Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi bil-Q, Z, K u Y li ġew reġistrati kull xahar bejn Marzu 2007 u Awwissu 2008? Kemm ġew reġistrati muturi fl-istess perijodu ta' żmien? Kemm hu llum in-numru ta' vetturi reġistrati f'Malta u f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2832 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Ksur ta' regolamenti fl-ispeed cameras

Question

Billi jidher li l-kunsilli lokali ma kenux infurmati dwar il-bidla fil-multi mposti minħabba ksur tar-regolamenti tal-ispeed camera, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif kif ser tkun tista' tinagħta lura l-multa li tħallset iktar minn li kienet qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Tibdil ta' rotot

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal lill-Awtorità dwar it-Trasport biex tiddeċiedi li fit-28 ta' Settembru 2008, iddawwar ir-rotta tat-trasport pubbliku? Ma min saret il-konsultazzjoni dwar dan it-tibdil? Kien hemm ħtieġa ta' xi ħaddiema żejda biex dan it-tibdil jiġi attwat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikjarifika għall-liema rotta tat-trasport pubbliku qed jirreferi.

Toroq asfaltati mill-ġdid

Question

Billi Triq San Ġorġ, Triq il-Ġilju, Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq is-Sajjied, Triq il-Ħalel u t-telgħa tal-Wardija, matul ix-xhur li għaddew batew il-konsegwenzi ta' ħsarat li saru fit-toroq, prinċipalment minn ħsarat fil-main tal-NSC, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex dawn it-toroq jiġu asfaltati mill-ġdid u dan biex jiġu evitati ħsarat fil-vetturi li jgħaddu minnhom u wkoll jonqos it-tgergir tar-residenti f'dawn l-istess toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qawra — Triq Porżjunkula - Asfaltar, bankini u servizzi

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' l-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex isiru s-servizzi, bankini u asfaltar tat-Triq Porżjunkula fil-Qawra, liema triq illum fiha numru essenzjali ta' residenti, uħud minnhom ukoll bi bżonnijiet speċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta’ toroq li se jkunu qed isiru mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport.

Gozo Channel — Public Service Obligation Agreement

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta skond il-ftehim li hemm bejn il-Gozo Channelu l-Gvern ta' Malta kellu jispiċċa t-terminu tal-monopolju ta' l-istess servizz mogħti lill-Gozo Channel? Billi kien hemm talba min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex dan il-perijodu jitnaqqas, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi tibdil dwar dan iż-żmien, kif miktub fil-Public Service Obligation Agreement?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qawra, Xemxija, Buġibba — Xogħlijiet fuq bankini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministru jistax ifassal programm ta' xogħlijiet fuq il-bankini li għadhom ma saru qatt jew jekk saru, illum għandhom bżonn ta' uċuħ ġodda, naturalment wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali konċernat biex dawn il-bankini, fix-Xemxija, Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar u Burmarrad ikunu jistgħu jsiru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni jkun jista’ jikkonsidra u jħejji, flimkien mal-Kunsill Lokali, programm ta’ xogħlijiet ta’ bankini fil-lokalitajiet indikati mill-Onor. Membru jekk u meta l-Kunsill Lokali jagħmel talba formali u din it-talba tkun ikkunsidrata flimkien mat-talbiet ta’ xogħlijiet f’lokalitajiet oħra.
Leg 11 PQ #2680 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Tat-Tomna - Industrial Area

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-applikazzjoni għall-permess ta' bini ta' industrial area fl-inħawi tat-Tomna l-Mellieħa? Meta hu mistenni li jiġi finalizzat il-proċess tal-applikazzjoni u meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta' kostruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-5 ta’ Settembru, l-applikant ġiet mgħarraf li l-Enemalta u l-ADT sabu xi oġġezzjonijiet għal pjan kif propost. Fid-29 ta’ Settembru ġew sottomessi pjanti ġodda mill-applikant. Bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni fuq dawn il-pjanti, kif jiskadi t-terminu ta’ din il-konsultazzjoni, l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata.

Kunsill Lokali — Għajnuna għall-attivitajiet kulturali

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali ngħata l-għajnuna mill-ministeru biex jiġu organizzati attivitajiet kulturali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il- Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ta’ għajnuna ta’ €200 lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala sabiex jorganizzaw gimgħa ta’ attivitajiet kulturali f’Lulju, 2008.

Ċirkewwa — Xogħol fuq terminal għall-passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq it-terminal tal-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett tat-terminal taċ-Ċirkewwa mistenni jitkompla lejn l-aħħar tas-sena 2009 basta jkunu ħarġu l-permessi neċessarji.
Leg 11 PQ #2423 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA- Parking Spaces

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-parking spaces tal-visitors' parking area tal-MEPA (quddiem id-dogs' home) huma riservati għall-istaff tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awarness fl-iskejjel fuq sigurtà fit-toroq

