Legislature:
Category:
Reset
Active:

ASEM — Nefqa fuq konferenza internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa u kif ġiet iffinanzjata l-konferenza internazzjonali mal-entità ASEM li saret f'Malta fil-25 u fis-26 ta' Jannar 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża globali kienet tammonta għal €71,452.39. L-ispejjeż kienu koperti konġuntivament bejn il-Ministeru tiegħi, l-MFHEA u l-Associazione CIMEA (Centro di Informazione sulla Mobilità e le Equivalenze Accademiche).

L-Awtorità Statali Equestri Malta — Korsa tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità Statali Equestri Malta b'bord ta' Diretturi appuntat mill-Ministru nnifsu, għadha sal-lum ma ħadet l-ebda passi kontra l-kuntrattur li ngħata l-konċessjoni tal-korsa tal-Marsa meta l-investiment imwiegħed għadu ma sarx u meta matul dawn l-aħħar seba' snin il-korsa tal-Marsa hija fl-agħar stat li qatt kienet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm l-entita msemmija, u kif ukoll il-bord imsemmi, flimkien mal-stakeholders neċessarji qegħdin jgħamlu dak kollu possibli sabiex il-Korsa tal-Marsa tkun fl-aħjar stat possibli, b’investimenti xierqa.

Mediċina — Prolia (Denosumab)

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li t-tilqima Prolia (Denosumab) tibda tingħata b'xejn lill-anzjani li jeħtiġuha kull sitt xhur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa qed fil-fażi finali għal dak li hu trattament ta’ dawk li għandhom osteoporożi u qegħdin fil-first u second-line treatment. Ninforma lill-Onor. Interpellant li hi l-intenzjoni tad-Dipartment li fil-futur jesplora l-procurement ta’ dawk li huma għal third line treatment.

Labar tal-insulina 4mm minflok 6mm għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkunsidrax it-talba ta' bosta anzjani li minħabba ħtiġijiet partikolari jeħtieġu użu ta’ labra tal-insulina tal-4mm, minflok dik ta' 6mm biex tintuża tajjeb mingħajr ma jinħoloq inkonvenjent bla bżonn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa qed jesplora li jinxtraw sizes differenti tal-labar għall-insulina.

Formularju tal-mediċini — Vitamina D

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkunsidrax li fuq il-formularju tal-mediċini l-Vitamina D tingħata b’xejn lill-anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Vitamina D tinsab fuq il-formularja u tista’ ssir riċetta għaliha biex tingħata b’xejn lill-persuni li huma anzjani.

Operazzjonijiet tat-tneħħija tal-ġebla mill-kliewi li ma sarux

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21542 u jikkonferma jekk dan l-aħħar ġewx imħassra xi operazzjonijiet relatati mat-tneħħija tal-ġebla mill-kliewi minħabba li ma kienx hemm fiber li jintuża f'operazzjonijiet simili?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ Lumenis li qed jintużaw biex f’operazzjonijiet relatati mat-tneħħija tal-ġebla mill-kliewi. Infurmat li kien hemm problema fil-provvista min-naħa tal-kumpanija. Din ġiet indirizzata fi żmien ġimgħa u s-sitwazzjoni għandha tiġi għan-normal.

Settur tal-Kostruzzjoni – Sick Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21109, 21110, 21111 u 21653 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal rispettivament u jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni humiex intitolati għal sick leave fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom? Peress li din hija bbażata fuq il-liġi applikabbli, jista’ jgħid għalfejn fejn jidħlu d-drittijiet, din il-liġi qiegħda toħloq inġustizzja bla bżonn bejn ħaddiema u oħrajn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom, il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni mhumiex intitolati għas-sick leave bi ħlas. Id-dritt tas-sick leave huwa stipulat f’diversi regolamenti li jirregolaw diversi setturi u l-intitolament tas-sick leave ivarja skond is-settur. Il-Gvern huwa konoxxenti tad-diskrepanzi f’dan ir-rigward. Infatti, waħda mill-miżuri fil-manifest elettorali, li sar il-programm tal-Gvern, hija li dawn l-istess regolamenti jiġu riveduti u armonizzati. Ix-xogħol fuq din il-miżura diġa beda. F’din il-leġiżlatura, inħatar kumitat ta' esperti biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu biex jiġu riveduti dawn il-liġijiet biex tinħoloq uniformita' u jitneħħew l-anomaliji li jeżistu.

Kors tal-Marsa — sorveljanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sorveljanza qed issir bħalissa fuq il-qagħda tal-korsa fil-Marsa u minn min qed issir?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21301, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-korsa hi mmexxija mill-Malta Equidrome.

