewwel kategorija, dawn l-għasafar jistgħu jiġu trasferiti minn persuna għal oħra mingħajr il-bżonn ta’ awtorizzazjoni sakemm tali eżemplari ma jagħmlux parti mit-tajr iddikkjarat permezz ta’ applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi jew il-predeċessur tagħha sal-31 ta’ Mejju 2003. Tali tajr jista’ jiġi trasferit biss skont kif mitlub minn Regolament 21 hekk kif spejgat aktar ’il quddiem. It-tajr tat-tieni kategorija jista’ jimxi minn persuna għal oħra mingħajr il-bżonn ta’ awtorizzazjoni bil-miktub mit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU). Fil-każ tat-tielet kategorija, Regolament 21 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi jispjega b’mod ċar l-obbligi legali marbutin mat-trasferiment ta’ tali tajr. Ebda persuna ma tista’ tittrasferixxi xi għasfur jew għasfur li mhux tat-territorju Ewropew li jkun ġie dikkjarat permezz ta’ applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi jew il-predeċessur tagħha sal-31 ta’ Mejju 2003, sakemm ma jkunx ġie awtorizzat bil-miktub mit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi.

Dilettanti tat-Tassidermija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dilettanti tat-tassidermija humiex isibu ostakli biex ikunu jistgħu jżommu mal-liġi meta jitrasferixxu għasafar ibbalzmati li jkunu proprjetà tagħhom? Jista' jgħid ukoll jekk il-Gvern għandux pjanijiet long-term biex id-dilettanti Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jgawdu dan id-delizzju liberament ladarba l-għasafar ikunu rreġistrati skont il-liġi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent id-WBRU qed taħdem qatiegħ sabiex l-għasafar kollha ddikkjarati permezz ta’ applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi jew il-predeċessur tagħha sal-31 ta’ Mejju 2003 jiġu tassonomikament identifikati, immarkati permezz ta’ apparat ta’ identifikazzjoni, u maħruġa ċertifikat li jindika l-kampjuni ibbalzmati li qegħdin fil-pussess tal-persuna li rreġistrahom, hekk kif titlob l-istess liġi. Dan il-proċess huwa l-bażi tal-pjan long-term li bih il-Gvern se jkun qed jiffaċilita l-proċess tat-trasferiment ta’ tali għasafar. Wieħed irid japprezza li dan il-proċess jitratta tajr protett u għalhekk jinvolvi ħafna xogħol amministrattiv - li jeħtieġ jsir b’responsabbità u preċiżjoni – li jieħu l-ħin. Dan anke fid-dawl tal-fatt tal-ammont sostanzjali ta’ eżemplari li jridu jiġu pproċessati.

Skola Medika ta’ Malta — Studenti barranin – Eżenzjoni mill-ħlas

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16149 u 17104, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti barranin mill-215-il student li attendew l-Iskola Medika matul dawn l-aħħar 12-il xahar, li kienu eżentati mill-ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba parlamentari 16149 fejn l-informazzjoni mitluba diġa ġiet sottomessa.

Skola Medika ta' Malta – Studenti barranin — Eżenzjoni mill-ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-iskola Medika ta' Malta li kienu eżentati mill-ħlas għall-edukazzjoni tagħhom u kemm kien l-ammont?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Xiri ta’ makkinarju għall-bennejja — Skema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri 17106, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, u jgħid jekk l-iskema li kellu joħroġ il-Gvern ta' €200,000 biex il-bennejja jixtru makkinarju li jħares l-ambjent b'għan aktar ekoloġiku, ġietx addottata? Jekk din ġiet implimentata, jista’ jgħid ukoll kemm bennejja bbenefikaw minn dan l-ammont jew aktar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Imtarfa – Drama Group

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Imtarfa Drama Group jerġa' jkollhom post allokat għalihom mill-ġdid, wara li fl-2018 dawn tneħħew mill-eks sptar militari minn fejn kienu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet m’għandha l-ebda talba minn din l-Għaqda.

Imtarfa – Drama Group

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17112 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid jekk jistax jinstab post fejn l-Imtarfa Drama Group, ikunu jistgħu jiltaqgħu fih u jagħmlu l-laqgħat tal-kumitat wara li dawn spiċċaw mingħajr post stabbilit għalihom, liema post ikun tagħhom fil-lokalità tal-Imtarfa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17329.

Lukanda Verdala – Ħlas dovut lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema li kienu jaħdmu fil-lukanda Verdala fir-Rabat, Malta, humiex sejrin jingħataw il-ħlas dovut lilhom bi dritt għax-xogħol li għamlu u li qatt ma tħallsu għalih?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.