Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tas-Saħħa l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — nisa fuq bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweeġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Trasferiment tad-dritt tal-pensjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-gvern rigward l-applikazzjoni tad-dritt li Maltin li jkunu ħadmu bħala uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jittrasferixxu l-valur tad-drittijiet għall-pensjoni li jkunu akkwistaw f'Malta? Hemm ħsieb li l-gvern jikkonsidra li pensjoni tal-irtirar li għaliha saru kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Nazzjonali taqa' taħt dan id-dritt tat-trasferiment? Jekk fl-affermattiv, x'miżuri ttieħdu s'issa biex dan id-dritt ta' trasferiment ikun jista' jiġi applikat, x'fadal xi jsir u, bejn wieħed u ieħor, meta hu mistenni li l-miżuri kollha jkunu ttieħdu biex jippremettu t-trasferiment? Tista’ tgħid jekk s'issa d-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali rċeviex applikazzjonijiet biex isir dan it-trasferiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 15642. Intenni li l-Gvern huwa kommess li sa nofs is-sena d-dieħla isiru d-diskussjonijiet interni u jittieħdu d-deċizjonijiet kollha meħtiega li jwasslu biex jitħejja abbożż ta’ liġi li jimplimenta t-tibdil legali meħtieġ li allura jwitti t-triq biex sal-aħħar tal-2011 jibdew isiru dawn it-trasferimenti fil-prattika. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sa issa irċieva tlieta u disgħin (93) talba għal trasferimenti ta’ dan it-tip. Minn dawn, sebgħa u tmenin (87) talba huma għal trasferimenti mill-iskema tas-sigurtà soċjali Maltija għal skemi ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u sitt (6) talbiet oħra huma għal trasferimenti minn skemi ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-iskema tas-sigurta’ soċjali Maltija.

ġbir ta' skart mhux separat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar skart mhux separat kull ġimgħa, f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex bejn Jannar u Ottubru 2010 u kemm inġabar skart separat fl-istess perjodu mill-istess lokalitajiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevol Interpellant illi l-ammonti ta' skart miġbur jiġi rrapurtat kull xahar u mhux kull ġimgħa. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. L-ammont ta’ skart miġbur mill-bring-in sites m’hux inkluż għax dan l-iskart ma jinġabarx minn kull lokalità separatament.
Leg 11 PQ #21376 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — kwestjoni dwar ward clerical assistants

Question

Matul is-snin 1998 u 1999 fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienu ġew impjegati numru ta' ward clerical assistants. Il-grad ta' dawn hu marbut ma' salarju fi skala 18 (massimu għas-sena 2011 - €10,884). Għalkemm is-salarju tal-bidu kien żdied b'seba' increments ta' €191 kull sena, kontra dak li normalment isir fi gradi fi skali iżgħar, fejn dawn jistgħu javanzaw bejn skala jew tnejn, dawn il-ward clerical assistants, wara 12-il sena, għadhom skala 18. Il-maggoranza ta' dawn il-ħaddiema għandhom abilitajiet li mhumiex jiġu utilizzati. Abilitajiet li fiż-żmien tal-lum jistgħu jkunu anke mezz essenzjali ħafna għal servizz aħjar mogħti mill-isptar. Tista' l-Ministru tara li l-job description ta' dawn l-impjegati tiġi aġġornata fis-sens li jiżdiedulhom aktar doveri, li jinkludu data inputting u użu ta' sistemi tal-IT u fl-istess ħin tinħoloq sistema ta' allowance skont id-doveri varji li dawn il-ħaddiema jkunu jwettqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi peress li s-sejħa għall-ingaġġ ta' Ward Clerical Assistants ġiet maħruġa mill-Management and Personnel Office, illum il-Public Administration HR Office, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nissuġġerixxi li jirreferi l-mistoqsija lill-Prim Ministru.

