Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar in-numru ta' bdiewa li għandhom talbiet pendenti għal għajnuniet finanzjarja?
Minn liema lokalitajiet (raħal, raħal) huma dawn il-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Membru jkun aktar speċifiku u jindika għal liema inizjattivi qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk isiux xi spot checks fuq il-prodotti agrikoli mpurtati f'pajjiżna?
Jekk iva, kemm saru minn dawn l-i
spot checks
matul l-aħħar 16-il xahar, xahar b'xahar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li d- Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti fi ħdan il-Ministeru jispezzjona dawk il-prodotti kollha impurtati f’pajjiżna li huma suġġetti ta’ ispezzjoni skond id-Direttiva 2000/29 EC u l-Avviż Legali 97 ta’ 2004 u l-emendi tagħhom. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi n-numru ta’ spezzjonijiet li saru matul dawn l-aħħar sittax -il xahar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' samples ta' ilma baħar li ttieħdu kull xahar minn Jannar sa Mejju matul il-kosta minn Baħar iċ-Ċagħaq sal-Ġnejna?
Minn kemm-il post differenti jittieħdu dawn is-samples?
B'liema frekwenza jittieħdu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat illi l-istaġun ta’ l-għawm huwa regolat permezz ta’ Att Legali dwar il-Kwalita’ ta’ l-Ilma għall-Għawm ta’ l-2003 (A.L. 380 ta’ l-2003). L-istaġun uffiċjali ta’ l-għawm huwa bejn it-tielet ġimgħa ta’ Mejju u t-tielet ġimgħa t’Ottubru. Għaldaqstant minn Jannar sat-tieni ġimgħa ta’ Mejju ma jittieħdu l-ebda kampjuni ħlief għall-prova waħda li ssir qabel jiftaħ l-istaġun (pre-season). Din saret bejn il-5 ta Mejju u 8 ta’ Mejju u f’dik il-gimgħa ittieħdu madwar 87 kampjun minn madwar Malta u Għawdex, b’34 minn dawn il-kampjun jittieħdu miż-żona bejn Baħar iċ-Ċagħaq u l-Ġnejna (jiġiefieri t-Tramuntana ta’ Malta li teskludi Għawdex). Dawn l-istess ammonti jittieħdu kull ġimgħa waqt l-istaġun ta’ l-għawm. F’Mejju ittieħdu ukoll żewġs rawnds oħra ta’ kampjuni, jiġieferi fil-ġimgħa li tibda 19 ta’ Mejju u dik li tibda 26 ta Mejju. Għaldaqstant it-totali għal Mejju miż-żona indikata mill-Interpellant huwa ta’ 102 kampjuni.
Ser inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra rigward iż-żoni fit-Tramuntana ta' Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' sinjali (overhead u road side) li kienu twaħħlu xi snin ilu fuq ir-rotta (triq) numru 1?
Kemm minn dawn is-sinjali huma issa mkissra jew maqlugħa?
Meta hu mstenni, jekk inhu l-każ, li dawn is-sinjali jinbidlu/jiġu rranġati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ sinjali li kienu twaħħlu fuq rotta numru 1 kien ta’ 300 sinjal. Sa Settembru 2006 ġew mibdula jew irranġati 29 minn dawn is-sinjali li ġew imkissra. L-Awtorita’ se tkun qed tagħmel eżerċizzju sabiex tistabbilixxi n-numru u liema sinjali huma bħalissa mkissra jew maqlugħa sabiex wara tkun tista’ tara’ x’azzjoni trid tieħu sabiex jitranġaw jew jinbidlu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri ħa jew qed jieħu l-ministeru biex jiġi garantit li l-ebda frott jew prodotti agrikoli oħra impurtati minn barra (inkluż dawk mis-suq intern mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea) ma jsibux ruħhom fil-pitkalija f'Ta' Qali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Membru li kull meta jkun hemm suspett ta’ prodotti agrikoli mpurtati, jsiru investigazzjonijiet mill-Control Unit tad-Dipartiment sew fil-pitkalija kif ukoll fl-għelieqi. Fejn ikun il-bżonn jittieħdu l-passi neċessarji.
Ninfurmaħ ukoll li fil-Pitkalija bħalissa għaddej proġett ta’ modernizzar tas-sistema ta’ l-IT li ser tippermetti li l-oriġini ta’ kull prodott tkun verifikata. Fil-frattemp, qed isiru wkoll laqgħat mal-Pitkala u ma’ l-Għaqdiet tal-Bdiewa waqt it-tfassil ta’ pjan strateġiku għal-pitkalija kollha.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif miexja l-iskema ta' l-ispiżjar ta' l-għażla tiegħek fil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett fejn dan ġie nitrodott?
