Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13213 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti approvati mill-PPCD

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti approvati fil-passat mill-Planning and Priorities Coordination Division fil-fatt għad iridu jiġu implimentati? Meta hu mistenni li dawn ikunu jistgħu jitwettqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12295 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' serer -applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' serer għal skop agrikolu, preżentament? Fejn jinsabu, raħal b'raħal dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha sebgħa u ħamsin (57) applikazzjoni pendenti għal żvilupp li jirrigwardja serer. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem “serra”, “serer” jew “ greenhouse ”.
Leg 11 PQ #12298 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — popolazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-kunsilli lokali li fil-belt jew raħal tagħhom matul ix-xhur tas-sajf ikollhom popolazzjoni ferm ikbar milli jkollhom matul ix-xhur tax-xitwa, fil-fatt jiġu kumpensati għal dan l-isbilanċ ta' popolazzjoni, meta tiġi maħduma l-formula ta' l-allokazzjoni ta' l-istess postijiet? Jistgħu jiġu stabbiliti kriterji ċari li fuqhom tkun tista' tinħadem xi forma ta' equivalence f'dak li hu numru ta' persuni li joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet, proprju biex jiġi assigurat li l-kunsilli lokali rispettivi jirċievu l-allokazzjoni li tixraq skond il-popolazzjoni li tkun toqgħod f'dawn il-lokalitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-formola l-ġdida ta’ finanzjament kif emendata bl-aħħar emendi li saru għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali ma tikkunsidrax il-fattur li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant. Dan għaliex huwa ferm diffiċli li wieħed jiddetermina kemm fil-fatt imorru nies f’kull lokalità li ma kenux residenti f’dik il-lokalità. Biex nindirizzaw din il-problema l-istess emendi qed jintroduċu l-kunċett ta’ fondi speċjali li jingħataw lill-Kunsilli Lokali fuq l-allokazzjoni. Parti minn dawn il-fondi speċjali huma proprji intiżi biex jingħataw lil dawk il-lokalitajiet li jiffaċċjaw dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet. Din is-sena dawn il-lokalitajiet ngħataw bejniethom kważi 600,000 ewro biex ikunu jistgħu jaqdu r-responsabbilitajiet li tagħtihom il-liġi f’każi fejn ta’ kuljum jew f’parti mis-sena f’dik il-lokalità jkun hemm popolazzjoni ferm akbar minn dik li fuqha tinħadem l-allokazzjoni.
Leg 11 PQ #12415 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Tat-Tomna - permessi mingħand l-MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-applikazzjoni għall-permessi tal-bini għall-area industrijali f'Tat-Tomna, fil-Mellieħa? Kemm qed jiġi propost li jinbnew garaxxijiet f'dawn l-inħawi wara xi bidliet li jista' jkun ġew mitluba mill-istess Awtorità matul ix-xhur li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tistenna l-Fire Safety and Ventilation Report. Wara bidliet li saru fil-pjanti n-numru ta’ garaxxijiet jammontaw għal-erbgħa u għoxrin (24).
Leg 11 PQ #12424 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commuted Parking Payment Scheme — ammont ta' flus miġbura

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent l-ammont ta' flus li nġabar permezz tal-CPPS f'Malta u f'Għawdex lokalità b'lokalità? Jista' jagħti tagħrif fejn fil-fatt minn dawn il-lokalitajiet kien hemm applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali rispettivi, li permezz ta' dawn l-applikazzjonijiet qed jitolbu li jinbnew parkeġġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bilanċ tas-CPPS f’Malta u Għawdex lokalità b’lokalità sat-30 ta’ Settembru 2009 huwa hekk kif ġej: Lokalità € San Ġiljan 2,851,794 Sliema 3,022,180 Valletta 153,688 Floriana Ħamrun 168,442 Mosta 319,583 Victoria Gozo 660,180 Birkirkara 208,278 San Pawl il-Baħar 2,135,432 Paola 213,290 San Ġwann 297,821 Total 10,030,688 B’referenza għat-tieni mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, Mosta u Ħamrun applikaw għall-parkeġġi. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet li għandhom il-kliem “Kunsill” jew “ Council” .
Leg 11 PQ #12898 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qawra — għassa tal-pulizija - manutenzjoni meħtieġa

Question

Billi l-Għassa tal-Qawra hi waħda mill-iktar għases użati kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti li għadna Malta, jista' l-Ministru jara li din l-għassa tiġi ridekorata fuq bażi regolari? Wara sajf sħiħ li matulu żaru din l-għassa eluf ta' nies, jista' jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent għaddej xogħol ta’ manutenzzjoni fl-Għassa tal-Mosta u meta dan ikun lest jibda xogħol fuq dik tal-Qawra.

Awtorità dwar it-Trasport — road side inspections

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inspections li għandha l-Awtorità dwar it-Trasport għal dawk li huma road side inspections? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kwalifiki/esperjenza huma meħtieġa minn dawk li jwettqu dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żerriegħa tal-patata mportata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru tal-persuni li huma awtorizzati jimportaw żerriegħa tal-patata hawn Malta u Għawdex? Liema tip ta' żerriegħa tal-patata ġiet importata, jew ġiet awtorrizzata li tiġi mportata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Skejjel primarji u sekondarji — Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' Learning Support Assistants li huma impjegati fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Attwalment in-numru ta’ Learning Support Assistants li huma impjegati fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern huwa ta’ 1,188. Skejjel Primarji - 703 Skejjel Sekondarji - 478 Pool - 7 It-total hawn fuq imsemmi ma jinkludix 102 Learning Support Assistants li huma attwalment impjegati fl-iskejjel speċjali tal-Istat.

