Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li minn dik li kienet il-miżbla tal-Magħtab jibda jiġi ġġenerat elettriku li jkun jista' jintuża għar-residenzi ta' Baħar iċĊagħaq u l-madwar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li qatt ma kienet l-intenzjoni li l-gas li joħroġ mill-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab jintuża biex jiġġenera elettriku għar-residenzi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq. Dan il-gas qed jintuża biex bl-enerġija tiegħu jinqerdu l-gassijiet tossiċi li jikkawżaw ħsara lill-ambjent.
Huwa importanti li issir distinzjoni bejn il-gas iġġenerat mill-miżbla l-antika tal-Magħtab u dak il-gas iġġenerat mill-Miżbliet Ikkontrollati li qed isiru ġodda. Dan ta’ l-aħħar ser jintuża biex jiġi ġġenerat l-elettriku.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex permezz ta' l-ADT, jitwaħħlu diversi crash barriers fejn hemm bżonnhom matul il-bypass tal-Mellieħa sa l-Għadira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tkun qed tispezzjona t-triq imsemmija sabiex tidentifika liema huma dawk il-postijiet li jeħtieġu crash barriers.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex waqt li jkun qed jitlesta x-xogħol marbut mal-bypass ta' San Pawl il-Baħar, ikun hemm minn fejn ir-residenti li joqgħodu fl-area tal-Fjuri jgħaddu mingħajr periklu biex jinżlu għall-bus stop fix-Xemxija fil-parti tad-Dellija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-pjanijiet tar-rikostruzzjoni tal-bypass ta’ San Pawl hemm inkluż bankina u ‘pedestrian crossing’ sabiex jiġi pprovdut aċċess mingħajr periklu għal min ikun qed jimxi matul it-triq kollha. Dan għaliex qabel dan il-proġett dawn il-faċilitajiet ma kienux eżistenti matul it-triq.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu, skond kif jirriżulta lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, in-numru ta' żgħażagħ (bejn 11 u 16-il sena) li fil-fatt jiddikjaraw li huma jgħixu ma' ġenetur wieħed waqt li qed jattendu l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-MTA hix qed tiddiskuti ma' xi operaturi privati dwar il-possibilita' li t-telephone boxes ta' kumpannija privata li hemm mal-promanade tal-Qawra/Bugibba jibdew jitħaddmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-MTA għamlet diversi kuntatti ma’ l-operatur il-ġdid li ħa f’idejh t-telephone boxes imsemmija. Dawn il-laqgħat bdew xahrejn ilu u l-operatur intalab biex jagħti prominenza liż-żoni turistiċi. Ingħata wkoll rapport li sar mid-diversi uffiċjali ta’ l-Awtorità fosthom dak responsabbli għal Bugibba u l-Qawra.
L-operatur sab ma wiċċu makkinarju li ma setax jibqa’ jitħaddem minħabba l-bidla tal-munita Maltija għall-Ewro. Beda programm ta’ manutenzjoni tal-magni kollha u bdil tas-sistema kollha.
Fil-każ ta’ Bugibba u l-Qawra, l-operatur ħadem dawn l-aħħar ġimgħat sabiex isewwi diversi
booths
. Qiegħed jistenna konsenja ta’ erbgħin telefon sabiex jibdel il-makkinarju kollu, u jġibu funzjonabbli. Dawn l-erbgħin telefon mistennija jaslu f’dawn il-ħmistax li ġejjin. La darba jaslu dawn jieħdu madwar ġimgħa sabiex jitwaħħlu f’posthom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' patata ta' tipi differenti li ġiet esportata din is-sena? Lejn liema pajjiżi ġiet esportata din il-patata? Hemm aktar minn aġent wieħed li esportaw din il-patata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-esportazzjoni ilha li ġiet liberalizzata mis-sena 2004 din l-informazzjoni hi ta’ natura kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' għalliema fl-iskejjel sekondarji u primarji rispettivament li spiċċaw mit-tagħlim kull sena, mill-2003 sal-lum? Kemm iggradwaw studenti fl-istess kategoriji ta' għalliema kull sena f'dan l-istess perijodu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex numru ta' zebra crossings li hemm madwar il-kosta tal-Qawra u Bugibba (bejn Kennedy Grove u l-Knisja San Pawl Nawfraġju) fil-fatt jinżebgħu u fejn hu meħtieġ isiru l-pelican lights?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema regolamenti marbuta mal-ġarr ta' passiġġieri minn speed boats, luzzijiet u opri tal-baħar inbidlu jew se jinbidlu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? X'wassal għal dan it-tibdil?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' single parents li jingħatw iċ-children's allowance għal kull sena bejn 0 u 16-il sena (0 - 1) (1 - 2) (2 - 3) eċċ, ta' l-eta' ta' l-ulied? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru globali ta' tfal li jirċievu ċ-children's allowance?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali ma żżommx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'forma ta' konsultazzjoni saret jew ser issir mal-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom tkun ser issir attivita' organizzata mill-Gvern Ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mil-laqgħat ta’ konsultazzjoni li l-gvern qed jagħmel mal-Kunsilli Lokali fil-proċess tar-riforma tal-gvern lokali, jidher li għad hawn xi entitajiet tal-Gvern Ċentrali li għadhom ma fehmux li Kunsill Lokali hu awtorità ta’ Gvern Lokali.
