Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — talbiet għal reserved parking spaces

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex xi bord li jikkonsidra talbiet għal reserved parking spaces? Jekk iva, kemm għandu talbiet pendenti quddiemu dan il-bord? Meta saret l-aħħar laqgħa tal-bord? Kemm ġew approvati/rifjutati talbiet minn dawk li kien hemm pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ftuħ ta' Ambaxxati barra minn Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu xi ambaxxati oħra barra minn Malta matul iż-żmien li ġej? Jekk iva, fejn?

Response (BORG, TONIO)

B'mod immedjat m' hemmx dan il-ħsieb; mhux eskluż iżda li bl-għajnuna tal-Malta Enterprise jinfetħu Konsolati f'xi bliet fl-Amerika Latina li jservu wkoll ta' Uffiċċju Kumerċjali tal-Malta Enterprise.
Leg 11 PQ #12891 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Proċedura użata mill-Pulizija għal vetturi abbandunati fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-proċedura użata mill-Pulizija biex vetturi abbandunati fit-toroq jintneħħew minn fejn ikunu: a) meta l-liċenzja tal-vettura tkun imħallsa u valida? b) meta l-liċenzja tal-vettura tkun magħluqa? ċ) meta n-number plate ikun tneħħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi it-tneħħija ta’ vetturi u oġġetti oħra mit-toroq mill-Pulizija u l-Kunsilli Lokali hija dik stabbilita fir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru. (Leġislazzjoni Sussidjarja 65.13).

Awtorità Marittima ta' Malta — spezzjonijet fuq opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru mill-Awtorità Marittima ta' Malta, matul ix-xhur tas-sajf 2009, fuq opri tal-baħar li kienu fl-ibħra Maltin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każi fejn instab li kien hemm abbużi mil-liġijiet lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ spezzjonijiet li saru fuq opri tal-baħar matul l-istaġun tas-sajf kien ta’ 520. In-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw għal kontravenzjonijiet kien ta’ 58.

Awtorità Marittima ta' Malta — vapuri bil-bandiera Maltija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' investigazzjonijiet li saru mill-Awtorità Marittima ta' Malta matul l-aħħar 12-il xahar, dwar inċidenti li jinvolvu vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija? Kemm kien hemm vapuri taħt il-bandiera Maltija li fil-fatt talbu li jkollhom għajnuna mill-awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-aħħar tnax-il xahar, l-Awtorità Marittima ta’ Malta investigat 223 inċident fuq bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku..

Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili — air operators certificates

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' Air Operators Certificates li ħarġu mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili u li preżentament għadhom validi? F'kull każ, meta ħarġu l-ewwel darba dawn l-istess Air Operators Certificates? Kemm hemm kumpaniji Maltin u barranin, rispettivament, li huma rikonoxxuti mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' Air Operator Certificates maħruġin mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili huwa ta' 10 u li preżentament minnhom hemm tmienja li għadhom validi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi lil min u meta nħarġu dawn iċ-ċertifikati. Il-kumpaniji in kwistjoni kollha huma reġistrati f'Malta.
Leg 11 PQ #12835 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni allegatament involuti fil-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan tal-opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-persuni allegatament involuti fil-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan tal-opri tal-baħar, għad baqgħalhom proċeduri legali pendetni quddiem il-qrati tagħna? Kemm minn dawk li ttellgħu l-Qorti instabu ħatja u kemm minnhom inħelsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-persuni allegatament involuti fil-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan tal-opri tal-baħar, hemm 35 persuni li għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti. Kien hemm ukoll 411 li kellhom il-każ tagħhom deċiż, li minnhom 9 instabu mhux ħatja.

Skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Privati — żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' żgħażagħ bi bżonijiet speċjali li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat rispettivament? X'tip ta' għajnuna partikolari tingħata lil dawn iż-żgħażagħ f'dawn l-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel primarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat — tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu skejjel primarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat rispettivament? X'tip ta' għajnuna partikolari tingħata lil dawn it-tfal f'dawn l-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12838 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — talbiet pendenti biex tiġi devoluta proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma bħalissa l-kunsilli lokali li għandhom talbiet pendenti biex tiġi devoluta lilhom proprjetà tal-Gvern? F'dawn il-każi fejn hemm talbiet pendenti għal tali devoluzzjoni, jista' jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li qed jistennew biex jintemm il-proċess neċessarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, żewġ listi: Lista A turi il-proprjetà devoluta lill-Kunsilli Lokali; u Lista B turi dawk l-applikazzjonijiet għal devoluzzjoni li għadhom pendenti.
Leg 11 PQ #12853 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar, — sewqan eċċessiv fil-by-pass

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Pulizija tagħmel spezzjonijiet regolari fil-by-pass ta' San Pawl il-Baħar, b'mod partikolari l-Ħdud filgħodu, għaliex irċevejt numru ta' ilmenti li f'din it-triq qed ikun hemm min jabbuża billi jsuq b'mod li jista' jikkawża mwiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku kif ukoll il-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett jagħmlu rondi regolari fil-By Pass ta’ San Pawl il-Baħar.

