Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi partikulari dwar il-possibilità li f'Malta jkollna iktar shooting ranges ta' livell internazzjonali, li fihom ikunu jistgħu jinżammu kompetizzjonijiet internazzjonali? Jekk iva, fejn mistenni jinbnew dawn ix-shooting ranges?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma hemmx żviluppi f’dan ir-rigward. Madanakollu l-isforzi għadhom għaddejjin.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-tenders dwar ix-xogħol maħsub fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, min-naħa tat-turiżmu li fil-fatt għalqu? Kemm kien hemm kuntratturi li ssottomettew it-tender tagħhom? Fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni ta' dawn it-tenders?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' gradwati mill-Università ta' Malta li gradwaw din is-sena? Kemm kien in-numru ta' gradwati minn kull lokalità ta' Malta u Għawdex rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' armi tan-nar liċenzjati f'Malta u f'Għawdex? X'tip ta' armi għandna liċenzjati? Kif inhuma maqsuma dawn l-liċenzji skond il-lokalità ta' fejn huma liċenzjati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-armi reġistrati mal-pulizija huma kif jidhru f'din it-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet quddiem il-Ministeru rigward ċimiterji fl-irħula, biex dawn iċ-ċimiterji jitkabbru? F'liema lokalitajiet hemm dawn it-talbiet għall-estensjoni? Kemm ilhom pendenti?
Awtorità Marittima ta' Malta — ħaddiema sospiżi mix-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema tal-Awtorità Marittima ta' Malta li huma sospiżi mix-xogħol? Kemm ilhom sospiżi? X'inhi r-raġuni li għaliha ġew sospiżi mix-xogħol dawn il-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji ta' operaturi tal-VRT stations li tneħħew matul l-2009? Kemm kien in-numru ta' stations li għalqu minn jeddhom matul l-istess perjodu? Kemm hu llum in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu VRT stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzini liċenzjati f'Malta u f'Għawdex, rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex jingħataw liċenzji għall-karozzini? X'inhi l-policy tal-Awtorità dwar dawn il-liċenzji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
ċirkostanzi partikulari — ekonomija dinjija - inċentivi għal min joħloq impjiegi produttivi ġodda
Question
Billi l-budget għas-sena d-dieħla qed jagħmel enfasi qawwija fuq il-ħolqien tax-xogħol, ħaġa ferm importanti fiċ-ċirkostanzi partikolari li għaddejja minnhom l-ekonomija dinjija, jista' l-Ministru jagħti xi dettalji oħra, iktar minn dawk imsemmija fil-budget, biex jingħataw inċentivi għal min joħloq impjiegi produttivi ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-baġit 2010 ippreżenta pjan komplet għar-reġenerazzjoni ta’ l-ekonomija. Il-miżuri imsemmija hawn taħt juru l-inizzjattivi li jistimulaw il-ħolqien ta’ imjiegi ġodda.
1. Skema ġdida li tipprovdi 40 % krediti fuq taxxa lil intrapriżi ta’ daqs mikro. Dawn il-krediti ta taxxa ser ikunu bbażati investimenti u fuq il-paga tal-impjiegi ġodda (inklużi ukoll apprentisti) li jiġu maħluqa matul l-2010 u l-2011. Fil-każ ta kumpaniji ta’ daqs mikro, Għawdxin, il-krediti fuq taxxa ser ikollhom livell ta’ intensità għola b’20%. (60 %)
2. Fond ta’ riserva ta €2.5 miljun, ġie krejat biex jassisti kumpanniji li jiffaċċaw diffikultajiet temporanji. F’każijiet bħal dawn, l-assistenza tingħata lil dawk il-kumpanniji li jkollhom potenzjal għall-futur. Din il-miżura ser tassikura iż-żamma ta’ impjiegi għal futur qarib, kif ukoll twassal għal ħolqien ta’ impjiegi ġodda fuq medda aktar fil-bogħod; dan dejjem għax l-assistenza tingħata lil kumpanniji li għandhom pjan li jkomplu jinvestu u li joħolqu mpjiegi ġodda.
3. L-iskemi ERDF amministrati mil-Malta Enterprise ser jiġu miżjuda b’€7 miljun għal total ta €37 miljun. Dawn ser jiġu maqsuma fuq is-7 skemi taħt l-ERDF. Huwa ppjanat li dawn il-fondi ser jiġu approvati kollha sa l-aħħar ta l-2010 u jkunu ta’ stimulu għal aktar attività ekonimika u tkattir ta’ xogħol.
4. Il-Malta Enterprise ser twessa’ l-eliġibilità tal-programm
Investment Aid
sabiex tattira aktar investiment barrani lejn Malta. Il-miżuri l-ġodda jinkoraġġixxu kumpanniji kbar sabiex jibdew l-operat ġdid taghħom f’setturi varji, fosthom
Back Office Services
;
Call Centres
u
shared services; Design; Digital Gaming; Global marketing; prototyping; internet publication and creative industries
. L-inċentivi offruti mill-Malta Enterprise f’dawn is-setturi ser jiffukaw fuq il-ħolqien ta’ impjieg. F’ċertu ċirkostanzi, partikolarment fejn l-assistenza fuq investiment mgħotija tkun għotja ta’ flus minflok inċentiv fiskali, l-għotja ser tkun suġġetta għal kundizzjoni ta’ numru minimu ta’ impjiegi ġodda.
