Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex l-għassa tal-Mellieħa tkun tista' tintuża l-ħin kollu għall-iskop li hi maħsuba? Jista' fl-istess ħin jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-van li qed iservi ta' għassa jitneħħa minn fejn hu fl-iqsar żmien possibbli?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex isiru x-xogħolijiet neċessarji fil-bini sabiex l-Għassa tal-Pulizija tal-Mellieħa tkun tista' terġa tibda tiffunzjona.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar fhiex wasal l-ippjanar taċ-ċentru sportiv reġjonali li għandu jinbena fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurnmata li fil-preżent il-Kunsill Malti għall-iSport qed jaġġorna l-brief dwar il- Kumpless Sportiv tan-North vis-a`-vis il-bżonnijiet attwali tal-Għaqdiet Sportivi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-kwalifiki ta' tobba barranin li huma meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu mpjegati fl-isptarijiet Maltin? Minn liema pajjiżi hu possibli li joriġinaw dawn it-tobba biex ikunu jistgħu jipprattikaw fl-isptarijiet tagħna?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar , tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' anzjani li bħalissa huma residenti fid-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa? Kemm hemm spazju available f'din id-dar? Minn liema lokalita' huma dawk il-persuni li qed joqogħdu fid-dar, u fejn kienu rikoverati qabel marru fid-dar ta' l-anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar , tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex fit-telgħa ta' Għajn Znuber, limiti tal-Mellieħa, jitwaħħlu crash barriers matul il-gandott ta' l-ilma fl-istess telgħa, u dan biex jiġu evitati inċidenti tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-parti tat-triq in kwistjoni ġiet iffurmata u asfaltata fis-sena 2007 mill-ADT. Din il-parti fit-telgħa ta' Għajn Żnuber qiegħda tingħata priorita' fil-programm ta' xogħolijiet ta' installazzjoni ta' 'crash barriers' li għandna ppjanati.
Jista' l-Ministru jassigura li x-xogħol marbut ma' Triq Katerina Vitale, fix-Xemxija jitlesta kemm jista' jkun malajr, u dan biex jiġi assigurat li r-residenti jibdew igawdu minn dan ix-xogħol, wara l-ispiża sostanzjali li saret biex saru s-servizzi ġodda fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq Katerina Vitale, fix-Xemxija ser ikompli nhar il-ħamis 22 ta' Mejju u jitlesta fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' skart għar-riċiklaġġ li nġabar, lokal lokal, fl-ewwel jiem minn mindu daħlet l-iskema tal-ġbir ta' l-iskart għall-iskop ta' riċiklaġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ skart għar-riċiklaġġ li nġabar lokal b’lokal huwa skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex numru sostanzjali ta' bdiewa li fit-13 ta' Mejju, 2008 marru Ta' Qali biex jirreġistraw ir-raba' tagħhom għas-sussidju, intbagħtu lura lejn darhom, minkejja li kien ilhom (uħud minnhom) jistennew mill-5.30 a.m ta' filgħodu? Kif ser jiġi assigurat li dawn il-bdiewa ma jitilfux id-drittijiet tagħhom, minkejja li l-għeluq tar-reġistrazzjoni hu l-Ħamis, 15 ta' Mejju, 2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-bdiewa ġew infurmati permezz ta’ ittra mibgħuta lilhom fix-xahar ta’ Marzu, sabiex jattendu matul ġimgħat speċifiċi. Il-bdiewa ġew avżati li jistgħu jattendu sabiex japplikaw bejn is-7.30am u t-3.00pm.
Billi n-numru ta’ bdiewa li ġew japplikaw kien wieħed sostanzjali, l-Uffiċjali bdew iżommu numru ta’ bdiewa li fil-fehma tagħhom setgħu jinqdew kuljum. Dawk li ma kienux ser jinqdew matul il-ġurnata kellhom jingħataw appuntament ieħor biex ma joqogħdux jistennew għal xejn.
Il-bdiewa kollha li riedu japplikaw sal-15 ta’ Mejju 2008 ma kellhomx diffikultà li jagħmlu dan, tant li l-fergħa ta’ l-Applikazzjonijiet fi ħdan l-Aġenzija tal-Pagamenti kkuntatjat hija stess lil dawk il-bdiewa li kellhom xi problema fl-applikazzjoni tagħhom sabiex jemendawha, u b’hekk ma jeħlux penali.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għax-shooting ranges madwar Malta u Għawdex? Jista' fl-istess ħin jagħti tagħrif fhiex wasal it-tfassil tal-policy dwar ix-shooting ranges?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sistema ta' l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għandha quddiemha erba' (4) applikazzjonijiet għal
shooting ranges
madwar Malta u Għawdex. Tlieta minnhom qegħdin jistennew l-ewwel deċiżjoni u l-oħra qegħda għar-
reconsideration
.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem shooting, range jew sparar.
Il-politika dwar ix-shooting ranges qegħda tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' flus miġbura mill-MEPA taħt l-iskema ta' CPPS jew xi skemi oħra, sa mit-twaqqif tagħha? Kemm huma l-ammonti maqsuma lokal, lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fulq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar meta hu mistenni li l-uffiċċju li d-dipartiment għandu fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar jiġi trasferit għall-Qawra, fejn hemm numru ta' faċilitajiet oħra u aħjar mill-imsemmi uffiċċju?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li għad fadal xogħol xi jsir fl-uffiċċju l-ġdid indikat mill-Onor. Interpellant u għalhekk mhux mistenni jibda jopera ta’ l-anqas qabel xahrejn.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma awtorizzati/liċenzjati li jbiegħu t-time share f'Malta? Jista' jagħti ndikazzjoni dwar jekk dawn il-persuni jkunux awtorizzati biex jaħdmu f'Malta/Għawdex kollu, jew jekk hux għal xi lokalita' partikolari?