Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12081 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

għaqdiet volontarji li rċevew fondi

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema għaqdiet irċevew fondi mill-fondi allokati apposta għall-għaqdiet volontarji wara rakkmandazzjoni tal-NGO-Project Selection Committee tal-Ministeru, sena b'sena, għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm kull għaqda ngħatat fondi kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12083 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

għajnuna finanzjarja lil għaqdiet tal-knisja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’tip ta’ għajnuna finanzjarja qiegħed jaghti il-Gvern lill-għaqdiet tal-knisja u lil min aktar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li permezz tal-Vot Kont Rekurrenti Numru 22, Għajnuna lill-Għaqdiet Volontarji, il-Gvern qassam s’issa € 1,982,112 f’din is-sena 2009. L-Għaqdiet li jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja huma dawk li jaħdmu l-aktar f’oqsma ma’ persuni bil-vizzju tad-droga, diżabilità mentali u fiżika, u dawk li m’għandhomx fejn joqgħodu. Flimkien ma’ dawn jibbenefikaw għaqdiet oħrajn li jagħtu servizzi li l-Ministeru għall-Politika Soċjali ma jipprovdix. Dawn l-għaqdiet jintgħażlu skond il-prijorità kif jagħti parir il-Pjan Nazzjonali kontra l-Faqar ( National Action Plan on Poverty ). Aktar minn sebgħin fil-mija ta' dan il-kont jingħataw lill-għaqdiet tal-Knisja, jew oħrajn immexxija minn qassisin, reliġjuzi u għaqdiet fi ħdan il-Knisja.

Direttorat għall-Kwalità u Standards — Uffiċjali Edukattivi

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' l-Uffiċjali Edukattivi kollha impjegati mid-Direttorat għall-Kwalità u Standards bl-indikazzjoni ta' min mill-istess uffiċjali kien jaħdem fi skola tal-Knisja jew indipendenti qabel ma' ngħata l-kariga ta' Uffiċjal Edukattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11597 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reġistru tal-persuni li abbużaw sesswalment mit-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ir-reġistru ta' persuni li jkunu abbużaw sesswalment mit-tfal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Abbozz ta' Liġi li huwa marbut ma' reġistru għar-reati gravi qiegħed fi stadju avvanzat.

Mosta — toroq li għad iridu jinksew bit-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li għad iridu jinksew bit-tarmac għall-ewwel darba? Jista' jgħid jekk toroq li huma fi stat ħażin jistgħux jinksew bit-tarmac mill-Gvern Ċentrali anki jekk ma jaqgħux f'din il-lista?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-IlmaTaqsima tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema li bħalissa jaħdmu fit-Taqsima tad-Drenaġġ, tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma stazzjonati fl-impjant ta' Sant'Antnin, jiġu trasferiti x'imkien ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Linja Nazzjonali tal-Ajru — titjiriet lejn u mil-Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jinċentiva lil-Linja Nazzjonali ta' l-Ajru biex din tkun tista' tintroduċi titjiriet lejn u mil-Lussemburgu biex taqdi l-ħteġijiet tal-Maltin li jaħdmu fid-diversi istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

vakanzi ta' kap ta' skola fl-iskejjel governattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm vakanzi ta' kap ta' skola fl-iskejjel governattivi f'Malta u f'Għawdex? Tista' tikkonferma jekk humiex għaddejjin proċeduri biex dawn il-vakanzi jimtlew f'din is-sena skolastika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ postijiet vakanti ta’ Kap ta’ Skola fl-iskejjel governattivi f’Malta hu 13 u f’Għawdex hu 2. Bħalissa qegħdin fil-proċess li noħorġu sejħa għall-applikazzjonijiet għal Kapijiet ta’ Skola ġodda fl-iskejjel governattivi.

skejjel Sekondarja Subien St. Injazju u Santa Margerita — enerġija alternattiva - flus frankati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew frankati flus f’elettriku u ilma bejn l-1 ta’ Settembru 2008 u t-30 ta’ April, 2009 fl-iskejjel Sekondarji Subien San Injazju u Santa Margerita bl-użu ta’ sistemi ta’ enerġija alternatttiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għadu ma rċeviex il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-perjodu Settembru 2008 sa April 2009. Għalhekk tweġiba tista tingħata meta dawn il-kontijiet jaslu fid-Direttorat meta wieħed jkun jista jqabbel il-kont ta’ dan il-perjodu mal-kont għal Settembru 2007 sa April 2008.

għaqdiet non governattivi — użu minn faċilitajiet li jinsabu fl-iskejjel tal-gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-għaqdiet non governattivi li għamlu użu minn faċilitajiet diversi li wieħed isib fl-iskejjel tal-Gvern, kulleġġ b’kulleġġ, bejn l-1 ta’ Settembru 2008 u t-30 ta’ April 2009 u kemm kien id-dħul finanzjarju, jekk kien hemm, minn dan l-użu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

entitajiet kummerċjali — skejjel tal-gvern - użu minn faċilitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-entitajiet kummerċjali li għamlu użu minn faċilitajiet diversi li wieħed isib fl-iskejjel tal-Gvern, kulleġġ b’kulleġġ, bejn l-1 ta’ Settembru 2008 u t-30 ta’ April 2009 u kemm kien id-dħul finanzjarju għal kull kulleġġ minn dan l-użu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

skejjel tal-gvern — nefqa fuq turf sintetiku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Gvern bejn l-2003 u l-2008 fi proġetti ta’ tqegħid ta’ turf sintetiku f’faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Gvern u dawk li huma proprjetà tal-Gvern imma li ma jinsabux fi skejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-nefqa totali bejn l-2003 u l-2008 fi proġetti ta’ tqegħid ta’ turf sintetiku f’faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Gvern u dawk li huma proprjeta’ tal-Gvern imma li ma jinsabux fi skejjel hija ta’ €1,151,450.08.

