Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bdil fir-rotot tal-Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rotot tal-karozzi tal-linja li nbidlu fit-28 ta' Settembru 2008? F'liema lokalitajiet kienu dawn ir-rotot? Ma' min saru l-konsultazzjonijiet biex fil-fatt ir-rotta tinbidel u xi spejjeż kien hemm biex dan it-tibdil seta' jseħħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fit-28 ta' Settembru 2008 ma nbidlet ebda rotta tal-karozzi tal-linja.

Dwal fit-toroq

Question

Billi f'dawn l-aħħar jiem kien hemm rapporti li d-dawl f'xi toroq fil-fatt ser jintefa matul il-lejl, jista' l-Ministru jiġi assigurat li jekk ser jittieħed dan il-pass, fil-fatt fit-toroq, ir-residenti jkollhom xi forma ta' dawl ieħor biex jiġu evitati traġedji? Jista' jiġi assigurat li fil-fatt id-dawl ma jintefiex qabel jittieħdu l-passi biex dawn l-istess toroq ikunu bla periklu żejjed matul il-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern flimkien mal-Enemalta u ADT qegħdin jippreparaw biex jimplimentaw 'street lighting dimming' fejn l-enerġija li tiġi kkonsumata mis-sistema tad-dawl tat-toroq bejn 23:00 u 06:00 tkun imnaqqsa b'madwar 30% mill-enerġija u b'hekk titnaqqas is-C02 emissions billi l-intesita' tad-dawl tiġi mnaqqsa. M'huwiex intenzjonat li jintefa' xi dawl tat-triq f'żoni residenzjali, anzi dejjem se jiġi assigurat li l-livell tad-dawl tat-triq huwa biżżejjed illi ma jkunx hemm periklu.

Għajnuna finanzjarja għall-faċilitajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar f'kemm il-każ u fejn ingħatat għajnuna finanzjarja biex faċilitajiet sportivi (grounds tal-football) ġew imtejba, u b'mod partikolari biex isiru uċuħ tat-turf madwar Malta? Kemm ingħataw għajnuna dawn l-għaqdiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4957 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bugibba u l-Qawra — Flats mibnija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, fil-preżent, in-numru ta' flats mibnija mill-Gvern fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra u li għadhom ma tqassmux, ukoll jekk f'xi każi dawn il-flats kienu diġà ġew reklamati fil-gazzetti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar għandha tnax-il appartament vakant fil-Qawra, li kienu inklużi mal-proprjetajiet li l-Awtorita’ ħarget għal bejgħ b’sussidju fit-28 ta’ Novembru, 2008 taħt Avviż Legali Numru 74.
Leg 11 PQ #4959 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Art fil-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex bħalissa f'idejha art fl-inħawi tal-Mellieħa li tista' tiġi żviluppata f'appartamenti għar-residenza? Jekk għandha, fejn għandha u meta hu maħsub li tibni dawn l-istess appartamenti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-preżent, l-Awtorita’ tad-Djar għandha disa’ appartamenti vakanti fil-Mellieħa li tmienja minnhom inħarġu għal-bejgħ b’sussidju fit-28 ta’ Novembru, 2008 taħt Avviż Legali Numru 74. L-Awtorita’ għandha wkoll fil-pussess tagħha plot żghir fil-Mellieħa li jista jiġi żviluppat fi tliet residenzi. Il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-plot jinsabu fil-fażi inizjali.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — tibdil ta' mains u house connections

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li fihom il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, beħsiebha tbiddel il-mains u l-house connections matul l-2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha pjanijiet biex tibdel il-mains tal-ilma kif ukoll is-servizzi tal-ilma f’partijiet minn xi toroq f’San Pawl il-Baħar. It-toroq huma Awwista, Haġra Wieqfa, Pwales, JD La Cassiere, St Paul’s By The Sea, Knisja, Isuard. Ix-xogħol huwa ppjanat lejn l-aħħar tas-sena. Għal rigward bdil ta' mains ta' drenaġġ ser isir xogħol fi Triq il-Mosta. Barra minn hekk, skond il-proċeduri kurrenti, jekk ikun hemm xi proġetti ta’ rranġar ta’ toroq oħra, il-Korporazzjoni tikkopera mal-entitajiet konċernati biex tagħmel ix-xogħol meħtieġ f’dawn it-toroq ukoll.

