Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4264 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuni fil-programm tar-riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li bħalissa qed jieħdu sehem f'xi programm ta' riabilitazzjoni mid-droga?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #3725 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra — Żieda ta' dawl fit-toroq

Question

Billi diversi toroq f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra jew m'għandhom l-ebda dawl fit-toroq, inkella għandhom bżonn ta' aktar dawl għal matul il-lejl, jista' l-Prim Ministru jara li f'dawn it-toroq ikun hemm żieda tad-dawl kif meħtieġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar hu konxju mill-problema ta’ nuqqas ta’ dawl f’ċerti toroq fil-lokalità. Il-Kunsill qed iġib stimi ta’ l-ispejjeż involuti biex skond ma jippremettulu l-finanzi jkun jista’ jindirizza din il-problema.
Leg 11 PQ #3941 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — xogħol fil-kanal tas-sukkursju

Question

Billi skond ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3176 hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp biex isir xi xogħol fil-kanal tas-sukkursju tas-Salina, li ilha pendenti quddiem din l-awtorità minn Marzu 2007, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'qed iżomm milli l-proċess ta' din l-applikazzjoni jintemm fl-iqsar żmien possibli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tinsab fi stadju avvanzat ta' proċessar, u bħalissa qed isiru negozjati biex tittejjeb il-metodologija proposta għax-xogħlijiet. Billi s-Salini u s-Sukkursu huma ta' importanza kemm storika kif ukoll ekoloġika, huwa importanti li x-xogħlijiet isiru b'mod delikat u bil-galbu. L-inħawi huma wkoll protetti legalment bħala Area ta' Ħarsien Speċjali (taħt l-iskema Natura 2000) u bħala Santwarju tal-Għasafar, u huma wkoll skedati bħala Area ta' Importanza Ekoloġika, Sit ta' Importanza Xjentifika u sit ta' valur storiku u arkitettoniku. L-Awtorità stess għamlet proposti alternattivi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġett filwaqt li l-impatti ta' l-interventi jittaffew bl-aħjar mod possibbli.
Leg 11 PQ #4093 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bdiewa u raħħala full-time

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3731 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa u raħħala full time li għandna f'Malta u f'Għawdex? Minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità ġejjin dawn il-bdiewa u raħħala rispettivament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4097 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità tad-Djar, li kienet responsabbli biex tibni numru ta' appartamenti fi Triq Jean De La Cassiere f'San Pawl il-Baħar, li iżda ma ħaditx passi biex jiġu stallati bozoz fit-triq msemmija, tara kif flimkien ma' l-Enemalta jiġu stallati l-bozoz neċessarji, għaliex ir-residenti qed jilmentaw sew b'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt it-talba biex tinvestiga l-ilment u tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #4178 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — flats

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' flats li kienu amministrati mill-Awtorità tad-Djar u li fil-fatt inbiegħu mill-istess awtorità matul is-snin? Kemm hu bħalissa n-numru ta' flats li għadhom mikrija u għaliex għadhom ma nxtrawx minkejja li setgħu nxtraw mill-inkwilini tagħhom? Fejn jinsabu dawn il-flats?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi sa’ l-20 ta’ Novembru 2008, l-Awtorita’ tad-Djar biegħet 4,373 post residenzjali. Nitolbu lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-kumplament tal-mistoqsija parlamentari lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet peress li r-residenzi mikrija tal-Gvern huma amministrati minn dan id-Dipartiment.
Leg 11 PQ #4180 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kategoriji ta' xogħol u kemm persuni għal kull kategorija ta' xogħol qed jirreġistraw u ilhom jirreġistraw għal dak ix-xogħol għal aktar minn ħames snin? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4181 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi rifjutati mid-Development Control Commission Board

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini li kienu rakkmandati biex jiġu approvati mid-direttorat u li fil-fatt ġew rifjutati mid-Development Control Commission Board matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena (2008)? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet li ma ġewx approvati minn dan il-bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Imġarr — Għajn Tuffieħa - irranġar ta' triq

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li twassal mill-Imġarr sa Għajn Tuffieħa u b'mod partikolari l-parti tat-triq li twassal minn ħdejn ir-Roman Baths sat-Triq li tasal mix-Xemxija, tiġi rranġata qabel ma sseħħ xi traġedja li tħalli lil xi persuni mejtin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4055 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' plots tal-Gvern li tqassmu mill-Awtorità tad-Djar matul is-snin li għaddew u li għadu ma jistax jinfeda ċ-ċens tagħhom peress li għadhom ma ttieħdux il-passi neċessarji t'esproprazzjoni? Fejn jinsabu dawn il-plots? Meta hu misteni li tinsab din il-problema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li matul is-snin li għaddew, l-Awtorita' ta-Djar qassmet 1,295 plot lill-individwi halli jibnu d-djar tagħhom. Barra minn dan kien hemm 440 plot oħra li fuqhom l-Awtorita' bniet djar li ġew mibjugħa. Dawn il-plots jinsabu mifruxin f'sebgħa u erbgħin lokalita' tal-gżejjer Maltin u Għawdxin. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment tal-Artijiet biex tinstab soluzzjoni għall-problema li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li nħolqot fis-snin sebgħin. .

