Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — toroq mogħtija tarmac

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport, dipendenti fuq il-fondi li jista' jkollha, stabbilietx lista ta' prijorità ta' b'liema ordni għandhom jiġu mogħtija t-tarmac dawk it-toroq li sal-lum għandhom ma sarux? Jekk għandha, jista' jagħti d-dettalji relattivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport ta' Malta għadha qed tħejji l-programm ta' xogħlijiet għal 2010 skont il-finanzi ivvotati fuq dawn il-proġetti.

San Pawl il-Baħar — xogħlijiet fi Triq Jean de la Cassiere

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol li qed isir fi Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar jitkompla, għaliex din tinsab fiċ-ċentru tar-raħal u qed joħloq diversi diffikultajiet differenti kemm lir-residenti kif ukoll lil persuni oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-onorevoli interpellant għadha mhiex zviluppata kollha u b'hekk ma kenitx inkluża fil-programm ta' bini ta' toroq residenzjali.

VRT stations

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji ta' operaturi tal-VRT stations li tneħħew matul l-2009? Kemm kien in-numru ta' stations li għalqu minn jeddhom matul l-istess perjodu? Kemm hu llum in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu VRT stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l'ebda liċenzja ta' operatur tal-VRT stations li tneħħiet matul l-2009 u l-ebda VRT station ma għalaq minn jeddu matul l-istess perjodu. Sa llum hemm 40 applikazzjoni pendenti għal ftuh ta' VRT Stations.

Awtorità dwar it-Trasport — karozzini liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzini liċenzjati f'Malta u f'Għawdex, rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex jingħataw liċenzji għall-karozzini? X'inhi l-policy tal-Awtorità dwar dawn il-liċenzji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li b'kollox hemm 111 il-karozzin licenzjati li minnhom 4 huma f'Għawdex. Nikkonferma li l-Awtorita' għat-Trasport f'Malta għandha talbiet pendenti biex jingħataw liċenzji għall-karozzini. Sal-lum il-policy tal-Awtorità hija li ma tagħtix liċenzji ġodda għalkemm qed isiru diskussjonijiet ma' l-Assocjazzjoni tas-sidien tal-karozzini sabiex il-policies u l-bażi regolatorja f'dan is-settur ikunu riveduti.
Leg 11 PQ #14363 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti - titjib ta' faċilitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14170, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif mitlub għal dawk li huma faċilitajiet sportivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Burmarrad — xogħlijiet fuq bankina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bankina fit-triq prinċipali ta' Burmarrad (fir-raħal innifsu) tinqala' u ssir mil-ġdid b'wiċċ ġdid minħabba l-fatt li din il-bankina speċjalment in-naħa tal-għelieqi tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bdiewa full-time u part-time

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa full-time u part-time li matul is-sena li għaddiet (2009) daħlu biegħa fil-pitkalija ta' Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul is-sena 2009 kien hemm 2039 bidwi full-time u part-time li daħħlu l-biegħa fil-pitkalija ta’ Malta u Għawdex.

Tfal li ma jattendux l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal u żgħażagħ li joqogħdu f'San Pawl il-Baħar jew l-inħawi ta' madwar u li ma jattendux skola tal-Gvern għaliex jew imorru fi skejjel privati jew f'tal-knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14367 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar, Mellieġa, Naxxar u Imġarr — korsijiet organizzati mill-ITS

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' studenti mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar u Imġarr li qed jattendu xi wieħed mill-korsijiet organizzati mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Liema korsijiet qed jattendu dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tħawwil ta' siġar fil-lokalità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru hux se jieħu xi passi partikolari biex f'każ ta' mewt ta' persuna f'Malta u f'Għawdex titħawwel siġra fil-lokalità fejn kien joqgħod, simili għall-inizjattiva marbuta mat-tħawwil tas-siġar għal wild li jkun hemm fil-lokalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-Gvern diġa għandu skema msejjħa Tree for Life li tħeġġeġ lill-pubbliku b’mod volontarju jħawwel siġra meta jmut xi ħadd għażiż għalihom, bħala parti mill-kampanja 34U.
Leg 11 PQ #14167 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti — persuni involuti f'serqiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ttellgħu l-Qorti wara li rriżulta li kienu involuti f'serqiet f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar, rispettivament matul l-2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 56 persuna fuq serq minn San Pawl il-Baħar, 5 persuni mill-Mellieħa u 8 persuni minn Naxxar.

Bdiewa/Raħħala — għajnuna mingħand il-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa/raħħala li talbu li jkollhom għajnuna mingħand il-Gvern matul l-2009 u li l-applikazzjoni tagħhom għadha pendenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta.

San Pawl il-Baħar — Skola primarja tal-Gvern - Żieda ta' tfal

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu maħsub li se tiżdied il-popolazzjoni tat-tfal fl-iskola primarja tal-Gvern ta' San Pawl il-Baħar? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk l-iskola kif inhi għandhiex kapaċità li tilqa' għal din iż-żieda tat-tfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14170 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti - titjib ta' faċilitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini, jew titjib ta' faċilitajiet madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista’ twieġeb aħjar din il-mistoqsija.

MEPA — bdiewa/raħħala - applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bdiewa/raħħala li applikaw biex jieħdu għajnuna minn skemi tal-Unjoni Ewropea matul l-2009? Kemm minnhom ma setgħux jingħataw din l-għajnuna minħabba proċeduri pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? X'passi jistgħu jieħdu dawn l-applikanti li għad ma kellhomx l-applikazzjoni tagħhom approvata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar — tarmac lit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li mistennija li jiġu mogħtija t-tarmac matul l-2010, f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13940 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — proċess ta' aġġudikazzzjoni

Question

Jista' l- Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal l-proċess ta' aġġudikazzzjoni dwar ix-xogħol li għandu jsir fl-inħawi tal-iskola sal-Menqa f'San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li x-xogħol jinbeda fiżikament, biex ikun lest kemm jista' jkun malajr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13941 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Burmarrad — tarmac lit-toroq

Question

Billi l-Gvern qed jieħu diversi inizjattivi pożittivi biex numru ta' toroq madwar Malta jkunu lesti matul din is-sena, jista' l-Prim Ministru jara li t-toroq li fadal jiġu mogħtija t-tarmac fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Burmarrad, fil-fatt jingħataw it-tarmac, b'mod partikulari minħabba l-importanza turistika ta' dawn l-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13942 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

siti miftuħa jingħalqu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li dawk is-siti li ġew iddentifikati bħala siti miftuħa matul is-sena li għaddiet, u li s-sidien tagħhom baqgħu sal-lum m'għamlu xejn biex għalquhom, fil-fatt jingħalqu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġi evitat li jkun hemm problemi minn dawn is-siti meta joqrob is-sajf?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13943 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

restawr ta' monumenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li matul is-sena li ġejja, permezz tal-kunsilli lokali, il-Gvern iwettaq numru ta' proġetti marbutin mar-restawr ta' monumenti li għandna mifruxa madwar Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.