Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni humiex intitolati għal sick leave fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom? Peress li din hija bbażata fuq il-liġi applikabbli, jista’ jgħid għalfejn fejn jidħlu d-drittijiet, din il-liġi qiegħda toħloq inġustizzja bla bżonn bejn ħaddiema u oħrajn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni humiex intitolati għal sick leave fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom? Peress li din hija bbażata fuq il-liġi applikabbli, jista’ jgħid għalfejn fejn jidħlu d-drittijiet, din il-liġi qiegħda toħloq inġustizzja bla bżonn bejn ħaddiema u oħrajn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' moniteraġġ qiegħda tagħmel EquestriMalta biex tara li l-kumpless tal-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa jkun fl-aħjar stat possibbli?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur privat hu obbligat li jżomm il-korsa fi stat tajjeb. Infurmat li l-EquestriMalta tgħamel moniteraġġ kontinwu u tiġbed l-attenzjoni lill-operatur fejn ikun hemm bżonn. Infurmat ukoll li l-EquestriMalta jiltaqa’ regolarment mal-istakeholders konċernati sabiex jiżguraw li l-korsa tinżamm kif mixtieq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'safar mill-uffiċjali ta' EquestriMalta, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta' dati ta' xogħlijiet ippjanati biex isiru fil-proġett tal-Korsa taż-Żwiemel b'investiment ta' aktar minn €18-il miljun mill-privat, kif imwiegħed mill-Gvern fl-2019?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk persuni li għandhom il-Colitis u s-Slip Disc humiex eleġibbli għal Blue Sticker?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Blue Badge huma regolati mill-Artiklu 13 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità. Għaldaqstant, l-eligibbiltà tal-applikanti tal-Blue Badge tiġi evalwata skont iċ-ċertifikat mediku provdut mill-applikanti mal-applikazzjoni li jissottomettu flimkien mal-assessjar mediku li jsir lill-applikanti. Dan isir skont il-lista ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Att imsemmi, li ma jelenkawx kundizzjonijiet mediċi partikolari per se. Kif hemm indikat anke fuq il-formola ta’ applikazzjoni, jekk waqt l-evalwazzjoni jirriżulta li ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni medika fuq il-bżonnijiet jew in-nuqqasijiet li għandu l-individwu, jista’ wkoll jiġi mitlub li jippreżenta iktar informazzjoni medika.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f'Malta u f’Għawdex li bħalissa huma eleġibbli biex jużaw il-Blue Badge personalizzata li titpoġġa fil-vetturi tagħhom biex ikunu jistgħu jipparkjaw f’parkeġġi riservati għalihom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data ta’ kumpilazzjoni ta’ din it-tweġiba, 14,186 persuna f’Malta u f’Għawdex huma detenituri ta’ dokument tal-Blue Badge. Dan id-dokument joħroġ biss fuq il-persuna li tkun eliġibbli għaliha u għalhekk dejjem hu dokument personalizzat. Dawk li għandhom dokument tal-Blue Badge validu jistgħu jipparkjaw f’parkeġġi komunali riservati għal persuni b’diżabilità.
Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterja jew kundizzjoni ta' mard jew sitwazzjoni/ċirkostanza oħra, persuni jibbenefikaw minn blue badge minħabba l-kundizzjoni tagħhom?
Tista' l-Ministru tgħid minn min hu ffurmat il-bord li jeżamina min hu intitolat għall-Blue Badge u min mhuwiex?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżamijiet mediċi lill-applikanti tal-Blue Badge jsiru minn tobba ingaġġati f’dan ir-rwol wara sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għal dan is-servizz.