5. L-allokazzjoni għall-inċentivi tal-Malta Enterprise qed tiġi miżjuda għal €9 miljun. Il-ħolqien ta impjiegi ġodda huwa wieħed mill-kriterji prinċipali li fuqhom il-Malta Enterprise tapprova għotja ta’ fondi u inċentivi.
6. Eżenzjoni mill-Income tax fuq dħul miġjub minn propertà intelletwali. Dan ser jgħin sabiex Malta tkun post aktar attrajenti fejn wieħed jagħmel żviluppi fl-innovazzjoni, kif ukoll riċerka u żvilupp.
Il-miżuri speċifiċi imsemmija hawn fuq, huma sostenuti b’inċentivi u inizzjattivi oħra li l-iskop tagħhom hu li jiffaċilitaw il-ħolqien tal-impjieg:
- investiment ta’ €11 miljun f’Science Park ġdid;
- investiment ta’ €16 miljun għall-iżvilupp u titjib taz-żoni industrijali.
ftehim dwar ġarr ta' merkanzija u passiġġieri bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta jiġi fi tmiemu l-ftehim preżenti għall-ġarr ta' merkanzija u passiġġieri bejn Malta u Għawdex? X'inhu mistenni li jiġri meta dan il-ftehim jasal fl-aħħar tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta’ ġarr ta’ merkanzija u passiġġieri bejn Malta u Għawdex jiġi fi tmiemu fis-16 ta’ April 2010. Il-Gozo Channel Company Limited offriet dan is-servizz għal dawn l-aħħar tletin sena. Biex Malta tkun konformi ma’ liġijiet u regolamenti ta’ kompetizzjoni huwa meħtieġ li dan is-servizz jiġi liberaliżżat. Peress li huwa maħsub li m’hemmx lok għal aktar minn operatur wieħed, l-element ta’ kompetizzjoni se jiġi ntrodott billi jintalbu offerti minn min hu nteressat joffri s-servizz għal numru determinat ta’ snin, naturalment b’kundizzjonijiet li jitqiesu vantaġġużi għall-konsumatur u b’kunsiderazzjoni lejn il-ħtiġijiet soċjali u ekonomiċi partikolarment dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ Għawdex u l-Għawdxin. It-talba għal dawn l-offerti mistennija ssir fix-xhur li ġejjin.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal, mhux ta' nazzjonalità Maltija, li fil-fatt jattendu l-iskejjel primarji tal-11 u t-12-il distrett, raħal b'raħal rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport, dipendenti fuq il-fondi li jista' jkollha, stabbilietx lista ta' prijorità ta' b'liema ordni għandhom jiġu mogħtija t-tarmac dawk it-toroq li sal-lum għandhom ma sarux? Jekk għandha, jista' jagħti d-dettalji relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' blue stickers li ġew irtirati matul l-2008 u l-2009 rispettivament? Kemm minn dawn l-istickers reġgħu ġew mogħtija lil dawk li itteħdulhom? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li ġew ritornati lilhom l-isticker li kienet itteħditilhom?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali talbu li jkollhom proprjetà devoluta lilhom matul l-aħħar sentejn? Liema kienu l-każijiet li ġew rifjutati? Liema każijiet għadhom pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-aħħar sentejn, kien hemm 51 talba għal devoluzzjoni ta’ proprjetà minn 27 Kunsill Lokali. Minn dawn it-talbiet, 9 każijiet ġew irrifjutati filwaqt li 37 għadhom pendenti. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-talbiet li kien hemm matul dawn l-aħħar sentejn bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
San Pawl il-Baħar — xogħlijiet fi Triq Jean de la Cassiere
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol li qed isir fi Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar jitkompla, għaliex din tinsab fiċ-ċentru tar-raħal u qed joħloq diversi diffikultajiet differenti kemm lir-residenti kif ukoll lil persuni oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux maħsub li matul is-sena li ġejja tinbeda xi skema li permezz tagħha t-toroq fir-raba' jkunu jistgħu jingħataw wiċċ aħjar minn dak li għandhom għall-benefiċċju tal-biedja?
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar jekk is-Selmun Palace Hotel għadhiex għall-bejgħ? Jekk iva, fiex wasal il-proċess tal-bejgħ tal-istess lukanda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-Selmun Palace Hotel għadha għall-bejgħ u l-proċess qed jitmexxa mil-Government Property Division. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Membru għall-avviż numru 183 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta Novembru 2009 u għall-avviżi li deheru fil-ġurnali lokali fl-istess ġurnata u fid-29 ta’ Novemberu 2009.
lukandi u kumplessi turistiċi — applikazzjonijiet għall-bini u estensjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet għall-bini, estensjonijiet jew titjib tal-faċilitajiet f'dawk li huma lukandi, jew kumplessi turistiċi li għandna f'Malta u Għawdex?
Awtorità dwar it-Trasport — twessiegħ tat-triq matul il-kosta tas-Salina
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm ilmenti li tressqu quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport dwar il-proposti għat-twessiegħ tat-triq matul il-kosta tas-Salina minn St. Andrews sad-daħla ta' Buġibba mis-sidien tal-art affettwata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.