Korsa taż-Żwiemel — problemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-korsa taż-żwiemel baqgħetx bil-problemi anke sal-ewwel tiġrijiet wara l-waqfa tas-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tiġrijiet taż-żwiemel saru kif kien programmat. Infurmat li jekk ikun hemm bżonn jittieħdu xi providementi sabiex il-korsa tkun f'kundizzjoni xierqa, dawn jittieħdu minnufih mill-istakeholders neċessarji.

Korsa taż-Żwiemel – ġebel fir-ramel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li fl-ewwel tiġrijiet wara l-waqfa tas-sajf reġa' għal darb'oħra kien hemm ġebel fir-ramel tal-korsa taż-żwiemel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21537.

Korsa tal-Marsa – speakers taħt it-tinda u paddock li ma kinux qed jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx infurmat bil-fatt li l-ispeakers taħt it-tinda u fil-paddock tal-korsa tal-Marsa ma kinux qed jaħdmu u jiffunzjonaw u b’kaġun ta’ dan, xekkel il-komunikazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispeakers ta' taħt it-tinda huma parti mill-ispettaklu u mhux mezz ta' komunikazzjoni, madanakollu ġejt infurmat li l-operatur ordna set ġodda.

Operazzjonijiet tat-tneħħija tal-ġebla mill-kliewi li ma sarux

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan l-aħħar ġewx imħassra xi operazzjonijiet relatati mat-tneħħija tal-ġebla mill-kliewi minħabba li ma kienx hemm fiber li jintuża f'operazzjonijiet simili?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Settur tal-Kostruzzjoni – Sick Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21109, 21110 u 21111 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal rispettivament u jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni humiex intitolati għal sick leave fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom? Peress li din hija bbażata fuq il-liġi applikabbli, jista’ jgħid għalfejn fejn jidħlu d-drittijiet, din il-liġi qiegħda toħloq inġustizzja bla bżonn bejn ħaddiema u oħrajn?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Lifelong Learning u Part-Time Adult Education

Question

Jista' l-Ministru jgħid dawk il-persuni li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Lifelong Learning u fil-Part-Time Adult Education hux ser ikompli jkunu eleġibbli għas-Sick Leave u l-Leave bħalma kienu qabel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat ingaġġat fuq bażi full-time jew part-time adult educator bħala impjieg ewlieni tagħhom fid-Dipartiment imsemmi jkunu ntitolati kemm għas-sick leave u kif ukoll għall-leave.

Akkademja tal-Pulizija — Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Lecturers li jgħallmu fil-kors fi ħdan l-Akkademja tal-Pulizija? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għandhomx il-kwalifiki rikjesti biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lecturers kollha għandhom il-kwalifiki/esperjenza estensiva fil-qasam relattiv tagħhom li xi drabi jkun speċjalizzat ħafna. Barra minn hekk l-Akkademja teħtieġ ukoll ċertifikat ta’ ‘train the trainer’. L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – Stampar ta’ dokumenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża fi stampar tad-dokumenti li ħarġet l-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) bejn Jannar 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali fil-perjodu msemmi kienet ta’ €27,804.25.

Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – Xogħol ta’ stampar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-Printing Houses li għamlu x-xogħol ta' Stampar fuq id-diversi dokumenti li ħarġet l-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) bejn Jannar 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Printing Houses li għamlu xogħol ta’ Stampar matul il-perjodu msemmi huma Salesian Press, Gutenberg Press, MJE Solutions Limited u Impressions Ltd.

Korsa taż-żwiemel — kwalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu legalment responsabbli meta jkorri jew iweġġa' żiemel minħabba l-kwalità ħażina tal-korsa taż-żwiemel, li tinsab mimlija ġebel flok żrar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materjal li jintuża huwa ramel u mhux żrar li sar skont il-pariri ta’ persuni tekniċi u kwalifikati.

L-Awtorità Statali Equestri Malta — Korsa tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità Statali Equestri Malta b'bord ta' Diretturi appuntat mill-Ministru nnifsu, għadha sal-lum ma ħadet l-ebda passi kontra l-kuntrattur li ngħata l-konċessjoni tal-korsa tal-Marsa meta l-investiment imwiegħed għadu ma sarx u meta matul dawn l-aħħar seba' snin il-korsa tal-Marsa hija fl-agħar stat li qatt kienet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Settur tal-Kostruzzjoni – Sick Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni humiex intitolati għal sick leave fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom? Peress li din hija bbażata fuq il-liġi applikabbli, jista’ jgħid għalfejn fejn jidħlu d-drittijiet, din il-liġi qiegħda toħloq inġustizzja bla bżonn bejn ħaddiema u oħrajn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.