Tista' l-Ministru tgħid liema deċiżjonijiet ġodda ttieħdu jew inbidlu matul dawn l-aħħar 15-il xahar dwar id-dritt ta' Blue Badge li titpoġġa fuq il-vettura?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Blue Badge hija regolati mill-Artiklu 13 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità. F’dawn l-aħħar xhur, ma kienx hemm aġġornamenti fuq din il-liġi, u għaldaqstant, ma ttieħdu jew inbidlu ebda deċiżjonijiet dwar id-drittijiet relatati mal-Blue Badge.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14153 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata dwar kemm kien hemm impjegati li bbenefikaw mill-għoti tas-sahra mill-aġenzija Project Green, maqsuma xahar b'xahar, minn Frar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-mediċina speċifika għall-kura u t-trattament tal-kanċer bl-isem ta' Daratumumab tibda tingħata mill-Gvern peress li tiswa €13,000 u l-persuni li għandhom bżonnha ma jistgħux iħallsu għaliha biex jeħduha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm talba għad-dħul tal-mediċina Daratumumab u oħrajn għall-istess kundizzjoni indikata li hija tal-myeloma multipla. Fil-preżent qed jigi ppjanat ‘pathway’ tal-mediċini li hemm bżonn għal din il-kundizzjoni mal-konsulenti biex ikompli l-proċess li din il-mediċina u oħrajn jidħlu fil-formularju għal pazjenti li jinħtiġuhom. Dan il-proċess huwa mportanti għal diversi raġunijiet fosthom li mediċina ma taffettwax kull pazjent bl-istess mod u dak li hu tajjeb għal xi ħadd mhuwiex għal ħaddiehor bl-istess kundizzjoni. Raġuni oħra hi li dawn it-tip ta’ mediċini huma speċifiċi ħafna u ma jaħdmux għal żmien twil. B’hekk wieħed irid jaħseb għal dawk il-każijiet meta jkun hemm bżonn mediċini alternattivi għat-trattament ħolistiku tal-pazjenti milquta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18862 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta jiġi onorat il-Memorandum of Understanding (MoU) li kien sar qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet bejn il-Gvern, u l-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fejn kemm il-grawnd tal-Imtarfa kif ukoll il-grawnd il-ġdid li kellu jsir (mhux fir-Rabat) viċin l-iskola Sekondarja San Nikola, f’Ħad-Dingli, jgħaddu f'idejn dawn l-imsemmija klabbs rispettivament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18863 u jgħid jekk matul is-snin 2013 u 2024 tħallsux flus bħala ex gratia mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, lil xi ħaddiem, Kap Eżekuttiv, Chairman, jew persuni oħra ingaġġati minnu? Jekk iva, jista' jgħid lil min, kemm kien l-ammont ta' flus li ngħata u għal liema raġuni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin imsemmija ħlas ta’ flux ex gratia jammonta għal €182,688.32. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li għal fini ta’ sigurta u privatezza, informazzjoni ulterjuri mhux ser tiġi ppubblikata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11650 u jgħid meta sejra tiġi riżolta l-problema tal-madum fl-entratura tal-binja tal-Gvern, Binja Imsieraħ, fl-Imtarfa, minħabba li l-madum qiegħed jinqala' u jwassal għall-ħsarat fil-garaxxijiet għaliex l-ilma minn taħt il-madum maqlugħ qiegħed jinżel fil-basement kif ukoll qed ikun ta' periklu għal min jimxi fuqu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin diskussjonijiet sabiex tiġi riżolta din il-problema.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol infrastrutturali li għaddej fil-bypass tal-Imtarfa bħalissa, minħabba li d-dewmien qiegħed ikun ta' tbatija bla bżonn għal min irid jasal l-Imtarfa mid-direzzjoni ta' Ħ'Attard u Ħaż-Żebbuġ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet li hemm fi Triq Il-Maltin u Eżiljati, kif ukoll fi Triq il-Kav Vincenzo Bonello waslu fl-aħħar fażi tagħhom. Bħalissa bdew l-aħħar xogħolijiet li jinkludu it-tqaxxir tal-asfalt eżistenti bi preparament għal-kisja ta’ asfalt ġdid, fejn dan ġie affetwat. Immedjatament wara jsiru il-linji u marki mal-art. Dan huwa pjanat li jkun lest kollu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta jiġi onorat il-Memorandum of Understanding (MoU) li kien sar qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet bejn il-Gvern, u l-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fejn kemm il-grawnd tal-Imtarfa kif ukoll il-grawnd il-ġdid li kellu jsir (mhux fir-Rabat) viċin l-iskola Sekondarja San Nikola, f’Ħad-Dingli, jgħaddu f'idejn dawn l-imsemmija klabbs rispettivament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2013 u 2024 tħallsux flus bħala ex gratia mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, lil xi ħaddiem, Kap Eżekuttiv, Chairman, jew persuni oħra ingaġġati minnu? Jekk iva, jista' jgħid lil min, kemm kien l-ammont ta' flus li ngħata u għal liema raġuni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2013 u 2024 tħallsux flus bħala ex gratia mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, lil xi ħaddiem, Kap Eżekuttiv, Chairman, jew persuni oħra ingaġġati minnu? Jekk iva, jista' jgħid lil min, kemm kien l-ammont ta' flus li ngħata u għal liema raġuni?
Organizzazzjonijiet Voluntiera ta' Salvataġġ — simulazzjonijiet ta' emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm deċiżjoni min-naħa tiegħu, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) jew minn entitajiet oħra governattivi, biex l-Organizzazzjonijiet Voluntiera ta' Salvataġġ ma jiġux imsejħa aktar jew involuti meta jsiru simulazzjonijiet ta' emerġenza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li ma kien hemm ebda deċiżjoni ta' dan it-tip. Jekk qed issir referenza għall-eżerċizzju li sar fl-10 ta' April ġewwa Selmun, dan kien parti mir-reklutaġġ li bħalissa għaddej fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u allura kien hemm il-bżonn li f'ġurnata jitħarrġu 64 rekluta kemm fuq kif jinteraġixxu mal-ħelicopter kif ukoll kif jitmexxa inċident kbir li jinkludi l-klieb tad-Dipartiment, u l-membri ta' l-emerġenza ta' Mater Dei, b'hekk il-focus kien fuq ir-rekluti. Hemm ippjanati diversi eżerċizzji nazzjonali fix-xhur u snin li ġejjin u dawn ser jinvolvu l' Ngos kollha li jaħdmu mad-DPĊ kif dejjem isir.