Marsamxett — irranġar ta' blat

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti tas-swar tal-Belt li tagħti għal fuq Marsamxett, u li l-blata ta' taħthom fil-fatt waqgħet matul l-aħħar xhur, tiġi b'xi mod irranġata għaliex il-ġebel tas-swar huma esposti minn taħt u jistgħu jaqgħu b'dannu kbir għal dawn l-istess swar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4059 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Registration orders urġenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu, u fejn huma, maqsuma raħal b'raħal, ir-registration orders li għadhom urġenti bħalissa? F'liema nħawi kienu ir-registration orders li tneħħew matul l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għar-requistion orders. Jekk dan hu l-każ nitolbu jikkjarifika x'qed jifhem b'requition "orders li għadhom urgenti bħalissa"

Learning support assistants

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' learning support assistants li fil-fatt huma impjegati bħalissa mal-Ministeru tal-Edukazzjoni? F'liema skejjel, individwalment, u kemm f'kull każ hu n-numru ta' assistants impjegati f'dawn l-iskejjel? Kemm hu n-numru ta' studenti li qed igawdu minn dan is-servizz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hemm total ta’ 1271 Learning Support Assistants li minnhom 451 huma regolari u 820 huma supply. Dawn il-Learning Support Assistants huma mqassma fi skejjel primarji, sekondarji u skejjel/ċentri speċjali u sommarji, kif inhu indikat fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalissa hemm total to 1585 student statemented fl-iskejjel mainstream ta’ l-istat li qed igawdu minn dan is-servizz, u li huma mqassma hekk: 923 fl-iskejjel primarji, 723 fl-iskejjel sekondarji u 19 fis-settur post-sekondarju. Minbarra dawn, hemm wkoll 255 student oħra fl-iskejjel speċjali.

Joint office — talba għal xiri ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għand il-joint office biex persuni li joqogħdu fil-proprjetà amministrata mill-joint office jixtru dik il-proprjetà? F'liema lokalitajiet, f'numri separati, jinsabu dawn il-proprjetajiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Spezzjonijet mill-perit fuq proprjetà

Question

Billi ħafna drabi persuni li jixtru proprjetà speċjalment in shell form ikollhom problema meta l-perit tad-dipartiment jagħmel spezzjoni tal-post (u dan għaliex bejn iż-żmien li jinxtara l-post u dak ta' meta ssir l-ispezzjoni jkun sar ammont ta' xogħol li jbiddel il-valur tal-post), jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-perjodu jiqsar biex jiġu evitati problemi bla bżonn kemm lix-xerrej kif ukoll lil min ibigħ il-proprjetà?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3617 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjannar u Żvilupp — pjanti użati

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pjanti tal-lokalitajiet li għandha l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp isiru l-pjanti użati mid-dipartimenti kollha, u b'mod partikulari mil-land registry, billi l-pjanti li jinxtraw minn dan ir-reġistru huma ferm aktar qodma minn dawk tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp, u dan il-fatt iġib miegħu diffikultajiet għal min jixtri l-pjanti mir-reġistru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA tipprovdi pjanti diġitali ta’ Malta lil numru ta’ entitajiet tal-Gvern. Il-Gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-MEPA sabiex dan is-servizz jiġi offrut lid-Dipartimenti kollha bla ħlas.
Leg 11 PQ #3627 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Skema għar-rranġar tat-toroq

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2219, jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibli li dik l-iskema fil-fatt terġa' tiġi introdotta għaliex fl-opinjoni tiegħi, ċertu toroq lokali jkunu jistgħu jitlestew ħafna snin qabel milli kieku l-kunsilli kellhom jistennew li x-xogħol jiġi nkluż fil-programm tal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ser ngħaddi s-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant lill-Ministru kkonċernat.

Vapur t'Għawdex — Sistema ta' kif jitpoġġew il-karozzi

Question

Billi b'mod ripetut dawk li jkunu fl-ewwel parti tal-queue, jistennew biex jitilgħu fuq il-vapur t'Għawdex, kemm fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fl-Imġarr Għawdex, jispiċċaw biex jinżlu ħafna wara dawk li jkunu qegħdin wara u dan għaliex it-tagħbija tal-karozzi tpoġġi lil tal-ewwel fil-ġenb tal-vapur, jista' jiġi assigurat li s-sistema ta' kif jitgħabbew il-vetturi tinbidel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-vetturi jitgħabbew skond il-queue tal-art pero il-crew ta’ abbord ikun jista jiddeċiedi biss fejn jitpoġġew il-vetturi minħabba li l-ispazju jkun irid jiġi mqassam skond in -neċessita tat-tagħbija.

Naxxar — Salina Coast Road - xogħol fuq il-junction

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pjanti li qed jiġu mfassla bejn l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp u l-Awtorità dwar it-Trasport biex il-junctions tal-Coast Road - Salina Naxxar, dik ta' ħdejn Kennedy Grove u d-daħla ta' Buġibba fejn il-lights fil-fatt jiġu upgraded? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta huwa mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn il-junctions?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3990 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħitan ta siti mhux mibnija

Question

Jista' l-Prim Minsitru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' siti mhux mibnija li fihom il-ħaddiema tal-Ministeru fil-fatt bnew il-ħitan (boundary walls) biex dawn is-siti ma jibqgħux miftuħa għal atti vandali? Fejn jinsabu dawn is-siti? Kemm siti oħra huma mistennija li jiġu magħluqa fiż-żmien li ġej, u fejn jinstabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.