Kollaborazzjoni bejn Malta u Ċipru jew pajjiżi oħra — ftuħ t'ambaxxati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kollaborazzjoni hu mistenni li jkun hemm biex Malta, flimkien ma' Ċipru jew ma' xi pajjiż ieħor, tiftaħ ambaxxati f'pajjiżi li sal-lum għad m'għandniex ambaxxata fihom?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ftehim li gie iffirmat min Repubblika ta' Ċipru jipprovdi għal ko-operazzjoni fil-ftuħ ta' rappreżentanza diplomatika f'Ramallah f'bini li se jiġi maqsum bejn iż-żewġ rappreżentazzjonijiet; u il-kiri ta' parti mill-Ambaxxata Ciprijotta f'Tel Aviv, għal ftuħ ta' Ambaxxata Maltija fl-istess belt. Jekk din il-ko-operazzjoni tirnexxi, mhux eskluż li din ko-operazzjoni tiġi estiża għal pajjizi oħra. Naturalment, bħal fil-kaz ta' Ramallah u Tel Aviv, kull pajjiz ikollu l-ambaxxatur/rappreżentant diplomatiku tiegħu.

Joint office — talba għal xiri ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għand il-joint office biex persuni li joqogħdu fil-proprjetà amministrata mill-joint office jixtru dik il-proprjetà? F'liema lokalitajiet, f'numri separati, jinsabu dawn il-proprjetajiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sal-31 ta’ Ottubru 2008 l-Uffiċċju Konġunt irċieva 5420 applikazzjoni għal fidi ta’ċens jew xiri ta’ proprjetajiet residenzjali taħt l-iskema preżenti. Minn dan l-ammont baqa’ 2887 applikanti li, għalkemm il-maġġoranza tagħhom irċevew is-somma li biha jistgħu jixtru jew jifdu ċ-ċens impost fuqu, għad irid jiġi ippublikat il-kuntratt relatat.

Bdiewa li jaħdmu raba' tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara li l-iskema li permezz tagħha bdiewa li qed jaħdmu raba' tal-Gvern, li iżda għadhom mhux rikonoxxuti mill-Gvern terġa' tinħareġ biex jiġi assenjat li dawk il-bdiewa li m'applikawx meta kien hemm din l-iskema xi snin ilu, fil-fatt ikollhom iċ-ċans li japplikaw?

Response (FENECH, TONIO)

Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant se jiġi mistħarreġ.

Għalliema studenti fl-università

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' għalliema studenti f'kull suġġett, f'kull sena tal-kors għas-sekondarja li bħalissa qed jattendu l-kors tal-B. Educ, fl-Università ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4762 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent — Skema ta CPPS

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' flus li hemm fl-iskema tas-CPPS għand l-Awtorità tal-Ippjannar, għal dak li jikkonċerna l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad? Għall-istess inħawi kemm hu l-ammont ta' flus għand l-Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent għal dak li hu titjib lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4763 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar — investiment infrastrutturali qawwi

Question

Billi l-Gvern ħa d-deċizjoni li matul is-sena d-dieħla jsir investiment infrastrutturali qawwi, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex f'dan il-perijodu jsir investiment infrastrutturali qawwi fit-toroq u l-bankini ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, u dan għall-benefiċċju tar-residenti u t-turiżmu f'dan l-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Problema ta bumunqar l-aħmar fil-palm

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi partikulari qed jittieħdu biex il-problema tal-bumunqar l-aħmar fil-palm f'Malta, fil-fatt tiġi kkontrollata u ma tibqax tinfirex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Energy Certification f Building — korsijiet

Question

Billi l-energy certification of buildings mistennija tinbeda s-sena dieħla, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux ser isiru xi korsijiet partikulari għal dawk li huma interesati jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk iva, meta ser jinżammu dawn il-korsijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirreferi l-Onor membru għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija Nru 3728. Rigward it-tieni parti, jien infurmat li l-ewwel korsijiet dwar energy performance certification għal djar residenzjali hu maħsub li jibdew għal-nofs Frar 2009 u jkunu ta’ madwar 3 ijiem. Korsijiet oħra għal bini aktar ikkomplikat u li d-dħul fis-sehh tar-regolamenti dwarhom jibda f-Ġunju 2009 ser jibdew għal ħabta ta’ Mejju 2009.

