Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23163 u jgħid x'kienet ir-raġuni li l-laqgħa tat-tiġrijiet li kellha ssir nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru 2024, fis-1.00 p.m. ġiet posposta għat-3.00 p.m. u aktar tard imħassra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-interess għas-sigurtà tas-sewwieqa u ż-żwiemel, it-tiġrijiet ġew ikanċellati wara ftehim bejn il-Malta Racing Club u l-Malta Equidrome.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23164 u ċjoè: Fid-dawl tal-fatt li tħassru numru ta' tiġrijiet li kellhom isiru nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi assigurat li l-korsa tal-Marsa qed tinżamm fi stat tajjeb mill-kuntrattur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-kuntrattur ħa ħsieb li l-korsa terġa tiġi lura għan-normal.
IFE, MFHEA, FES, SportMalta, EquestriMalta u AIMS — Pubblikazzjoni tar-rapporti ta’ ħidma
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi d-data/dati meta ġew ippubblikati u ppreżentati r-rapporti b'rabta mas-sena ta' ħidma 2023 tal-entitajiet segwenti:
i. Istitut għall-Edukazzjoni (IFE);
ii. Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA);
iii. Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES);
iv. SportMalta;
v. EquestriMalta u
vi. Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti (AIMS)?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-laqgħa tat-tiġrijiet li kellha ssir nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru 2024, fis-1.00 p.m. ġiet posposta għat-3.00 p.m. u aktar tard imħassra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Fid-dawl tal-fatt li tħassru numru ta' tiġrijiet li kellhom isiru nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi assigurat li l-korsa tal-Marsa qed tinżamm fi stat tajjeb mill-kuntrattur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23149 u jgħid jekk ġaladarba saru l-applikazzjonijiet uffiċjali tal-Malta Further and Higher Education (MFHEA) biex l-awtorità tingħaqad mal-entitajiet internazzjonali European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) u European Quality Assurance Register for Higher Education (EQAR) meta dawn saru? Jekk dan sar, tista' l-awtorità tal-MFHEA tgħid jekk Malta ġietx aċċettata bħala membru? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi forma ta' risposta minn dawn l-entitajiet u jekk dan huwa fil-pozittiv, x'tip ta' risposta hemm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni formali biex l-MFHEA issir membru sħiħ tal-ENQA saret fiT-13 ta’ Frar tal-2023 filwaqt li l-applikazzjoni biex Malta tissieħeb fl-EQAR saret fl-14 ta’ April tal-2023.
Infurmat li d-deċizjoni tal-ENQA ma titħabbarx qabel il-proċess tal-EQAR ikun magħluq kompletament. L-EQAR jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-istess rapport li tkun ħejjiet l-ENQA imma d-deċizjonijiet tagħhom huma ndipendenti minn xulxin.
Infurmat ukoll li għalkemm l-MFHEA ma weħlet mill-ebda standard meta l-EQAR għamlet evalwazzjoni tar-rapport imħejji minn-ENQA, l-EQAR iddeċidiet li ma daħħalx lill-MFHEA fir-reġistru. L-MFHEA qiegħdha fi stadju li tappella din id-deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'safar mill-uffiċjali ta' EquestriMalta, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-entita msemmija nefqet €9,800 fi spejjeż fuq safar uffiċjali matul dawn l-aħħar 16-il xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew delegati barranin għall-konferenza internazzjonali organizzata f'pajjiżna mal-entità ASEM fil-25 u fis-26 ta' Jannar 2024 u min kienu r-rappreżentanti ta' Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 117 il-Delegat attendew għall-konferenza msemmija. Malta kienet irrappreżentata minni bħala Ministru tal-Edukazzjoni u miċ-Chief Executive Officer tal-MFHEA, Dr. Rose Anne Cuschieri.
B'referenza għall-ftehim iffirmat ftit tal-jiem ilu bejn EquestriMalta u l-Malta Racing Club (MRC), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha u dettaljata dwar inizjattivi, proposti u meta l-għotja li sejra tgħaddi mill-awtorità EquestriMalta lil MRC?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta — Rapport ta’ Ħidma
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) għas-sena 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li r-rapport imsemmi qiegħed fl-istadji finali tiegħu sabiex jiġi ppublikat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-applikazzjonijiet tal-Malta Further and Higher Education (MFHEA) biex l-awtorità tingħaqad mal-entitajiet internazzjonali European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) u European Quality Assurance Register for Higher Education (EQAR)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ENQA ħarġet ir-rapport u dan jinsab pubbliku fuq il-website; External review of MFHEA (2023) • ENQA
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġaladarba saru l-applikazzjonijiet uffiċjali tal-Malta Further and Higher Education (MFHEA) biex l-awtorità tingħaqad mal-entitajiet internazzjonali European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) u European Quality Assurance Register for Higher Education (EQAR) meta dawn saru? Jekk dan sar, tista' l-awtorità tal-MFHEA tgħid jekk Malta ġietx aċċettata bħala membru? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi forma ta' risposta minn dawn l-entitajiet u jekk dan huwa fil-pozittiv, x'tip ta' risposta hemm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-konferenza tal-entità European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) li saret f'Malta f'Ottubru 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-ispiża totali kienet ta’ €40,460.69 (vat eskluż).
Jista' l-Ministru jgħid minn min kienet irrapreżentata l-konferenza tal-entità European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) fil-konferenza li saret f'Ottubru 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara d-domanda tiegħu.