Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li ġew fostered sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa l-kumpens finanzjarju li jagħti l-istat lil dawk il-ġenituri li jidħlu għall-fostering?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li foster parents ikollhom dritt għal €40 fil-ġimgħa, bħala Children in Care Allowance imħallsa skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, għal kull tifel jew tifla li jkollhom f’affidament. Din l-Allowance tibqa' titħallas sakemm it-tifel jew tifla li dwarhom tkun qed titħallas ikollhom 18-il sena jew jibdew jaħdmu.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' divorzju li ngħata lil persuni ta' nazzjonalita' Maltija minn qrati ta' pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-1 ta' Mejju 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każi ta’ divorzju li ngħata lill persuni ta’ nazzjonalita` Maltija minn qrati ta’ pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea mill-1 ta’Mejju 2004 hu kif ġej:
Sena
Divorzji
Mill- 01/05/2004 sa l-aħħar tas-sena
21
2005
33
2006
25
2007
23
sat-18/06/2008
13
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vittmi ta' spluzjonijiet ta' kmamar tan-nar, sena b'sena, mill-1990 'l hawn? Liema kienu dawn il-kmamar u f'liema lokalitajiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mis-sena 1990 sa llum kien hemm 31 persuna li tilfu ħajjithom f'inċidenti fi kmamar tan-nar jew postijiet li kienu qed jintużaw għal dan il-għan. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-lokalitajiet fejn seħħew l-inċidenti u liema kmamar kienu nvoluti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti mixlija b'manifatturar ta' logħob tan-nar b'mod illegali u/jew biż-żamma ta' kmamar tan-nar illegali sena b'sena mill-1990 'l hawn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika bit-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti f'dawn l-aħħar 10 snin, sena b'sena, mixlija b'abbużi sesswali fuq minorenni? F'kemm minn dawn il-każi kienu nvoluti qraba ta' l-istess vittmi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-persuni mressqa quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' abbuż sesswali fuq minorenni tul dawn l-aħħar għaxar snin kien :-
Sena
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008*
Persuni
33
14
11
17
26
22
34
32
49
12
* sal-31.05.08
Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika bit-tagħrif hekk kif mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir reviżjoni tal-Politika Nazzjonali Dwar ix-Xandir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif diġa ħabbart fid-diskors li għamilt fl-20 ta’ Mejju 2008 bi tweġiba għad-diskors tal-President, fix-xhur li ġejjin se nkunu qed inħarsu lejn il-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir biex naġġornawha.
Peress li tħabbar li l-Gvern beħsiebu jipprivatizza l-marinas kollha sa l-aħħar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk wara li jintemm dan il-proċess hux se jitħalla li jsir sajd minn dilettanti, kif qed isir illum, fuq il-moll bejn l-istabbilimenti Mamma Mia u Black Pearl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 196 u jindika meta huwa maħsub li jispiċċa x-xogħol infrastrutturali fi Triq id-Durumblat, fil-Mosta u li minħabba fih l-ADT għamlet din it-triq one way min-naħa ta' H'Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa mistenni li jieħu madwar 6 xhur oħra sabiex jitlesta .
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 197 u jgħid jekk hux ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' asfaltar li sar biss f'parti ta' Triq il-Ħtajriet, fil-Mosta? Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, jista' jindika meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 336.
Jista' l-Minstru jgħid fhiex wasal il-proċess tar-rekwizzjoni ta' art li tmiss ma' Triq iz-Zahar, f'H'Attard li minħabba fiha ma tistax tiġi asfaltata din it-triq b'konsegwenza li r-residenti qed ibatu minn ħafna inkonvenjenzi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima tal-Proprjeta tal-Gvern qegħda tistenna li l-fondi neċessarji jiġu trasferiti lilha mill-Awtorita’ dwar it-Trasport, biex tkun tista’ tiffinalizza l-proċeduri neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jinżegħu mill-ġdid is-sinjali tat-traffiku li hemm fit-Triq in-Nutar Zarb, f'H'Attard? Jista' jgħid x'qed iżomm lill-Awtorita' dwar it-Trasport milli toħroġ il-permess biex f'din it-triq jiġu nstallati traffic lights mitluba mill-Kunsill Lokali ta' H'Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tiffriska ż-zebgħa fit-triq msemmija f’qasir żmien.
Infurmat ukoll li t-talba tal-Kunsill Lokali Attard ghal
pelican crossing
oħra fi Triq Nutar Zarb ġiet eżaminata minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku flimkien ma’ uffiċjali tad-Direttorat għall-Infrstruttura tan-Network. Ġġie konkluż mit-Taqsima w mid-Direttorat li din it-talba tal-Kunsill Lokali mhix rakkommandabbli għal dawn ir-raġunijiet:
· Id-distanzi ta’ vizibilità mhux adekwati sabiex tali
pelican crossing
tkun għas-sigurtà ta’ min qed jaqsam.
· Diġa jeżistu tlett (3)
pelican crossings
oħra fl-inħawi viċin ta’ din it-talba.
Il-Kunsill Lokali Attard ġie mgħarraf b’din id-deċiżjoni b’ittra ddatata 26 ta’ Mejju 2008.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix policy dwar meta u kif isir tindif tad-diversi widien li hawn Malta u Għaqdex? Jekk teżisti din il-policy jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tagħha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Sa llum ma teżistix policy bħal din.
Jien infurmat li wara li jiġu spezzjonati diversi widien isir program qabel il-bidu tas-sajf biex isir dan ix-xogħol skond l-esiġenzi li jkun hemm u r-riżorsi disponibbli. Minbarra dan isir tindif fil-widien kull meta jkun hemm rapporti ta’ rimi llegali ta’ skart jew meta waqt spezzjonijiet li jsiru minn żmien għall-ieħor jinstab li jkun sar rimi ta’ materjal.
Sadanittant se nikkonsidra s-suġġeriment ta’ l-Onor. Interpellant
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-budget għad-dispożizzjoni tad-delegazzjoni Maltija għall-Eurovision Song Contest ta' din is-sena? Kemm minn dan il-budget intefaq fuq il-promozzjoni tal-kanzunetta u kemm intefaq biex id-delegazzjoni Maltija setgħet tmur s-Serbia? Kemm kienet il-kontribuzzjoni tal-PBS għal din il-parteċipazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħala promozzjoni tal-kanzunetta Maltija li kien jikkonsisti fi press pack, produzzjoni tal-video tal-kanzunetta u post cards, in-nefqa kienet tammonta għal Ewro 16,697 u barra min dan, intefqu Ewro 4,774 fi żjarat fi tlett pajjizi bħala promozzjoni tal-kanzunetta Maltija qabel sar dan il-festival fis-Serbja. Bħala nfieq tad-delegazzjoni Maltija biex tmur is-Serbja in-nefqa fuq il-vjaġġi u akkomodazzjoni kienet tammonta għal Ewro 39,831.
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ta Ewro 46,586 għad-dispozizzjoni tal-kanzunetta Maltija sabiex tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest. Il-kumplament tan-nefqa fuq dan il-festival ġiet permezz ta’ sponsors.
Jista' l-Ministru jindika meta huwa maħsub li jispiċċa x-xogħol infrastrutturali fi Triq id-Durumblat, fil-Mosta u li minħabba fih l-ADT għamlet din it-triq one way min-naħa ta' H'Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' asfaltar li sar biss f'parti ta' Triq il-Ħtajriet, fil-Mosta? Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, jista' jindika meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.