San Pawl il-Baħar — tenders għal toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar ħarġu t-tenders għalihom u għal liema toroq mistennija li joħorġu t-tenders matul l-ewwel tliet xhur tal-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12892 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal għal Talbiet Żgħar — każi pendenti

Question

Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Small Claims Tribunal)? Kemm daħlu każi ġodda matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' każi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Malta) sal-25 ta' Novembru 2009 kien 967 u n-numru ta' dawk il-każijiet li daħlu ġodda mill-1 ta' Ottubru 2008 sal-31 ta' Ottubru 2009 kien ta' 1161. Għar-rigward ta' Għawdex in-numru ta' każi pendenti sal-31 ta' Ottubru 2009 kien ta' 56 u n-numru ta' dawk li daħlu ġodda mill-1 ta' Ottubru 2008 sal-25 ta' Novembru 2009 kien ta' 45.

Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust — każi rappurtati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il każ kien rappurtat lill-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust matul l-aħħar 12-il xahar? Kemm minn dawn il-każi nqatgħu?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma jiġux rapurtati każijiet lill-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust.

Skola ġdida fil-Mosta

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li titlesta l-iskola li qed tinbena fil-Mosta? Meta hu mistenni li tintuża għall-ewwel darba? Tista' tgħid minn liema lokalitajiet hu mistenni li jkunu t-tfal li jattendu f'din l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Huwa maħsub li din l-iskola tkun lesta sas-sena 2010, sakemm ma jkunx hemm problemi f’pubblikazzjoni ta’ tenders sabiex jiġu awarded fil-ħin ippjanat. It-tfal li se jattendu f’din l-iskola huma subien mill-Kulleġġ Maria Reġina u għaldaqstant jiġu mill-Mosta, Naxxar, Għargħur, San Pawl il-Baħar u Mellieħa.

Qawra/Buġibba — bus terminus ġdid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-applikazzjoni li saret referenza għaliha fir-risposti għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar it-terminus tal-Qawra/Buġibba, fil-fatt tikkonċernax it-terminus eżistenti jew is-sit fejn kien indikat li fih isir it-terminus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-terminus eżistenti huwa l-istess terminus fejn ser isir l-upgrading tat-terminus.
Leg 11 PQ #12896 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba li jagħtu servizz fil-bereġ lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' tobba li jagħtu servizz fil-bereġ lokali (mhux polikliniċi) li għandna madwar Malta u Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat dwar l-informazzjoni fuq Għawdex. Informat hekk:- Ġurnata Numru ta' tobba It-Tnejn 9 It-Tlieta 9 L-Erbgħa 10 Il-Ħamis 10 Il-Ġimgħa 11 Informat ukoll li dawn it-tobba jżuru d-diversi bereġ. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-iSkeda tal-Bereġ.

Farms tal-ħalib — spezzjonijiet uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-dipartiment konċernat fil-farms tal-ħalib li għandna f'Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk instabux problemi partikolari f'dawn iż-żjarat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li għal-fini ta' approvazjoni saru aktar minn 120 żjara fuq farms tal-ħalib tal-baqar u 55 żjara fuq farms tan-ngħaġ u l-mogħoż li jipproduċu l-ġbejniet. Ma rriżultawx problemi partikulari.
Leg 11 PQ #12855 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li nqabdu jsuqu mingħajr il-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, matul l-aħħar 12-il xahar, kien in-numru ta' persuni li nqabdu jsuqu xi vettura mingħajr il-liċenzja tas-sewqan? Minn fejn kienu dawk li fil-fatt inqabdu jsuqu tali vetturi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tnax il-xahar, ċioe minn Novembru tas-sena l-oħra sallum, il-pulizija qabdet 58 persuna jsuqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan. Dawn il-persuni kienu joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet:- Balzan Floriana Luqa Pietà San Pawl il-Baħar Żabbar B’Kara Għaxaq M’Scala Qormi Żejtun B’Buġia Gżira Mosta Rabat Senglea Żurrieq Buġibba Ħamrun Mqabba Safi Siġġiewi Cospicua Żebbuġ Mtarfa San Ġiljan St Lucia Dingli Kalkara Naxxar San Ġwann Tarxien
Leg 11 PQ #12856 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li tteħditilhom il-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li tteħditilhom il-liċenzja tas-sewqan b'deċizjoni tal-Qorti, matul l-aħħar 12-il xahar? Minn fejn kienu dawk li tilfu l-liċenzja b'dan il-mod? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawk involuti humiex ġejjin minn xi age group partikolari?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tnax il-xahar, ċioe minn Novembru tas-sena l-oħra sallum, kien hemm 395 li kienu skwalifikati b’sentenzi tal-Qrati milli jkollhom liċenzja tas-sewqan kif spjegat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità dwar it-Trasprot — numru ta' vetturi maqbuda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li nqabdu mill-Awtorità dwar it-Trasport matul l-aħħar 12-il xahar? Minn fejn inqabdu dawn il-vetturi? Kemm mill-vetturi ingħataw lura lil sidhom u kemm fil-fatt inbiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.