Jista l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin li bħalissa qegħdin jaħdmu Malta? Kemm minn dawn il-ħaddiema ġejjin mill-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi? Kemm minn dawn il-ħaddiema ġejjin specifikament mir-Rumanija u l-Bulgarija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema barranin li bħalissa qegħdin jaħdmu Malta hu ta’ 7,676. Minn dawn 3,702 ġejjin mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropeja filwaqt li 3,974 ġejjin minn pajjiżi terzi.
Ninsab infurmat ukoll li 213 huma mir-Rumanija u 536 huma Bulgari.
Jista’ l-Ministru jara jekk jistax jiżdied id-dawl fid-daħla għal Ta’ Qali minn Triq id-Durumblat peress li din tintuża minn numru kbir ta’ persuni li tard bil-lejl jew kmieni filgħodu jmorru jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiziku bħal mixi jew jogging?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa kkalkolat li ġew frankati flus f’kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-iskejjel sekondarji fil-kulleġġi San Benedittu u San Injazju rispettivament minħabba ta’ l-użu ta’ enerġija alternattiva f’dawn l-iskejjel?
Tista’ tgħid f’liema skejjel oħra, qodma jew ġodda, qed jiġu kkontemplati jew qed isiru, sistemi simili? Kemm kien l-investiment totali f’din it-tip ta’ enerġija fil-bini jew irranġar ta’ skejjel mill-2003 ‘l hawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-flus li ġew frankati mill użu ta’ l-ilma tax-xita miġbur fi ġwieben u elettriku li ġie mill-panelli tax-xemx fiż-żewġ skejjel ta’ San Benedittu f’Ħal Kirkop u Sant Injazju ġewwa l-Ħandaq f’Ħal Qormi, huma kif hu indikat hawn taħt:-
San Benedittu:-
Elettriku prodott bejn 12 ta’ April 2005 u 22 ta’ Ottubru 2008 ġie ffrankat €4297.14, f’perjodu ta’ sentejn u sitt xhur.
Ilma tax-xita miġbur fil-ġwiebi bejn l-1 ta’ Settembru 2005 u 31 ta’ Awissu 2008 ġie ffrankat €39,240.91.
Sant’Injazju:-
Elettriku prodott bejn l-1 ta’ Settembru 2007 u 22 ta’ Ottubru 2008 ġie ffrankat €1,844.76.
Ilma tax-xita miġbur fil-ġwiebi bejn l-1 ta’ Settembru 2007 u 31 ta’ Awissu 2008 ġie ffrankat €13,494.87.
B’kollox ġew iffrankati total ta’ €58,877.68 minn spejjez ta’ elettriku u l-ilma kemm ilhom imwaqqfin iż-żewġ skejjel.
Il-kalkolazzjonijiet huma bażati fuq rati kif jinsabu fis-sit elettroniku tal-Korporazzjoni ta’ l-Ilma.
Diġa’ beda l-proċess sabiex kull skola li qiegħdha tinbena jkollha aktar sistemi ta’ apparat li jkun jista’ jservi ta’ enerġija alternattiva.
Karozzi bl-elettriku — Flus frankati minn petrol u diesel
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li ġew iffrankati flus f’petrol jew diesel minn meta f’diversi Ministeri ġew introdotti karozzi li jaħdmu bl-elettriku minflok karozzi konvenzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-rigward tad-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat li l-istima ta’ flus li ġew iffrankati mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni u l-MEPA li użaw karozzi li jaħdmu bl-elettriku kien ta’ €360 u €363 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet fejn saret bidla fir-rekords uffiċjali ta’ individwi fir-Registru Pubbliku, wara talba li tkun saret mill-istess individwu, fejn is-sess ta’ dan l-individwu ġie mibdul għal wieħed differenti minn dak li jkun twieled bih l-istess individwu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2001 'l hawn, kien hemm ħmistax (15)-il każ fejn saret bidla fis-sess ta' individwi fir-rekords uffiċċjali fir-Reġistru Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid liema ligi tigi applikata biex persuni li jkunu għaddew minn operazzjoni ta’ gender re-alignment ma jkunux jistgħu jiżżewwġu lil persuni tas-sess oppost galadarba l-istat jagħraf uffiċjalment l-istatus ġdid tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ kumpanniji li ġew reġistrati mill-2004 ‘l hawn u li l-qasam li joperaw fih huwa marbut ma’ l-enerġija nadifa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi r-Reġistru tas-Soċjetajiet ma jżommx din l-istatistika cioe’ dwar l-attivitajiet partikolari li jwettqu jew jistgħu jwettqu l-eluf tal-kumpanniji li jkunu reġistrati f’Malta sena wara l-oħra. Naturalment, informazzjoni preċiza dwar l-attivitajiet ta’ kull kumpannija reġistrata f’Malta tista’ tinġabar mil-files tal-kumpanniji individwali li jinsabu aċċessibbli għall-pubbliku fir-Reġistru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-anzjani li ddaħħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule, xahar b’xahar, minn April 2008 sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul il-perjodu indikat daħlu 105 anzjan fir-Residenza San Vincenz de Paule.
Informat ukoll hekk :-
2008 Irġiel Nisa Total
April 5 24 29
Mejju 5 10 15
Ġunju 9 6 15
Lulju 9 13 22
Awissu 5 13 18
Settembru 2 4 6
(sal-11 ta' Settembru)
Total 35 70 105
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-politika tal-Ministeru biex jintgħażlu dawk li se jissuplixxu uniformijiet lill-iskejjel li jaqgħu taħt id-diversi kulleġġi statali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-politika tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi minn Novembru ta’ 2007 hija li meta skola/skejjel f’kulleġġ ser ikollha/hom uniformi ġdida l-kulleġġ joħroġ tender bl-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-uniformi u dan it-tender jinħadem skond ir-regolamenti stabbiliti.