Qegħdin jiġu identifikati dawn l-entitajiet sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż jekk ikun hemm bżonn emendi leġislattivi.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema inizjattivi ttieħdu minn Heritage Malta matul l-aħħar ħames snin f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7,11 u 12-il distrett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' konsultazzjoni saret mill-Gvern Ċentrali mal-kunsilli lokali fejn tneħħiet street furniture fil-lokalitajiet turistiċi f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jispeċifika fejn u liema street furniture qed jirreferi għalihom.
Tista' l-Ministru tara jekk hux possibli li permezz tal-Heritage Malta tingħaqad mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex tiġi stampata mappa (three dimensional) tas-siti storiċi ta' San Pawl il-Baħar u l-madwar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-mapep ta’ Malta jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Mapping Unit fi ħdan il-MEPA, nissuġġerixxi li l-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy tal-MEPA dwar applikazzjonijiet f'siti li fuqhom ikun diġa' hemm permessi validi jew applikazzjonijiet pendenti li fuqhom jerġgħu jsiru applikazzjonijiet minn periti li ma jkunux dawk li ssottomettew l-applikazzjonijiet oriġinali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy tal-MEPA dwar l-applikazzjonijiet ġodda għal permess għall-iżvilupp, inklużi dawk li fuqhom diġà hemm permessi validi, hi li l-Perit jiffirma d-dikjarazzjoni fl-applikazzjoni li qed jieħu r-responsabbiltà għax-xogħol li dwaru tkun qed issir l-applikazzjoni.
F'każ ta' applikazzjonijiet pendenti, il-perit il-ġdid jissottometti formola apposta għal meta jinbidel il-perit, fejn fiha jieħu r-responsabbiltà għax-xogħlijiet proposti, liema formola timtela wkoll mill-perit oriġinali fejn jiddikjara li jkun qed jeżonora ruħu mir-responsabbiltà għax-xogħol propost.
F'każ ta' applikazzjoni ġdida fuq sit fejn diġà jkun hemm applikazzjoni pendenti minn perit ieħor, sakemm ma tiġix irtirata waħda mill-applikazzjonijiet, kull perit ikun qed jieħu, permezz tad-dikjarazzjoni fl-applikazzjoni, ir-responsabbiltà għax-xogħol li dwaru jkun qed japplika.
Jista’ jkun il-każ fejn il-MEPA tirċievi talba għal minor amendment fuq permess li għadu validu. F'dan il-każ il-MEPA teżiġi lit-talba għal minor amendment issir mill-istess perit.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' facilitators li hemm jaħdmu (f'total) fl-iskejjel primarji governattivi?
Tista' tagħti din l-informazzjoni fuq bażi ta' belt/raħal f'kull waħda mill-ibliet/rħula tas-7, 11 u 12 -il distrett elettorali?
Kemm hu f'kull waħda minn dawn l-iskejjel in-numru ta' tfal , maqsuma bejn bniet u subien li jibbenifikaw mis-servizz ta' facilitators ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li skond l-ETC huma rreġistrati bħala self-employed?
Jista' jagħti tagħrif skond il-kategorija differenti ta' xogħol li jagħmlu dawn il-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ Jannar 2008 kien hemm 16,810 persuna reġistrata bħala self-empoyed mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi f'risposta riċenti f'mistoqsija parlamentari 751 u f'risposta għal domanda supplimentari għall-istess domanda qed jingħad li l-gżejjer ta' San Pawl jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern Ċentrali, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fuq dawn il-gżejjer matul l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk b'inizjattiva tal-Gvern u tal-privat hux possibli li jsir dawl (arblu b'solar panels) li jdawwal il-gżejjer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-informazzjoni miġbura, ma jidhirx li saru xogħlijiet fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl fl-aħħar ħames snin. Jekk l-Onor Interpellant għandu xi proġett speċifiku nitolbu iressaq is-suġġeriment tiegħu.
Fir-rigward ta’ dawl b’solar panels, filwaqt li huwa possibbli fil-prinċipju li jsiru
solar panels
fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl, dan jista’ jsir wara li jiġi sottomess il-proġett lill-awtoritajiet kompetenti u jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar jekk sarux diskussjonijiet mal-banek lokali dwar it-tneħħija tal-ħlasijiet fuq id-diversi cards li hawn fis-suq hawn Malta?
Meta hu mistenni li ċ-charges tal-lum jitneħħew għal kollox?
Response (FENECH, TONIO)
It-tneħħija ta’ taxxa fuq credit cards illi nsibu fis-suq lokali hija wegħda elettorali li għamilha dan il-Gvern.
Programm elettorali jitwettaq fuq perijodu ta’ ħames snin u mhux neċessarjament l-ewwel sena ta’ leġislatura.
Kull deċizzjoni fiskali trid tittieħed fl-isfond tal-impenn tal-Gvern li sa 2010 il-Budget tal-Gvern ikun f’Surplus.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 404 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u ċioe': Billi l-Awtorita' Marittima hi l-awtorita' regolatorja tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-istess awtorita' tatx xi direttivi li ma jistgħux jitgħabbew iktar minn 25 passiġġier meta jkun hemm xi trakkijiet fuq l-istess vapuri?