Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4621 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li ilhom pendenti quddiem l-istess case officer għal iktar minn sitt xhur (qabel l-1 ta' Ġunju 2008)? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet pendenti għal dan il-perijodu quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skejjel primarji u sekondarji — Trasport tat-tfal

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hi n-nefqa marbuta mat-trasport tat-tfal tal-iskola, għad-diversi skejjel primarji u sekondarji tal-gvern għal kull sena skolastika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3822.
Leg 11 PQ #3817 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Protokolli bejn Malta u Italja — bini tat-toroq

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3740, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il wieħed mill-protokolli bejn Malta u l-Italja kien hemm fondi indikati għall-użu fil-bini tat-toroq f'Malta? Kemm kien l-ammont ta' flus li fil-fatt kien iddedikat għall-bini tat-toroq mill-valur ta' €75 miljun tal-Ħames Protokoll? Meta ħarġu tenders biex it-toroq li nbnew mill-fondi tal-protokoll Taljan fil-fatt setgħu jinbnew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward l-ewwel Neutrality Agreement bejn l-Italja u Malta taħt Artikolu I kien hemm Lm0.3 miljun ($0.7 miljun) fondi indikati għall-użu fil-bini tat-toroq f’Malta. Dan seħħ matul l-1982 u dawn il-fondi ntużaw għall-By Pass ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mosta North Peripheral Road. Ma kienx hemm fondi ddedikati għall-bini tat-toroq fit-tieni, t-tielet u r-raba’ Protokoll. Taħt il-Ħames Protokoll Taljan kienu allokati €30 miljun. It- tenders kienu sottomessi f’Jannar 2004 u kienu aġġjudikati f’Mejju 2004.
Leg 11 PQ #4181 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi rifjutati mid-Development Control Commission Board

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini li kienu rakkmandati biex jiġu approvati mid-direttorat u li fil-fatt ġew rifjutati mid-Development Control Commission Board matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena (2008)? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet li ma ġewx approvati minn dan il-bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien hemm dsatax-il applikazzjoni li d-Direttorat irrakkomanda għall-approvazzjoni iżda kienu rifjutati mid-DCC. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi dawn il-lokalitajiet.

Skejjel statali — Jum il-Lingwa Maltija

Question

Tista' l-Ministru tikkunsidra l-possibbiltà li darba fis-sena jkun hemm ċelebrazzjoni ta' Jum il-Lingwa Maltija fl-iskejjel statali u postijiet oħra governattivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li bħalissa, fl-iskejjel Maltin, issir ċ-ċelebrazzjoni tal-Ġurnata Ewropea tal-Lingwi fl-20 t’Ottubru. Il-lingwi kollha jiġu ċċelebrati permezz ta’ attività li d-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning iħejji matul is-sena. Tul dawn l-aħħar snin saret il-Best Language Practice Award fejn l-iskejjel Statali, Indipendenti u tal-Knisja jieħdu sehem f’attivitajiet li jiċċelebraw il-komunikazzjoni permezz tal-lingwa
Leg 11 PQ #4610 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spiżerija tal-għażla tiegħek — Tibdil

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuna tistax tbiddel l-ispiżerija lokali (tar-raħal tagħha) li minnha tiġbor il-mediċini li hi ntitolata għalihom? Jekk iva, x'inhi l-proċedura li trid tintuża?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li pazjent reġistrat ma' l-Iskema ta' l-Għażla tiegħek jista' jibdel l-Ispiżerija għall-waħda oħra ta' l-Għażla tiegħu/tagħha. Informat ukoll li l-proċedura li għandha tiġi segwita hija li timtela formola ġdida li magħha l-pazjent ikun se jirreġistra. Din il-formola ta' reġistrazzjoni ġdida għandha tinbagħat lid-Dipartiment ta' l-Iskema ta' l-Ispiżerija Tiegħek fl-Isptar San Luqa flimkien ma ittra mill-pazjent fejn tingħata r-raġunijiet għalfejn se tinbidel l-Ispiżerija.