Università — kors biex tilħaq kap ta' skola

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk f'Ottubru li ġej l-Università ta' Malta hux se toffri l-kors li jwassal għall-Masters Degree fil-Management fil-qasam edukattiv li jwassal biex persuna tkun eliġibbli għall-kariga ta' Kap ta' Skola? Tista' tgħid jekk degrees offruti minn universitajiet barranin li jwasslu għall-istess kwalifiki humiex aċċettati għall-istess skop?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors li jwassal għall-Master of Education in Educational Leadership mhux se jkun offrut f’Ottubru 2010, iżda huwa maħsub li jkun offrut f’Ottubru 2011. Kwalifiki ta’ Diploma jew għola li għandhom x’jaqsmu ma’ Educational Management mogħtija minn università barranija illi huma kkredidata skont il- Malta Qualifications Council jiġu aċċettata daqs li kieku wieħed għandu il-kwalifiki mill-Università ta’ Malta.

persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Minsitru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta’ barranin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija f’dawn l-aħħar għoxrin sena, sena b’sena u skont in-nazzjonalità tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċjali Maltin tal-Unjoni Ewropea — dritt tat-trasferiment tal-pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward l-applikazzjoni tad-dritt li Maltin li jkunu ħadmu bħala uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jitrasferixxu l-valur tad-drittijiet għal pensjoni li jkunu akkwistaw f'Malta? Hemm ħsieb li l-Gvern jikkonsidra l-pensjoni tal-irtirar li għaliha saru kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Nazzjonali taqa' taħt dan id-dritt tat-trasferiment? Jekk fl-affermattiv, x'miżuri ttieħdu s'issa biex dan id-dritt ta' trasferiment ikun jista' jiġi applikat? X'fadal xi jsir? Bejn wieħed u ieħor, meta hu mistenni li l-miżuri kollha jkunu ittieħdu biex jippermettu t-trasferiment? Tista' tgħid jekk s'issa d-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali irċeviex applikazzjonijiet biex isir dan it-trasferiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gvern Malti diġà beda t-tħejjijiet tiegħu biex ikunu jistgħu jsiru tali trasferimenti. F’dan il-kuntest, huwa importanti li ngħid li dan il-proċess huwa wieħed kumplikat ħafna li jinvolvi materji ta’ natura teknika, attwarjali u legali li jeħtieġu studju profond dwar kif l-aħjar li jsiru dawn it-trasferimenti. Dan anke minħabba l-fatt li l-iskema tas-Sigurtà Soċjali Maltija sal-lum ma taħsibx biex ikun jistgħu isiru trasferimenti ta’ dan it-tip. Kien għalhekk li l-Gvern Malti fittex għajnuna teknika biex ikun jista’ jeżamina fil-fond din il-materja. Fil-fatt, fil-preżent għaddej bi studju attwarjali li qed isir mill-Government Actuaries Department (GAD) tar-Renju Unit. Skont it-termini tal-kuntratt, il-GAD huwa marbut li fi żmien sena, salve xi kumplikazzjonijiet li jistgħu itawwlu bi ftit dan it-terminu ta’ żmien, iħejji rapport li jispeċifika kif il-valur tal-ammonti tat-trasferiment għandu jiġi kkalkulat u kif jista’ jibda jsir dan it-trasferiment. Wara li jitħejja dan ir-rapport, l-awtoritajiet Maltin huma kommessi li fi żmien sena, isiru d-diskussjonijiet interni u jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa li jwasslu biex jitħejja abbozz ta’ liġi li jimplimenta t-tibdil legali meħtieġ li allura jwitti t-triq biex sal-aħħar tal-2011 jibdew isiru dawn it-trasferimenti fil-prattika. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li d-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali sa issa irċeviet tmienja u erbgħin (48) talba għal trasferimenti ta’ dan it-tip. Minn dawn, erbgħa u erbgħin (44) talba huma għal trasferimenti mill-iskema tas-Sigurtà Soċjali Maltija għal skemi ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u erbgħa (4) talbiet oħra għal trasferimenti minn skemi ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-iskema tas-Sigurtà Soċjali Maltija.

