Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex jinstab post adegwat li fih tinbena binja ġdida li tkun tista' tiġbor fiha l-arkivji kollha li jinsabu mifruxa f'diversi binjiet tal-Gvern? Liema huma l-arkivji kollha li għandu l-Gvern bħalissa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-preżent l-Arkivji Nazzjonali joperaw minn tliet siti li huma, ir-repożitorju ċentrali fil-binja ta’ Santu Spirtu fir-Rabat, ir-repożitorju legali ġewwa l-Banca Giuratale fl-Imdina, u r-repożitorju ta’ Għawdex ġewwa triq il-Vajringa, Victoria. Minn barra dawn, il-liġijiet preżenti jipprovdu wkoll għall-Arkivji Notarili, li joperaw minn Triq Mikiel Anton Vassalli u Triq Kristofru fil-Belt Valletta, kif ukoll għar-Reġistru Pubbliku. Arkivji oħra żgħar, li f’ ħafna kazi mhux koperti b’ ligi ad hoc, qegħdin fil-proċess li jgħaddu d-dokumenti tagħhom lill-Arkivji Nazzjonali. Rapport dettaljat dwar l-istat ta’ l-arkivji f’ Malta għadu kif ġie pubblikat mill-Kunsill għall-Arkivji Nazzjonali. Fil-preżent qed isiru studji sabiex tiġi ndirizzatal-problema ta’ nuqqas ta’ spazju fl-Arkivji Nazzjonali u jekk hux il-lok ta’ bini ġdid sabiex jilqa servizz ċentralizzat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ġurijiet li huma pendenti quddiem il-Qrati Maltin? B'liema akkużi jinsabu akkużati dawk li għandhom ġuri pendenti f'kategoriji ta' akkużi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti Kriminali hemm 59 ġurijiet pendenti. L-akkużi fir-rigward dawn il-ġurijiet huma s-segwenti:-
Attentat ta’ omiċidju volontarju 14
Ħasil ta’ flus (money laundering 4
Omiċidju volontarju 9
Arson 2
Akkużi ta’ traffikar ta’ droga 27
Serq aggravat 1
Rigali jew vantaġġi u kxif ta’ sigrieti pubbliċi 1
Stupru 1
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta konsultazzjoni fil-fatt saret bejn il-gvern u l-bdiewa f'dawk li huma ħinijiet tal-ftuħ tal-pitkalija f'Malta u f'Għawdex? Ma' min saru dawn il-konsultazzjonijiet u kif intlaqgħu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet mill-bdiewa li jużaw il-pitkalija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li saru diversi laqgħat mal-Pitkala kif wkoll mar-rapreżentanti tal-bdiewa li jużaw il-pitkalija u ntlaħaq ftehim dwar il-ħinijiet il-ġodda tal-ftuħ tal-pitkalija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' raħħala reġistrati mal-Ministeru biex irabbu l-majjali, iċ-ċanga u baqar għall-ħalib, u dawk li jrabbu t-tiġieġ u l-fniek rispettivament? F'liema rħula huma reġistrati (f'numru separati) f'dawn il-kategoriji ta' raħħala rispettivament?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li huma mistennija li jitnaddfu matul ix-xhur li ġejjin? F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex mistenni jsir dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għases li għandna magħluqa bħalissa f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-għases? X'complement ta' pulizija hu meħtieġ biex dawn l-għases ikunu jistgħu jinfetħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent, b’kollox il-Korp tal-Pulizija għandu 55 għassa f’Malta u 20 f’Ghawdex. L-għases prinċipali kollha jinżammu miftuha l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jista’ jkun li jingħalqu temporanjament meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor barra mill-għassa. Hemm ukoll xi għases f’lokalitajiet ta’ villeġġatura, bħal l-għases ta’ l-Ghadira u dik ta’ Lapsi, li jinfetħu biss fix-xhur tas-sajf. Hemm ukoll l-għases ta’ San Pawl il-Baħar li bħalissa ma tinfetaħx minħabba li qed isir xogħol fiha u dik ta’ Wied iż-Żurrieq li tenħtieġ xogħol estensiv ta’ restawr. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi fil-preżent hemm madwar 526 membru tal-Korp li huma assenjati xogħol fuq beat duties fid-Distretti fejn hemm dawn l-għases.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-faċilitajiet li bħalissa qed jingħataw fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiżdiedu dawn il-faċilitajiet? X'tip ta' ċelebrazzjoni hu mistenni li tiġi organizzata f'dawn l-okkażjonijiet?