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jistax jieħu passi biex fl-iskejjel tal-istat, u wkoll dawn tal-knisja u privati, jsiru kampanji ta' tagħrif u awarness dwar road safety fit-toroq tagħna u dan sa minn meta età żgħira? Tista' tgħid jekk il-Ministeru qattx ħa ħsieb biex fassal dawn il-kampanji fl-iskejjel lit-tfal u żgħażagħ tagħna proprju biex meta jibdew isuqu jkunu aware mill-obbligi tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Health and Safety Unit fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ilu jagħmel programmi ta’ awareness dwar Road Safety u taqsimiet oħra relatati ma’ Health and Safety mis-sena 2000. L-iskejjel primarji kollha statali – li għandhom klassijiet tar-raba’, ħames u sitt sena – jirċievu lezzjonijiet fuq Road Safety Awareness, u ħafna aktar, b’mod regolari. Fost affarijiet oħra, dan jinkludi tagħrif u tagħlim dwar kif wieħed għandu jġib ruħu fuq tal-linja, waqt li qiegħed miexi fit-triq, meta jaqsam, traffic lights, użu ta’ bicycles, eċċ. Dan isir ukoll fl-iskejjel sekondarji. Il-Health and Safety Unit ikkoperat mal-ADT biex saru programmi fl-iskejjel primarji mill-ADT u l-Malta Red Cross Society fuq Road Safety.
Leg 11 PQ #2673 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awotorità tat-Turiżmu — Ġbir ta' Skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kontroll għandha l-Awtorità tat-Turiżmu f'Malta dwat il-ftehim li suppost għandhom sidien ta' lukandi/restaurants biex l-iskart tagħhom fil-fatt jinġabar mingħajr ma jkun hemm ħafna skart li jitħalla jiġri fit-toroq? Meta saret l-aħħar ġabra ta' informazzjoni biex jiġi assigurat li fil-fatt dawn il-ftehim jeżistu? X'irriżulta mill-ġbir ta' din l-informazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Dwar it-Trasport — Kampanja dwar sigurtà fit-toroq

Question

Billi l-Unjoni Ewropea għandha bħala wieħed mill-għanijiet tagħha dak li tnaqqas in-numru ta' mwiet fit-toroq bin-nofs sa l-2010, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm l-Awtorità dwar it-Trasport nefqet f'kampanji dwar is-sigurtà fit-toroq kull sena, mill-2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2335 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qawra — Tindif ta' culvert

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-culvert tal-ilma li jwassal l-ilma tax-xita fl-inħawi tal-perched beach fil-Qawra, jitnaddaf biex jiġu evitati danni fuq il-propjetà privata wara li l-ilma jkun inġabar f'diversi toroq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-culvert in kwestjoni ser jiġi mnaddaf mill-Kunsill fil-jiem li ġejjin.
Leg 11 PQ #2336 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Fondi minħabba t-turisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jassigura li dawk il-kunsilli lokali li għandhom preżenza qawwija ta' turisti fil-lokalità tagħhom, jingħataw fondi partikolari minħabba dan il-fatt? Jista' jagħti konsiderazzjoni għat-talba li għamilt ftit tal-ġimgħat ilu, li l-kunsilli jingħataw allokazzjoni ta' €2 għal kull turist li joqgħod f'dik il-lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġeriment tiegħu ġie inkluż għal konsiderazzjoni fil-proċess tar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Il-metodu preżenti ta’ finanzjament lill-Kunsilli Lokali mill-Gvern Ċentrali ma jieħux in konsiderazzjoni fatturi bħalma huma aspetti turistiċi, soċjali u ta’ impatt qawwi fuq l-infrastruttura. Preżentament qed isir eżerċizzju sabiex kemm il-metodu ta’ finanzjament jiġi rivedut kif ukoll jinstabu forom oħra li permezz tagħhom jiġu indirizzati aspetti bħal dawk imsemmija mill-Onor Interpellant u f’dan l-istadju mhu inkluż jew eskluż xejn. Is-suġġeriment ta’ l-Onor Interpellant qed jiġi magħdud mal-proposti għar-riforma tal-Kunsilli Lokali u ser jingħata konsiderazzjoni xierqa.

Buġibba — Triq il-Konventwali - Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport, triq ġdida fi Triq il-Konventwali, Buġibba, San Pawl il-baħar, liema triq tinsab ħdejn il-knisja tal-Qawra, tiġi mogħtija t-tarmac, biex forsi ma jibqax jintrema terrapin u ħmieġ ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT spezzjonat it-triq imsemmija fejn irriżulta li din trid tinbena għall-ewwel darba u għalhekk hija responsbbilta' ta' l-ADT. It-triq imsemmija ser tiddaħħal fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-ADT.
Leg 11 PQ #2338 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċitazzjonijiet maħfura minn wardens jew pulizija

Question

Jista' l- Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu t-talbiet li saru biex jiġu maħfura ċitazzjonijiet li jkunu ħarġu minn wardens jew pulizija? Jista' l-Prim Ministru jagħti dan it-tagħrif maqsum f'lokalitajiet differenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2339 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Pellegrinaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal lill-MEPA biex ftit tal-ġimgħat ilu waqqfet pellegrinaġġ li kellu jiġi organizzat mill-komunità tal-Patrijiet Frangiskani ta' San Pawl il-Baħar, fil-preżenza tal-isqof t'Għawdex, għall-gżejjer ta' San Pawl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Water Services Corporation — Interventi u telf ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-interventi tal-Water Services Corporation fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra, Xemxija, Burmarrad u Wardija matul ix-xhur April - Awwissu 2008? Kemm kien it-telf ta' ilma reġistrat mill-Water Services Corporation f'dawn l-istess inħawi matul il-perjodu msemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.