Jista' jagħti tagħrif dwar meta l-lokalitajiet kollha ta' Malta jibdew jibbenifikaw minn din l-iskema?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek diġa’ bdiet titħaddem f’diversi lokalitajiet, fosthom:- fis-7 Distrett: f’Ħad-Dingli, Mġarr, Mtarfa, u Rabat – numru ta pazjenti registrati huwa 3921; fil-11-il Distrett: Attard u Mosta – numru ta pazjenti registrati huwa 4929 u fit-12-il Distrett: Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar, Qawra u Bugibba – numru ta pazjenti registrati huwa 5364.
F’Ħal Balzan – parti mill-11-il Distrett, 361 pazjent diga irregistraw fl-iskema u it-tqassim tal-medicini mill-izpizeriji privati se tibda fl-14 ta’ Lulju li ġej.
Fil-lokalita’ ta’ Ħaż-Żebbuġ (Malta), li huwa parti mis-7 Distrett, ir-reġistrazzjoni għall-iskema se tiftaħ fl-aħħar ta’ Settembru.
L-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek se tkun estiża f’Malta kollha sa April tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern għaddiex xi allokazzjoni partikolari wara l-maltempata kbira li saret xi snin ilu, lill-kunsilli lokali?
Kemm kien hemm kunsilli lokali li talbu li jingħataw fondi wara dan il-maltemp?
Billi kien hemm kunsilli lokali li ħallsu għat-tiswija tal-ħsarat minn fondi oħra, jista' l-gvern jieħu l-passi biex isiru l-ħlasijiet lura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tlieta u tletin (33) Kunsill kienu għamlu talba għal fondi wara l-maltempata ta’ Settembru 2003.
Il-Gvern kien ġab fondi ta’ l-Unjoni Ewropea biex jagħmel tajjeb għal ħsarat ikkaġunati minn din il-maltempata. Dawn intużaw mill-Gvern biex isewwi d-diversi ħsarat madwar Malta u Għawdex.
Saru xogħlijiet fil-Marsa, Ħal Qormi, is-Salini, Ħ’Attard, il-Mosta, il-Qrendi u San Ġwann. Ix-xogħol kien jinkludi tiswija ta’ ħitan, emergency stabilisation ta’ ħajt naturali fid-Drydocks u upgrading ta’ sistema ta’ l-ilma tax-xita fiż-żona tal-Marsa
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal appartamenti/maisonettes li ħarġu għall-bejgħ/kiri f'xi waħda mill-ħarġiet passati ta' l-Awtorita' tad-Djar u li għadhom ma ġewx allokati f'Burmarrad/Qawra? Hemm xi garages/ħwienet li wkoll ħarġu iżda għadhom ma ġewx allokati? Jekk iva, fejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ tkun tista’ tgħid kemm fadal appartamenti/maisonettes li ħarġu għall-bejgħ li għadhom ma ġewx allokati f’Burmarrad/Qawra wara li tlesti l-eżerċizju tar-Ri-allokazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet taħt l-iskema tax-Shared Ownership 3. Dan l-eżerċizzju għandu jkun lest sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Ninsab informat ukoll li l-Awtorita’ għandha garaxx Burmarrad u 2 il-Qawra li għadhom ma ġewx allokati.
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar liema flus jitqiegħdu fil-Fond għall-Kawżi Ġusti? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' flus li bħalissa jinsab f'dan il-fond?
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji biex jiġi stabilit liema mill-mollijiet fl-inħawi tas-Salini, Qawra, Buġibba, San Pawl il-Baħar u Xemxija jeħtieġilhom tiswija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Marittima diġa għamlet diversi spezzjonijiet fl-inħawi msemmija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jistgħux isiru spezzjonijiet fuq id-diversi slipwaysu mollijiet fil-limiti tal-Mellieħa biex dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu fi programmi ta' tiswija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sajjieda li għandhom talbiet pendenti għall-għajnuna finanzjarja?
Minn liema lokalitajiet (raħal,b'raħal) huma dawn is-sajjieda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Membru li n-numru ta’ talbiet pendenti għal-għajnuna finanzjarja hu ta’ 688.
