Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu passi neċessarji biex it-triq li tgħaddi matul il-Victoria Lines bejn Tarġa Gap u Triq Xifer il-Kief, fil-fatt tiġi rranġata l-ewwelnett għaliex qed issir ħsara lill-Victoria Lines, u t-tieni għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Vapur t'Għawdex — Sistema ta' kif jitpoġġew il-karozzi
Question
Billi b'mod ripetut dawk li jkunu fl-ewwel parti tal-queue, jistennew biex jitilgħu fuq il-vapur t'Għawdex, kemm fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fl-Imġarr Għawdex, jispiċċaw biex jinżlu ħafna wara dawk li jkunu qegħdin wara u dan għaliex it-tgħabija tal-karozzi tpoġġi lil tal-ewwel fil-ġenb tal-vapur, jista' jiġi assigurat li s-sistema ta' kif jitgħabbew il-vetturi tinbidel?
Billi f'dawn l-aħħar jiem kien hemm rapporti li d-dawl f'xi toroq fil-fatt ser jintefa matul il-lejl, jista' l-Ministru jiġi assigurat li jekk ser jittieħed dan il-pass, fil-fatt fit-toroq, ir-residenti jkollhom xi forma ta' dawl ieħor biex jiġu evitati traġedji? Jista' jiġi assigurat li fil-fatt id-dawl ma jintefiex qabel jittieħdu l-passi biex dawn l-istess toroq ikunu bla periklu żejjed matul il-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3740, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il wieħed mill-protokolli bejn Malta u l-Italja kien hemm fondi indikati għall-użu fil-bini tat-toroq f'Malta? Kemm kien l-ammont ta' flus li fil-fatt kien iddedikat għall-bini tat-toroq mill-valur ta' €75 miljun tal-Ħames Protokoll? Meta ħarġu tenders biex it-toroq li nbnew mill-fondi tal-protokoll Taljan fil-fatt setgħu jinbnew?
Awtorità Dwar it-Trasport — Kampanja dwar sigurtà fit-toroq
Question
Billi l-Unjoni Ewropea għandha bħala wieħed mill-għanijiet tagħha dak li tnaqqas in-numru ta' mwiet fit-toroq bin-nofs sa l-2010, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm l-Awtorità dwar it-Trasport nefqet f'kampanji dwar is-sigurtà fit-toroq kull sena, mill-2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ għamlet diversi kampanji fir-rigward ta’ Safety fit-toroq. L-ispejjez fuq dan ir –rigward kienu kif ġej:
Sena Spiza
(Mill-1 t’Ottubru sa l-aħħar ta’ Settembru) €
2005/06 97,072
2006/07 91,316
2007/08 35,226
Gozo Channel — Public Service Obligation Agreement
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta skond il-ftehim li hemm bejn il-Gozo Channelu l-Gvern ta' Malta kellu jispiċċa t-terminu tal-monopolju ta' l-istess servizz mogħti lill-Gozo Channel? Billi kien hemm talba min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex dan il-perijodu jitnaqqas, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi tibdil dwar dan iż-żmien, kif miktub fil-Public Service Obligation Agreement?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kuntratt ta’ Servizz Pubbliku bejn il-Gvern u l-Gozo Channel kellu jispiċċa f’April 2010. Il-Kummissjoni Ewropeja kienet bdiet proċeduri kontra Malta dwar diversi aspetti ta’ dan il- Kuntratt ta’ Servizz Pubbliku. F’dan ir-rigward bdew preparamenti biex tinħareġ sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn il-gżejjer ta’ Malta u Għawdex li hi mmirata li ssir sa kmieni fl-2009. Fil-fatt jien infurmat illi l-avviż relattiv diġa ġie publikat fil-gażżetta uffiċjali tal-UE.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi bil-Q, Z, K u Y li ġew reġistrati kull xahar bejn Marzu 2007 u Awwissu 2008? Kemm ġew reġistrati muturi fl-istess perijodu ta' żmien? Kemm hu llum in-numru ta' vetturi reġistrati f'Malta u f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarja biex il-kuntrattur li ħadem għal Enemalta fuq il-bankina ta' Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, jirranġa sew din l-istess bankina li ħalliha mhix kompluta b'ħafna biċċiet imtajra, bejn l-uffiċju tal-Kunsill Lokali u l-bank HSBC?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT qed tiċċekja l-imsemmi ilment.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' spot checks minn uffiċjali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, madwar Malta matul dawn l-aħħar 12-il xahar? F'liema lokalitajiet saru dawn l-inspections? Jista' jgħid jekk f'Għawdex sarux spezzjonijiet bħal dawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li saru 1779 "spotchecks" f'dawn il-lokalitajiet: Attard, B'Kara, Baħar iċ-Ċagħaq, Birżebbuġia, Buġibba, Burmarrad, Ċirkewwa, City Gate, Corradino, Fgura, Floriana, Għar Dalam, Gudja, Ħal Far, Luqa, Magħtab, Marsa, Marsaskala, Mġarr, Mosta, Mqabba, Naxxar, Paceville, Pieta', Saqqajja, Sliema, San Pawl il-Baħar, Ta' Kandja, Ta' Qali, Tarġa Gap, Telgħa t'Alla w'Ommu, Xemxija, Żabbar, Żebbiegħ, Żebbuġ, Żurrieq.