Dilettanti tal-karnival — pjani għal rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex id-dilettanti tal-karnival ikunu jistgħu jiġu rilokati f'post alternattiv għal dak ta' Sant' Iermu fejn għadhom fil-preżent?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Heritage Malta — Ħ'Attard- restawr fuq il-linja tal-ferrovija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Heritage Malta tistax tikkonsidra li tirrestawra l-enbankment u dak li għad fadal mil-linja tal-ferrovija fl-akkwati ta’ wara l-lukanda Corinthia Ħ’Attard? Jidhrilha li dan huwa parti mill-patrimonju Malti u li jeħtieġ li jiġi kkurat għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sit li qiegħda ssir referenza għalih mhux wieħed mis-siti li qed tieħu ħsieb Heritage Malta bħala operatur. Heritage Malta taqbel li dan is-sit jifforma parti integrali mill-patrimonju Malti u l-agenzija tikkonsidra li tagħti stima għax-xogħol meħtieġ lill-Kunsill Lokali jekk dan ikollu responsabbilta’ għal dan il-proġett.

Triq minn Ħ'Attard għal Ta' Qali — wiċċ ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li minn Ħ’Attard tagħti għal Ta’ Qali tingħata wiċċ ġdid bħalma sar lil diversi toroq madwar Malta minħabba l-ħofor li fiha, kawża tax-xita li niżlet f’din il-xitwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Frar sar xogħol ta’ patching bil-cold asphalt f’din it-triq sabiex tneħħew il-ħofor li kien hemm. Xogħol ta’ resurfacing isir skond ir-rizorsi u l-prijoritajiet meħtiġa.

Dilettanti tal-karnival — pjani għal rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex id-dilettanti tal-karnival ikunu jistgħu jiġu rilokati f'post alternattiv għal dak ta' Sant' Iermu fejn għadhom fil-preżent?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Public Broadcasting Services — suq tar-reklami - riċessjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat tibdil fil-finanzjament tal-Public Broadcasting Services fid-dawl ta’ possibbiltà ta’ riċessjoni li taffetwa b’mod immedjat is-suq tar-reklami u li jista’ jagħmilha diffiċli ħafna għall-istazzjon pubbliku biex jopera b’mod li ma jitlifx mill-kwalità u l-livelli li għandu jkollu stazzjon pubbliku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-effetti tar-riċessjoni fuq l-operat u l-iskeda tiegħu, il-Public Broadcasting Services ressaq ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu li se jkunu kkonsidrati mill-Ministeru.

Public Broadcasting Services — appoġġ finanzjarju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’appoġġ finanzjarju se jingħata l-Public Broadcasting Services fid-dawl tal-preparamenti li jridu jsiru biex l-istazzjon jaqleb għal sistema diġitali sas-sena d-dieħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar appoġġ finanzjarju il-Public Broadcasting Services fil-preżent qiegħdha fi trattativi mal-Gvern.

Attard — Triq l-Imdina - Industrial Estate - Bus Shelter

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3341 u jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tafx min neħħa bus shelter li kienu ilu snin ħdejn id-daħla ghall-Industrial Estate fi Triq l-Imdina Ħ’Attard u li kien jeżisti qabel ma beda xogħol ta’ rrangar fuq showroom li tinsab vicin fejn kien il-bus shelter? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tafx min neħħa bus sheltertemporanju, minflok dak oriġinali, li poġġiet hi stess fl-istess post madwar sena ilu u li misterjozament sparixxa hekk kif tlesta x-xogħol fuq l-istess showroom indikata hawn fuq? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport hix bi ħsiebha tieħu azzjoni biex tipprovdi xi forma ta’ lqugħ mix-xita u mix-xemx lil dawk li jagħmlu użu mill-bus stop f’dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT awtorizzat li jinqala’ l- bus shelter imsemmi lil min kien qed jagħmel xogħol privat fil-qrib u li ma setax jaħdem bix- shelter kif kien. Sakemm kien qed isir ix-xogħol, l-ADT waħħlet shelter temporanju li ma jfixkilx ix-xogħol. L-ADT ma tafx min qala’ x- shelter temporanju u talbet lill-Pulizija tinvestiga. L-ADT ġabret quotations sabiex isir ix-xogħol meħtieġ. Bħalissa qed issir l-aġġudikazzjoni tal-quotations. Kif jiġi magħżul il-kuntrattur ikun jista’ jibda x-xoghol.