Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Nadur u l-Qala – New Water – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex jiġi kkunsidrat u implimentat is-servizz tan-New Water fi Triq it-Tiġrija u Triq San Blas fin-Nadur, kif ukoll fit-triq li tgħaqqad in-Nadur mal-Qala, fl-isfond tax-xogħlijiet ippjanati f’dawn l-inħawi? Jekk iva, jista’ jindika wkoll jekk hemmx pjan ta’ ħidma b’timeframes stabbiliti u meta huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

In-Nadur u l-Qala – New Water – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tindika jekk hemmx pjanijiet sabiex jiġi kkunsidrat u implimentat is-servizz tan-New Water fi Triq it-Tiġrija u Triq San Blas fin-Nadur, kif ukoll fit-triq li tgħaqqad in-Nadur mal-Qala, fl-isfond tax-xogħlijiet ippjanati f’dawn l-inħawi? Jekk iva, tista’ tindika wkoll jekk hemmx pjan ta’ ħidma b’timeframes stabbiliti u meta huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kontinwament tistudja u tevalwa estensjonijiet ta’ networks ġodda, u f’dan l-istadju għadha qed tistudja l-estensjonijiet fl-inħawi msemmija. Sadattant, kull bidwi f’Għawdex għandu aċċess għan-New Water mill-eqreb dispenser.

Rabat, Malta - Ta’ Buqana - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34783 dwar xogħlijiet ta' tqegħid ta' katusi fit-triq li minn Triq Buqana fir-Rabat tagħti għaċ-Chadwick Lakes, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-kuntrattur u l-bdiewa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif diġà spjegajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34783, dan hu ftehim privat li sar bejn il-kuntrattur u l-bdiewa konċernati.

Ftehim settorjali għall-professjonisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet biex jiġi konkluż il-ftehim settorjali ġdid li skada fil-31 ta' Diċembru 2025, li jkopri l-lista tal-professjonisti li jinkludi fost l-oħrajn dawn imsemmija: •    Audiologists •    Clinical Perfusionists •    Dental Hygienists •    Dental Technicians •    Dieticians •    Medical Laboratory Scientists •    Nutritional Therapists •    Nutritionists •    Occupational Therapists •    Optometrists •    Orthoptists •    Physiotherapists •    Podiatrists •    Radiographers •    Speech and Language Pathologists?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 35202.

Ftehim settorjali għall-professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet biex jiġi konkluż il-ftehim settorjali ġdid li skada fil-31 ta' Diċembru 2025, li jkopri l-lista tal-professjonisti li jinkludi fost l-oħrajn dawn imsemmija: •    Audiologists •    Clinical Perfusionists •    Dental Hygienists •    Dental Technicians •    Dieticians •    Medical Laboratory Scientists •    Nutritional Therapists •    Nutritionists •    Occupational Therapists •    Optometrists •    Orthoptists •    Physiotherapists •    Podiatrists •    Radiographers •    Speech and Language Pathologists?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-ftehim settorali f’isem l-Allied Health Professionals, kif imsemmi mill-Onor. Interpellant ghadu qed jigi negozjat . Infurmat ukoll li fis-6 ta' Frar, il-Ministeru bagħat ir-reazzjonijiet tiegħu għall-aħħar proposti li kien rċieva minghand il-unjin u qed jistenna tweġiba.

Rabat, Malta - Ta’ Buqana - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33815, tista' l-Ministru tagħti data meta se jitlestew ix-xogħlijiet ta' tqegħid ta' katusi fit-triq li minn Triq Buqana fir-Rabat tagħti għaċ-Chadwick Lakes u tiġi stabbilita l-istess triq? Tista’ tgħid ukoll jekk hux se jingħata kumpens lill-bdiewa li fl-għelieqi tagħhom tħallew l-inġenji u l-materjal sakemm isiru x-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’testijiet addizzjonali fuq tali mejn biex tassigura li l-flow u l-kwalità tax-xogħol jilħqu l-istandards mitluba. Infurmata wkoll li sar ftehim separat bejn il-kuntrattur li wettaq ix-xogħlijiet u l-bdiewa.