Minn Novembru 2007 ħarġu żewġ
tenders
li wara li nħadem il-proċċess kollu ntagħżlu min ser jissuplixxi l-uniformijiet ta’ l-iskejjel indikati.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa ppjanat li tgħaddi triq minn wara dak li huwa magħruf bħala l-Villaġġ Daniż fil-Mellieħa? Huwa konxju l-Ministru li s-sidien ta’ dan il-villaġġ qed jaħsbuha jgħalqux dan il-villaġġ jekk jimmaterjalizza dan il-proġett li skond huma se jeffettwahom negattivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika waslulux rapporti li numru ta’ nies qed jiġbru ikel bħal tiġieġ iffrizat li jintrema minn supermarket barrani li fetah dan l-aħħar f’numru ta’ lokalitajiet u li dan l-ikel jista’ jkun qed jintuża għal konsum uman b’dertriment għas-saħħa pubblika? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, x’passi ttieħdu mill-Ministeru biex jiġi assigurat li dan mhux qed iseħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, waslu erba’ lmenti lid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali dwar supermarket barrani li fetaħ dan l-aħħar f’Ħal-Luqa, San Ġwann u Sta.Venera. L-ilmenti kienu dwar allegazzjonijiet li nies kienu qegħdin jiġbru ikel minn ġo l-iskips f’ Sta. Venera (żewġ ilmenti), f’Ħal-Luqa (ilment) kif ukoll San Gwann (ilment).
B’ikel qed nirreferu għal ikel bħal ħaxix u frott mħassar, mhux għal tiġieġ iffriżat jew laħmijiet oħra li l-operatur ta’ l-istabbilimenti ndikat jiddisponi minnhom skond kif titlob il-Liġi minn operatur speċifiku ġo skips għal ta’ l-apposta.
Minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali għal Saħħa Ambjentali waqt il-ħin tax-xogħol ma nstabet l-ebda persuna tagħmel kif ġie allegat. L-operatur ta’ l-istabbilimenti ġie nfurmat biex l-iskips jiġu mssakra b’katnazzi wara l-ħin tax-xogħol biex jiġi eliminat kull probabilta’ li dan jista’ jiġri matul il-lejl.
Saru ukoll spezzjonijiet matul il-lejl mill-istess uffiċjali bl-assistenza tal-pulizija u l-ebda persuna ma ġiet tiġbor affarijiet ta’ ikel minn dawn l-iskips.
Ma wasal l-ebda lment għand id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali minn xhar u nofs ilu sa’ llum.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ADT għadha ma reġgħetx waħlet bus stop sign fi Triq l-Imdina Ħ’Attard li kienet inqalgħet b’mod misterjuż biex isir xogħol fuq showroom privata, saret oħra temporanjament biex ir-residenti ta’ dawn l-akkwati ma’ jbatux u din reġgħet inqalgħet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm bus stop sign fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid liema liġi tiġi applikata biex persuni li jkunu għaddew minn operazzjoni ta’ gender re-alignment ma jkunux jistgħu jiżżewwġu lil persuni tas-sess oppost ġaladarba l-istat jagħraf uffiċjalment l-istatus ġdid tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, sena b’sena fl-aħħar 5 snin, żgħażagħ ta’ bejn it-12 u s-16-il sena attendew il-GU Clinic fl-Isptar Boffa u nstabu li qed ibatu minn mard li jittieħed mis-sess (STDs)?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Sena
Numru ta’
Żgħażagħ li attendew il-GU Clinic
Numru ta’ żghażagh li nstabu li qed ibatu minn mard li jittieħed mis-sess
2003
15
14
2004
37
17
2005
38
27
2006
31
27
2007
40
20
Peress li tħabbar li l-Gvern beħsiebu jipprivatizza l-marinas kollha sa l-aħħar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk wara li jintemm dan il-proċess hux se jitħalla li jsir sajd minn dilettanti, kif qed isir illum, fuq il-moll bejn l-istabbilimenti Mamma Mia u Black Pearl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li iva, se jitħalla jsir said minn dilettanti, kif qed isir illum, fuq il-moll bejn l-istabilimenti Mamma Mia u Black Pearl.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ħaddiema li jaqgħu taħt il-kumpannija IPSL u fejn qed jaħdmu bħalissa? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk il-ħaddiema li qed jaħdmu f'xi dipartiment tal-Gvern jingħataw l-opportunita' li jiġu integrati mal-bqija tal-ħaddiema fis-settur pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li jaqgħu taħt il-kumpanija IPSL huwa ta’ 490.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li turi kif il-ħaddiema huma sekondati ma’ dipartimenti, Kunsilli Lokali u entitajiet oħra fis-settur pubbliku.
Peress li skond il-Ftehim oriġinali l-ħaddiema kollha ta’ l-IPSL żammew is-salarju bażiku / benefiċċji tagħhom u llum iservu kemm fis-Servizz Pubbliku kif ukoll fis-Settur Pubbliku, għal issa m’hemmx il-ħsieb li jiġi disturbat il-Ftehim oriġinali fl-interess ta’ l-istess ħaddiema.
Jista' l-Ministru jara li jingħata l-asfalt lit-triq li minn H'Attard tagħti għal Ta' Qali, liema triq tinsab bejn il-ġibjun u l-pitkalija u li bħalissa tinsab fi stat ħażin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel stimi tax-xogħlijiet biex jiddaħħlu fil-lista tal-prijoritajiet sabiex jkun jista jsir kemm jista jkun malajr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li ġew addottati sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Minn liema pajjiż ġew it-tfal li ovvjament ma ġewx addottati minn Malta stess?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.