Nitlob lill-Onor.Membru jinnota li fis-settur tas-sajd l-għajnuna mhijiex marbuta mas-sajjied imma mal-bastiment.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' raħħala li għandhom talbiet pendenti għal għajnuna finanzjarja?
Minn liema lokalitajiet (raħal b'raħal) huma dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta’ raħħala li għandhom talbiet pendenti għal għajnuna finanzjarja hu ta’ 352. Dawn ġejjin mill-lokalitajiet skond kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-proċess fuq dawn it-talbiet miexi u huwa ppjanat illi parti sostanzjali minnhom jitħallsu fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-WSC għandhiex tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet fis-7, 11 u 12-il distrett li m'għandhomx servizzi tad-drenaġġ imqabbda mal-mains prinċipali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk jistax jitfassal pjan biex dawn il-lokalitajiet fil-fatt ikollhom is-sistema tad-drenaġġ ikkomunikata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numri ta’ residenzi li jinstabu fil-lokalitajiet fix-7, 11 u 12 il-distrett li ma għandhomx servizz tad-drenaġġ mqabbda mal-mains principali u huma servuti b’fossa li titbattal b’xejn mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jinstabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Korporazzjoni qed taħdem fuq pjan fit-tul biex dawn ir-residenzi jkunu mqabbda mas-sistema principali tad-drenaġġ.
Billi skond xi ġurnali lokali kien rapportat li l-MEPA se titlob għar-reġistrazzjoni tal-vetturi li għandhom liċenzja għall-ġbir u ġarr ta' tipi differenti ta' skart, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu u f'każ li hu hekk, jista' jgħid meta hu mistenni li jibda u jintemm il-proċess ta' reġistrazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reġistrazzjoni tal-vetturi illi ser iġorru l-iskart nbeda fix-xahar ta' Ġunju għal reġistrazzjoni tal-klassijiet B, C u D (illi jinkludu ġarr fuq il-baħar, skart kliniku, u hazardous waste).
Vetturi tal klassi A (dawk illi jġorru skart muniċipali fost oħrajn) ser jiġu rreġistrati bejn Lulju u Diċembru; dawn huma mqassmin skond il-pjanċa tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-ADT għandhiex il-ħsieb li twettaq xi proġett ta' mina fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar/Xemxija, f'liema mina tkun tista' ssir triq? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li ssir u x'konsultazzjoni saret jew għad trid issir dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għall-instalazzjoni ta' l-arloġġi tad-dawl f'residenzi privati fl-inħawi ta' Santa Marija Estate? Kemm ilhom jistennew dawk konċernati għal dan id-dawl? X'qed iwassal għal dan id-dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ talbiet għall-arloġġi tal-elettriku fin-naħat ta Santa Marija Estate huma tnejn. Dawn ilhom jistennew 120 ġurnata minnhabba li ghad irid joħroġ il-permess tat-trinek mill-Awtorita kompetenti.
Tista' l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar jekk hemmx xi ħsieb li l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar tingħalaq u tinbena oħra minflokha? Jekk iva, fejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħalissa m’hemmx pjan li tingħalaq l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar u tinbena oħra minflokha.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex ħofra perikoluża fejn il-lights tad-daħla ta' Buġibba tissewwa? Jista' jara wkoll li t-toroq ta' madwar Kennedy Grove li fihom saru xi trinek fl-aħħar xhur, jiġu rranġati sew, mhux biss fil-wisa' tat-trinka iżda fil-wisa' kollha tat-triq biex dawn it-toroq isiru aħjar milli fil-fatt huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol mrabut mal-Wied ta' Burmarrad li jrid iwassal biex l-ilma tax-xita fil-fatt ma jagħmilx ħsara fir-raba' ta' l-inħawi, fil-fatt jitkompla b'rata aktar mgħaġġla?
Fl-istess ħin, jista' l-Ministru jara li fejn hu possibli l-wisa' ta' l-istess kanal ma jibqax dak li hemm fl-inħawi tas-Salina għaliex dan il-wisa' qed jaħli ħafna raba'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett jiġifieri l-iżbokk tal-kanal ħdejn is-salini għandu jitlesta fil-ġranet li ġejjin. Minn hawn lejn Burmarrad, il-wisa’ tal-kanal jidjieq b’mod gradwali skond l-ammont ta’ ilma li ser jgħaddi minnu. Ix-xogħol fuq din il-parti tal-kanal ta’ l-ilma ser jitkompla dalwaqt hekk kif jinħarġu l-permessi meħtieġa.