Eurovision Song Contest - Ġurija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33775 u 33821 u jgħid fuq liema kriterji tintgħażel il-ġurija tal-Eurovision Song Contest u min finalment jieħu l-aħħar deċiżjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-panel ta' ġurija tal-Malta Eurovision Song Contest huwa magħmul minn numru ta' professjonisti li ġejjin mid-dinja mużikali u mix-xena ta' l-ispettaklu, magħżula fuq bażi esperta, bażi ta' esperjenza, bażi ta' xogħol jew bażi ta' kontribut fil-qasam. Il-panel huwa kompost minn ħames ġurati Maltin u ħames ġurati internazzjonali. B'hekk kolletivament ikun hemm diversita u għarfien differenti biex isir il-ġudizzju fuq il-kanzunetti finalisti. L-għażla finali tal-ġurati hija responsabbilta tal-organizzaturi tal-Malta Eurovision Song Contest, ċioe il-Public Broadcasting Services.

Triq Ħad-Dingli - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 33776 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tagħti indikazzjoni meta ser jitlesta x-xogħol fi Triq Ħad-Dingli, it-triq li twasslek mir-Rabat għal Ħad-Dingli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25864, ninsab infurmata li x-xogħol fuq il-proġett miexi kif ippjanat.

Rabat, Malta - Ta’ Buqana - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ katusi fit-triq li minn Ta’ Buqana, ir-Rabat Malta, tagħti għaċ-Chadwick Lakes, u jekk hux ser jingħata kumpens lill-bdiewa li fl-għelieqi tagħhom tħallew l-inġenji u l-materjal sakemm jitlestew tali xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li t-tqegħid tal-imsemmija katusi sar u bħalissa qed isir il-pressure testing tagħhom.

Triq Ħad-Dingli - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta ser jitlesta x-xogħol fi Triq Ħad-Dingli, it-triq li twasslek mir-Rabat għal Ħad-Dingli?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Mużew Marittimu - Xogħlijiet ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx ir-restawr kollu fil-Mużew Marittimu mill-fondi Norveġiżi (EEA) u jagħti rendikont dettaljat tal-ispiża kollha li saret?  Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xogħlijiet oħra ta’ restawr f’dan il-post amministrat minn Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-fondi Norveġiżi (EEA) koprew parti mill-proġett ta’ restawr fil-proġett tal-Mużew Marittimu. Nikkonferma wkoll li hemm pjanijiet biex jitwettqu xogħlijiet ta’ restawr ulterjuri f’dan is-sit fil-futur.

Heritage Malta - Viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li żaru (dħul) f’kull sit amministrat minn Heritage Malta, f’Malta u f’Għawdex, minn Mejju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni għal kull sit individwalment, għal kull xahar u sena elenkati, u skont jekk il-viżitaturi kinux tfal, adulti jew anzjani?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.

MICAS - Garanzija dwar arti esebita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara din l-aħħar maltempata, daħlux ilmijiet fil-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS), ċentru artistiku li sewa madwar €30 miljun u li tlesta ftit aktar minn 15-il xahar ilu? F’każ li iva, jista’ jagħti garanzija li ma saret l-ebda ħsara lill-arti esebita?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minkejja li kien hemm xi dħul limitat ta’ ilma fil-binja tal-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) frott il-maltempata qawwija , ma saret l-ebda ħsara la lill-opri tal-arti esebiti u lanqas lill-istruttura tal-bini. Is-sitwazzjoni ġiet indirizzata minnufih u ttieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-arti u l-faċilitajiet jibqgħu protetti u siguri.

L-Università ta’ Malta – Master of Notarial Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Università ta’ Malta għandhiex il-ħsieb li twaqqaf il-kors universitarju ta’ Master of Notarial Studies?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

L-Università ta’ Malta – Master of Notarial Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Università ta’ Malta għandhiex il-ħsieb li twaqqaf il-kors universitarju ta’ Master of Notarial Studies?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li preżentement m’hemmx pjanijiet li jitwaqqaf il-kors imsemmi.

Il-Qorti tar-Reviżjoni tal-Atti Notarili – Żjarat f’uffiċċji ta’ nutara

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31498, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-żjara saret fl-aħħar sentejn, mill-Qorti tar-Reviżjoni tal-Atti Notarili f’uffiċċji ta’ nutara, meta dehrilha li kien meħtieġ skont l-artikolu 115(1) tal-Kap 55 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in konġunzjoni mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31498, jigi ikkonfermat li tul l-aħħar sentejn, ma saret l-ebda żjara mill-Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Nutarili f’uffiċċji ta’ nutara privata.

Post għar-rwol ta’ Senior Teacher

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32468 u jgħid meta ser toħroġ il-post għar-rwol/grad ta’ Senior Teacher, hekk kif maqbul fil-ftehim kollettiv li ġie konkluż qabel ma bdiet is-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji sabiex tinħareġ is-sejħa.