Road Side inspections

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' road side inspections li saru minn personnel tal-Awtorità dwar it-Trasport matul l-aħħar 12-il xahar? Fejn saru dawn l-inspections u kemm-il darba saru inspections fl-istess lokalitajiet? Kif jintgħażlu l-postijiet li fihom isiru dawn l-inspections?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12723 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

miżuri biex tonqos il-lista ta' stennija għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri partikolari qed jittieħdu , naturalment skond l-operazzjonijiet differenti, biex il-lista ta' stennija għall-operazzjonijiet tonqos? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk is-sena d-dieħla hux se jkun hemm xi operazzjonijiet partikolari li mistennija jitnaqqsu iktar minn oħrajn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Minibuses bojod — bidliet fir-regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' minibuses bojod li għandna liċenzjati bħalissa? X'tip ta' bidliet fir-regolamenti saru jew hu mistenni li jsiru matul ix-xhur li ġejjin fejn jidħlu dawn it-tip ta' vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kampanja Tree4U — skemi differenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi differenti huma mħaddma fil-kampanja Tree4U f'Malta? Kull waħda minn dawn l-iskema meta bdiet titħaddem u sal-lum kemm tħawlu siġar f'kull waħda minn dawn l-iskema differenti? F'dawn l-iskemi, x'tip ta' inkoraġġament qed jingħata biex familji Maltin jipparteċipaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Smart meters

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, sal-lum, in-numru ta' smart meters li ġew stallati s'issa madwar Malta u Gaħawdex? F'liema nħawi ta' Malta twaħħlu dawn il-meters? Meta hu mistenni li jkun hemm l-istallazzjoni ta' dawn il-meters f'Malta u Għawdex b'mod totali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s’issa ġew installati madwar 6000 SMART meters f’dawn il-lokalitajiet: Partijiet mill-Belt Valletta, Gżira, Ibrag, Swieqi, Madliena, Mosta, Zebbug (Gozo), Mdina, Kirkop u l-Isla. Il-programm tal-installazzjoni tal- meters huwa ppjanat li jkun lest sal-aħħar tas-sena 2012.
Leg 11 PQ #12833 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-investigazzjoni tal-Korruzzjoni — persuni li ma telgħux jixhdu

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min kienu l-persuni li ntalbu biex jixhdu quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni u li ma marrux biex jixhdu? Minn dawn il-persuni, min kienu l-persuni li minkejja li rrifjutaw li jixhdu, kienu huma stess li allegaw korruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni speċifika mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata billi l-Kummissjoni hija, bil-liġi, marbuta bis-segretezza.
Leg 11 PQ #12834 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-Investigazzjoni dwar il-Korruzzjoni — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm każi quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni dwar il-Korruzzjoni li huma pendenti biex jiġu deċiżi? Liema huma l-każijiet li għadhom pendenti quddiem din il-kummisjoni? Hemm xi targets partikolari biex dawn il-każijiet jinqatgħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni preżentament hemm każ wieħed biss. Il-Kummissjoni ma tiddeċidix każi, billi hija għandha rwol investigattiv, iżda meta tikkonkludi l-investigazzjoni tibgħat rapport lill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja. Kull rapport jiġi ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra. Billi l-Kummissjoni hija marbuta bis-segretezza, ma tistax tgħid liema huma l-każi investigati minnha. Il-każ pendenti quddiemha mistenni jiġi konkluż dalwaqt.
Leg 11 PQ #12714 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu public service garages

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinfetħu public service garages? Fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet li hemm pendenti ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12715 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ġemellaġġ ma' bliet oħra barra minn Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitu ta' kemm kunsill lokali partikolari jista' jkollu ftehim ta' ġemellaġġ ma' bliet oħra barra minn Malta? Meta jkun hemm l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex jiġi ffirmat ġemellaġġ partikolari, jista' jgħid jekk normalment ikunx hemm xi kundizzjonijiet partikolari għal tali ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemmx limitu ta’ kemm Kunsill Lokali partikolari jista’ jkollu ftehim ta’ ġemellaġġ ma’ bliet oħra barra minn Malta. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw dawn il-ġemellaġġi jinsabu fl-Avviż Legali numru 144 ta’ l-2009, fejn hemm, fost l-oħrajn, limitu ta’ spejjeż li jistgħu jintnefqu kull sena (massimu ta’ € 3,500). Kull talba li ssir, tiġi evalwata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali fil-kuntest tar-rekwiżiti indikati fl-imsemmi Avviż Legali, fosthom li jintbagħtu Twinning Work Plan u stima tal-ispiża relatat ma’ tali ġemellaġġ.