software għall-użu tal-internet

Question

B'referenza għall-gwida li ħarġet dan l-aħħar l-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni fuq l-użu aħjar ta' l-internet mit-tfal, jista' l-Ministru jikkonsidra li biex il-kampanja ta' l-Awtorità tkun waħda mill-aktar effettiva l-ġenituri, il-Ministeru tiegħu jew l-Awtorità jipprovdu software mingħajr ħlas li jgħin lill-ġenituri jikkontrollow aħjar l-użu ta' l-internet mit-tfal tagħhom u li possibilment ikun jista' jitniżżel (jiġi downloaded) permezz ta' l-internet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li hemm bosta offerti u soluzzjonijiet, l-MCA mhix f'pożizzjoni li ma tiffavorixix soluzzjoni fuq oħra. Barra minn hekk l-MCA twissi l-ġenituri li filtering software mhuwiex kapaċi iwaqqaf ċirkustanzi perikoluzi bħall cyberbullying u cybergrooming milli jiżviluppaw u mhux sostitut għas-superviżjoni tal-ġenitur. Fuq il-proposta tal-Onorevoli Interpellant, l-MCA qed tanaliżża kif tista tkun aktar ta’ għajnuna għal dawk il-ġenturi li jixtiequ jidentifikaw filtering software bi ħlas jew le.
Leg 11 PQ #14623 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċini ġodda fl-Skeda V

Question

Peress li fid-diskors tal-budget għal din is-sena kien tħabbar li se jidħlu mediċini ġodda fi Skeda V, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-mediċini jinkludux dawk li jittieħdu bħala parti mill-kura tad-dimentia?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14624 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — dipartiment tal-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei kawża ta' overdose tad-droga jew xorb eċċessiv bejn is-17 ta' Diċembru 2000 u l-4 ta' Jannar 2010?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14625 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti — każijiet ta' persuni ta' taħt is-sittax-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija ressqitx lil xi persuna l-Qorti fuq reati marbuta ma' bejgħ jew użu ta' droga, bejgħ ta' alkaħol lil persuni taħt is-16-il sena jew ġlied bi vjolenza bejn is-17 ta' Dicembru 2000 u l-4 ta' Jannar 2010? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku rrapurtati lill-pulizija fl-istess perjodu u jekk kienx hemm xi inċidenti fatali li seħħew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ċittadini Maltin b'ċittadinanza Amerikana

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' ċittadini Maltin li għandhom ukoll ċittadinanza Amerikana?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' ċittadini Maltin li għandhom ukoll ċittadinanza Amerikana mhux magħruf. Ninfurmah iżda li r-rwol tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza fil-każ ta' ċittadinanza doppja huwa li kull min javiċina lid-Dipartiment biex jiġi nfurmat jekk għandhux dritt li jżomm żewġ ċittandanzi, id-Dipartiment jikkonferma dan bil-miktub wara li jeżamina kull każ u wara li persuna tippreżenta d-dokumenti meħtieġa biex issir din il-konferma. F'dan ir-rigward ninsab infurmat li d-Dipartiment informa lill 2064 persuna li jistgħu jżommu ċ-ċittadinanza Maltija flimkien ma' dik Amerikana (ta' l-Istati Uniti).

Malta Enterprise u Malta Industrial Parks — eżerċizzju ta' ristrutturazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jintlaqtu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema b'riżultat ta' l-eżerċizzju ta' ristrutturazzjoni li qed tiġi pjanata għall-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm ħaddiema taż-żewġ organizzazzjonijiet li se jintemmilhom l-impjieg tagħhom b'riżultat ta' dan l-eżerċizzju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-eżerċizzju ta’ ristrutturazzjoni li bħalissa diġà qed jitwettaq fil-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks mhux se jġib miegħu bidla fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u lanqas tmiem ta’ impjiegi. Kuntratti jistgћu jiġu tterminati jew mhux imġedda madankollu jekk ma jintlaћqux il-miri ta’ performance mistennija minn kull uffiċjal.