Karozzi reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzi fil-kategorija 1800cc - 2000cc reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport? X'inhi l-età ta' dawn il-vetturi skont kif reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport skont is-sena tar-reġistrazzjoni tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bdiewa — Ħlas għall-qbiela u ċnus

Question

Billi hu magħruf li numru sew ta' ħaddiema kienu applikaw biex iħallsu għall-qbiela/ċnus tar-raba' li fil-fatt kienu qed jaħdmu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' dawn il-bdiewa li għadhom qed jistennew biex jibdew iħallsu? F'liema lokalitajiet tinsab l-art agrikola li s'issa għadha qed tiġi kkunsidrata biex fiha jiġu rikonoxxuti l-bdiewa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bdiewa li jaħdmu raba' tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara li l-iskema li permezz tagħha bdiewa li qed jaħdmu raba' tal-Gvern, li iżda għadhom mhux rikonoxxuti mill-Gvern terġa' tinħareġ biex jiġi assenjat li dawk il-bdiewa li m'applikawx meta kien hemm din l-iskema xi snin ilu, fil-fatt ikollhom iċ-ċans li japplikaw?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi fil-kategorija 1800cc - 2000cc li ġew reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport fl-2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4482 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forza Armata ta' Malta — ingaġġ ta' membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jkun hemm ingaġġ ieħor ta' membri fil-Forzi Armati ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Ottubru li għadda d-Direttur tal-Eżamijiet ħareġ żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ fil-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta. Sejħa minnhom kienet għal Uffiċjali Kadetti filwaqt li l-oħra kienet għal suldati regolari. Bħalissa qed isir il-proċess tal-għazla għaż-żewġ sejħiet. Huwa maħsub li l-kandidati magħżula jiġu ngaġġati fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.

Kunsilli Lokali — Attivitajiet kulturali

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw għajnuna speċifika biex ikunu jistgħu jtellgħu attivitajiet kulturali fil-lokalitajiet tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jgħin diversi entitajiet kif ukoll Kunsilli Lokali sabiex itellgħu attivitajiet kulturali matul is-sena. Dawn il-fondi jingħataw skond il-ħtieġa tal-attivita’ u l-kriterji maħruġa mill-MCCA (Malta Council for Culture and the Arts) dwar il-programm tal-Għajnuna Kulturali.
Leg 11 PQ #4484 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — persuni mħarrġa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' persuni li qed jitħarrġu biex jibdew iservu bħala membri fil-Korp tal-Pulizija? Meta hu mistenni li toħroġ sejħa oħra għall-ingaġġ ta' pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa mhux qed jingħata ebda taħriġ ta' rekluti fil-Korp tal-Pulizija. Sejħiet oħra għall-ingaġġ ta' pulizija jsiru minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi tal-Korp.
Leg 11 PQ #4485 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Car parks pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti f'San Pawl il-Baħar li fihom il-Awtorità għall-Ippjanar u Ambjent identifikat li jinbnew car parks pubbliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ‘s-siti identifikata ghal carparks pubblici fiz-zona ta' San Pawl/ Bugibba/Qawra huma erba' u jinsabu fi Triq Parades, Triq il-Port Ruman, Triq il-Mosta u Triq il-Wileg kif jidrhu fuq il-mapep 37 u 38 tal-Pjan Lokali ghall-Majjistral tal-2006. L-izvilupp tal- carparks fuq dawn is-siti huwa regolat bil-policy NWSP 1 fl-istess Pjan Lokali.

Bdiewa tal-Qammieħ — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dawr jekk il-Ministeru rċeviex xi talba biex il-bdiewa fl-inħawi tal-Qammieħ, il-Mellieħa, jingħataw kumpens minħabba xi prodotti li setgħu tilfu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lid-dipartiment għamel stima tal-prodotti f’dawn l-inħawi wara talba mid-Dipartiment tas-Saħħa pubblika.