Rigward Għawdex ninsab infurmat li "spotchecks" bħal dawn saru.
San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere - Bozoz
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità tad-Djar, li kienet responsabbli biex tibni numru ta' appartamenti fi Triq Jean De La Cassiere f'San Pawl il-Baħar, li iżda ma ħaditx passi biex jiġu stallati bozoz fit-triq msemmija, tara kif flimkien ma' l-Enemalta jiġu stallati l-bozoz neċessarji, għaliex ir-residenti qed jilmentaw sew b'dan in-nuqqas?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra — Żieda ta' dawl fit-toroq
Question
Billi diversi toroq f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra jew m'għandhom l-ebda dawl fit-toroq, inkella għandhom bżonn ta' aktar dawl għal matul il-lejl, jista' l-Prim Ministru jara li f'dawn it-toroq ikun hemm żieda tad-dawl kif meħtieġ?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min ser ikun responsabbli biex jinħarġu l-energy performance certificates? X'tip ta' tagħrif/tagħlim ser jingħataw dawk li ser ikunu responsabbli minn dawn iċ-ċertifikati? Min ser ikun responsabbli biex jagħti dan it-tagħrif/tagħlim?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden l-Onor Membru biex jara l-Avviż Legali Nru 261/08 fejn għandu x’inhuma u ta’ min huma r-responsabbiltajiet u kif ser titħaddem is-sistema tal-Energy Performance Certificates.
Dawk il-periti u Inġiniera li ser ikunu nteressati li joħorġu dawn iċ-ċertifikati ser ikollhom jattendu kors fejn ser jingħataw tagħrif dwar l-użu tas-
software
li l-Gvern ser jipprovdi biex bih tinħadem l-
energy efficiency
tal-bini. Dawn il-korsijiet ser ikunu organizzati mit-Taqsima Servizzi ta’ dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa u raħħala full time li għadna f'Malta u f'Għawdex? Minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità ġejjin dawn il-bdiewa u raħħala rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-lista ta’ bdiewa u raħħala full-time tinżamm mill-ETC u għalhekk nitolbu li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi, anke permezz t'inizjattivi ġodda, biex it-toroq fir-raba' li jintużaw primarjament mill-bdiewa jkunu jistgħu jiġu rranġati biex l-istess bdiewa jkollhom aċċess aħjar għar-raba' tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-Mistoqsija nru 2059.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif kif ser jitħaddmu l-inizjativvi li tħabbru fil-budget li permezz tagħhom il-kunsilli lokali ser ikunu jistgħu jieħdu inizjattivi fil-qasam ambjentali lokali u inizjattivi oħra li għalihom hemm ivvotati fondi speċifiċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentament qed jiġu mħejjija ‘policy guidelines’ dwar l-iskemi msemmija.
Dipartiment ta' l-Agrikoltura — bdiewa full/part-time
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa full-time u part-time rispettivament li llum huma reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Minn liema lokalitajiet, f'numru għal kull lokal, ġejjin dawn il-bdiewa, f'Malta u f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta' bdiewa full-time u part-time li huma reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura hu skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-biċċerija f'Għawdex terġa' tibda taħdem, peress li diversi raħħal tal-bhejjem għall-qatla ilmentaw miegħi dwar il-ħin li jkollhom jaħlu biex jaslu l-biċċerija u lura f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-upgrading tal-biċċerija tiddependi minn tender għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar, u Kummisjonar ta' Apparat u Servizzi Anċillari li qiegħda tiġi aġġudikata. Għaldaqstant it-tlestija tiddependi mill-programm tax-xogħol li jkun determinat meta tiġi mogħtija t-tender.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' pazjenti barranin li għamlu użu mill-faċilitajiet ta' l-isptar (bi ħlas jew mingħajr ħlas) mhux residenti f'Malta, kull xahar minn mindu nfetaħ l-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2219, jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibli li dik l-iskema fil-fatt terġa' tiġi introdotta għaliex fl-opinjoni tiegħi, ċertu toroq lokali jkunu jistgħu jitlestew ħafna snin qabel milli kieku l-kunsilli kellhom jistennew li x-xogħol jiġi nkluż fil-programm tal-Awtorità dwar it-Trasport?
Billi m'għandix dubbju li l-Ministeru huwa konxju li l-produzzjoni agrikola f'Malta u Għawdex żdiedet b'riżultat tat-tisqija li saret, u qegħda ssir f'għelieqi li normalment kienu meqjusa bħala rabà bagħli, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'ser jiġri mill-informazzjoni li qed tiġbor l-MRA, dwar il-boreholes f'Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-proċess tan-Notifikazzjoni tal-boreholes ser iwassal sabiex il-Gvern ikollu stampa ċara u titfassal strateġija ta’ din ir-riżorsa. Dan jeħtieġ nagħmluh għax irridu nipproteġu lil biedja f’pajjiżna.