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — xogħol fil-kanal tas-sukkursju
Question
Billi skond ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3176 hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp biex isir xi xogħol fil-kanal tas-sukkursju tas-Salina, li ilha pendenti quddiem din l-awtorità minn Marzu 2007, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'qed iżomm milli l-proċess ta' din l-applikazzjoni jintemm fl-iqsar żmien possibli?
Awtorità tat-Turiżmu — proġetti approvati mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġett li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu li fil-fatt għandhom il-permessi tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp diġà approvati? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq dawn il-proġetti u fiex wasal il-proċess tat-tenders tagħhom? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu u li s'issa għandhom applikazzjoni pendenti għall-permessi quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta l-proġett marbut mad-distribuzzjoni tal-elettriku li joriġina mid-distribution centre tal-Mosta? Kemm hu mistenni li jqum il-proġett kollu meta jitlesta minn dak kollu li hu meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Maltija għar-Riżorsi — numru ta' boreholes
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' boreholes li ġew irreġistrati mal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi sal-ġurnata meta kellha tagħlaq ir-reġistrazzjoni? F'liema lokalitajiet lokal b'lokal, fil-fatt ġew reġistrati boreholes?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, permezz tal-Korporazzjoni Enemalta biex il-bozoz maqtugħin li hemm f'diversi toroq arterjali, b'mod partikolari fit-triq minn Tarġa Gap sa San Pawl il-Baħar, fil-fatt jiġu rranġati għaliex dawn qed jikkawżaw problemi għal min jgħaddi min dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-każ fejn għaqdiet sportivi jħallsu għall-konsum tad-dawl u l-ilma bir-rata kummerċjali, dan ma jibqax isir għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn qed jaħdmu fl-interess tas-soċjetà u mhux għal skop ta' negozju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kunsill Malti għall-Isport — għajnuna għall-ħlas tad-dawl u l-ilma
Question
Tista' l-Ministru tara li permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport, kull għaqda sportiva li għandha faċilitajiet sportivi tingħata xi forma ta' għajnuna biex tkun tista' tħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jista' l-Kunsill Malti għall-Isport jara li fil-fatt din l-għajnuna tinfirex kemm jista' jkun fost l-għaqdiet sportivi lokali f'Malta u f'Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ispejjeż imsemmija mill-Onor. Interpellant ma jaqgħu taħt ebda skema t’assistenza li għandu l-Kunsill Malti għall-Isport.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu fil-polikliniċi tal-gvern illum? Kemm hu maħsub li jkunu meħtieġa tobba biex jintlaħaq il-full complement fil-polikliniċi?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' kawżi ta' libell li huma pendenti quddiem il-qrati Maltin bħalissa? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm ilu l-aktar każ ta' libell pendenti quddiem il-qrati tagħna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta hemm 18-il libell pendenti quddiem il-Qrati ta' Ġuridizzjoni Kriminali, li minnhom hemm tnejn li jmorru lura sas-sena 1997, u fil-Qrati Ċivili hemm 245 każ ta' libell li għadhom pendenti. L-aktar każ antik ilu minn Ottubru ta' l-1996. Quddiem il-Qrati ta' Għawdex hemm żeewġ kawżi pendenti ta' libell, l-aktar wieħed jmur lura għall-4 ta' Settembru 2007.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jaħdmu bħala self-employed fl-aħħar tal-2007? Kemm kien in-numru ta' persuni li kienu self-employed fl-aħħar ta' Settembru 2008? F'liema kategoriji ta' ħaddiema huma maqsuma dawn il-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2007 kien hemm 16,806 persuni li skond l-ETC kienu reġistrati bħala self-employed, filwaqt li sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008 kien hemm 17,007.
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi f’liema settur dawn il-ħaddiema kienu qed jaħdmu.
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant, li l-aħħar statistika ppubblikata hi dik ta’ Ġunju 2008.