Public Broadcasting Services — Eurovision Co-ordinator

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi kriterji intużaw fl-għażla tal-persuna li bħalissa qed tokkupa l-pożizzjoni ta' Eurovision Co-ordinator fil-Public Broadcasting Services? Peress li wieħed mir-rwoli tal-persuna li tokkupa din il-kariga hi li żżid id-dħul finanzjarju għall-Eurosong Festival, tista' tgħid kemm jammonta id-dħul finanzjarju f'riklami li daħlet il-Public Broadcasting Services s'issa b'riżultat ta' dan l-ingaġġ? Tista' tikkonferma li l-persuna li applikat għal din il-pożizzjoni imma li ma ġietx magħżula ingħatat inkarigu ieħor fil-Public Broadcasting Services marbut mal-Eurovision Song Contest? Kemm huwa l-ħlas li qed jingħata lil din il-persuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna li qed tokkupa l-post ta’ Eurovision Coordinator intagħżlet fuq dawn il-kriterji: kompetenzi tekniċi, kompetenzi kummerċjali, flessibiltà, kommunikazzjoni, problem solving, projects management u kompetenzi ta’ ippjanar u organizazzjoni. F’dan l-istadju d-dħul se jkun marbut ma’ diversi attivitjiet waqt il-ġimgħa tal-Malta EuroSong. Huwa kmieni wisq biex jingħad xi dħul se jħallu dawn l-attivitajiet. Il-persuna li ġiet fit-tieni post tal-proċess ġiet appuntata bħala membru fl-Advisory Team. Il-membri tal-Advisory Team li mhumiex impjegati tal-Public Broadcasting Services Ltd. jingħataw remunerazzjoni ta’ €1,397.00 fis-sena.

Public Broadcasting Services — Bidla għal sistema diġitali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hijiex sodisfatta bil-pass li miexi biha l-Public Broadcasting Services fit-tħejjijiet tiegħu għall-bidla għal sistema diġitali fl-aħħar ta' din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Public Broadcasting Services Limited mixja b’mod regolari fit-tħejjijiet tagħha għall-bidla għal sistema diġitali fl-aħħar ta’ din is-sena.

Kulleġġ Santa Klara — lezzjonijiet tal-PE

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux possibbli li kull meta studenti li jattendu l-Junior Lyceum tal-bniet fil-Kulleġġ Santa Klara jkollhom il-lezzjonijiet tal-PE jmorru libsin it-tracksuit uffiċjali tal-iskola minflok li jkollhom ibiddlu fi dressing room kiesħa u umda b'riskju li jimirdu fix-xhur kesħin tax-xitwa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-dressing rooms tal-Liceo tal-Bniet, Pembroke, tal-Kulleġġ Santa Klara huma ġodda bl-extractor fans ġo fihom, b’faċilitajiet addattati bħala changing rooms. Il-Kunsill tal-iskola ressaq din il-kwistjoni u b’mod unanimu ġie deċiż li l-istudenti jbiddlu fl-iskola għal-lezzjonijiet tal-P.E. għaliex hija kontra l-iġjene tal-persuna tal-istudenti li joqogħdu ġurnata sħiħa bi tracksuit wara l-lezzjoni tal-P.E. Għal din ir-raġuni l-istudenti ma jistgħux imorru bi tracksuit mid-dar.
Leg 11 PQ #14621 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Politika Nazzjonali dwar il-famlija

Question

In vista tal-Konferenza Nazzjonali dwar il-Famlija organizzat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex ifassal politika nazzjonali dwar il-familja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Kummissarju Nazzjonali għall-Familji waslet biex tippreżenta l-aħħar abbozz tal-Politka Nazzjonali dwar il-Familja lill-Ministeru, biex wara ssir konsultazzjoni pubblika dwarha.
Leg 11 PQ #14622 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li wettqu suwiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm kien in-numru ta' persuni li wettqu suwiċidju li kellhom sittin sena jew aktar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mosta — toroq li għad iridu jinksew bit-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li għad iridu jinksew bit-tarmac għall-ewwel darba? Jista' jgħid jekk toroq li huma fi stat ħażin jistgħux jinksew bit-tarmac mill-Gvern Ċentrali anki jekk ma jaqgħux f'din il-lista?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq fil-Mosta li għad iridu isiru u li huma responsabbiltà ta l-ADT huma; Triq Salvu Barbara, parti minn Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Patri Avertan Fenech, Triq Ferdinand Calleja u Triq Gio Dei Marchesi Mallia Tabone. Jekk barra t-toroq li semmejt hemm xi triq oħra fil-Mosta li għandha bżonn it-tarmac, din taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #11600 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turizmu ta' Malta — titjiriet lejn u mil-Lussemburgu

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-għan ewlieni ta’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hu li jattira l-barranin lejn Malta. Is-suq tal-Lussemburgu hu diġà moqdi adekwatament minn titjiriet charter.