Reserved Parking Spaces

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar skond l-Awtorità dwar it-Trasport kemm hu n-numru ta' reserved parking spaces li huma approvati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Bugibba, Xemxija u Burmarrad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2007 ‘l hawn, in-numru ta’ Parkeġġi Riservati approvati mill-ADT f’Bugibba, Xemxija, Burmarrad u San Pawl il-Baħar li jagħmlu parti mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar huma kif ġej: Parkeġġi Riservati – 75 (ħamsa w sebgħin) Parkeġġi Risevati għal erba’ xhur – 15 (ħmistax) 1.5m Keep Clear – 5 (ħamsa) Dawn kienu kollha allokati għall- persuni b’diżabilità. Infurmat ukoll li hemm “ limited timed parking schemes ” f’ San Pawl il-Baħar f’dawn it-toroq – St.Paul Street, parti minn Triq it-Turisti u parti minn Triq il-Merluzz.

Malta Dairy Products — Sit ġdid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal xi ħsieb li l-Malta Dairy Products tiċċaqlaq mill-post fejn qed topera llum (u fejn ilha għal għexieren ta' snin) fil-Ħamrun, u jiġi żviluppat sit ġdid, kif ġie propost u magħżul diversi drabi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Dairy Products għadha kemm nefqet ammont sostanzjali f'titjib fl-impjant tal-Ħamrun u ma naħsibx li jagħmel sens li din issa tiċċaqlaq għal xi post ieħor.

Victoria Lines — Irranġar tat-triq

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu passi neċessarji biex it-triq li tgħaddi matul il-Victoria Lines bejn Tarġa Gap u Triq Xifer il-Kief, fil-fatt tiġi rranġata l-ewwelnett għaliex qed issir ħsara lill-Victoria Lines, u t-tieni għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #3942 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — proġetti approvati mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġett li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu li fil-fatt għandhom il-permessi tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp diġà approvati? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq dawn il-proġetti u fiex wasal il-proċess tat-tenders tagħhom? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. Il-proġett ta’ attrazzjoni pubblika fil-Qawra, li jinkludi ġnien u akkwarju pubbliku, mistenni jibda fit-tieni kwart ta’ l-2009. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ttieħdet mill- MEPA u l-permess ħareġ. Għaddejjin konsultazzjonijiet ma’ l-entitajiet konċernati sabiex jiġi ffinalizzat it- tender . 2. Il-proġett ta’ Fond Għadir f’tas-Sliema, żvilupp ta’ aċċessibbilità u faċilitajiet relatati madwar il-kosta, mistenni jibda fir-raba’ kwart ta’ l-2009. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ttieħdet mill- MEPA u l-permess se joħroġ fi ftit żmien. Il-proċess tat- tender huwa fi stadju avvanzat.
Leg 11 PQ #3944 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — Applikazzjonijiet pendenti għall-permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu u li s'issa għandhom applikazzjoni pendenti għall-permessi quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. Il-proġett ta’ tisbieħ tat-triq tul il-baħar f’San Pawl il-Baħar mistenni jibda fir-raba’ kwart ta’ l-2009. Żewġ applikazzjonijiet li ġew sottomessi għadhom pendenti imma qegħdin fi stadju avvanzat ta’ proċessar. Il-proċess tat- tender huwa fi stadju avvanzat. 2. L-ewwel fażi tal-proġett ta’ l-iżvilupp u titjib tal-bajja fil-Qawra ser jinbeda fit-tielet kwart ta’ l-2009. L-Awtorità qegħda tistenna li dan il-proġett jitla’ quddiem il-Bord tal- MEPA. Il-proċess tat- tender huwa fi stadju avvanzat. 3. Il-proġett ta’ Pembroke – ġnien u cycle and walking trail – mistenni jibda fir-raba’ kwart ta’ l-2009. L-Awtorità qegħda tistenna li l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett jitla’ quddiem il-Bord tal- MEPA. Il-proċess tat- tender ta’ l-ewwel fażi tal-proġett huwa fi stadju avvanzat.