Awtorita dwar it-trasport — arbuxelli

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport f'kollaborazzjoni mal-ELC, jieħu l-passi neċessarji biex fl-approaches lejn roundabouts u turnings oħrajn, l-arbuxelli li hemm, fil-fatt jinżammu baxxi biex jiġi evitat periklu bla bżonn għat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xemxija — Triq Raddet ir-roti

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Raddet ir-Roti, Xemxija, San Pawl il-Baħar fil-fatt tinqala', tiġi allinejata u mogħtija wiċċ bit-tarmac għax tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Barranin li joqogħdu f'Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' barranin, ta' liema nazzjonalità huma u f'liema lokalità joqogħdu, skont in-nazzjonalità tagħhom f'Malta u f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4619 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inċidenti fatali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inċidenti fatali li seħħew fit-toroq tagħna matul l-2007 u l-2008? Fejn saru dawn l-inċidenti? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn il-lokalitajiet fil-fatt jiġux mgħoddija lill-Awtorità dwar it-Trasport għall-possibbilta' ta' azzjoni fit-toroq fejn seħħew l-inċidenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar tas-sena 2007 u Novembru ta’ l-2008 seħħew 29 inċident tat-traffiku fatali kif spjegat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi t-tagħrif dwar l-inċidenti tat-traffiku kollha li jiġu nvestigati mill-Pulizija jiġi mgħoddi lill-Awtorita’ dwar it-Trasport.

Heritage Malta — Proġetti ta' restawr

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti ta' restawr li fuqhom qed taħdem Heritage Malta bħalissa? Liema proġetti oħra hu mistenni li jinbdew matul it-12-il xahar li ġejjin? Fejn jinsabu dawn il-proġetti ta' restawr li jinsabu għaddejjin u dawk li mistennija jinbdew matul ix-xhur li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-proġetti ta’ restawr li fuqhom qed taħdem il-Heritage Malta bħalissa huma dawn: Mużew tal-Gwerra - uprading totali Mużew ta l-Arkejoloġija - restawr tal-faċċata u preparazzjoni ta’ swali fis-sular ta’ fuq Tkomplija ta’ konservazzjoni ta’ oġġetti li hemm fil-Muzew ta’ l-Arkejoloġija Mużew Marittimu - upgrading totali ta’ naħa waħda tal-Mużew Mużew ta’ l-Arti - upgrading totali ta’ wing waħda tal-mużew. Muzew ta’ l-Arti – Restawr tal-bitħa interna Xogħol ta’ konservazzjoni fuq megaliti li jiffurmaw parti mit-tempji ta’ Ħaġar Qim Restawr tal-linef tas-sala tat-tron fil-Palazz tal-President Restawr ta’ ċeramika Ċiniża li hemm fil-Palazz tal-President Restawr ta’ oġġetti li hemm fil-kollezzjoni tal-Mużew ta’ l-Inkwiżitur u Mużew ta’ l-Arti Oratorju Żejtun u l-qanpiena ta’ l-Oratorju Refurbishment ta’ żewġt iswali fil-palazz tal-Inkwiżitur Manutenzjoni ġenerali u preparazzjoni ta’ swali ġodda fil-mużew tal-istorja naturali Konservazzjoni tal-kurituri tal-Palazz Presidenzjali Proġett ta’ konservazzjoni tal-mużajċi fid-Domus Romana u r- Roman Baths Tined u ċentru għall-viżitaturi parti mill-proġett ta’ Ħagar Qim u l-Imnajdra S’issa fost il-proġetti għas-sena li ġejja hemm: Restawr tal-qanpiena u kampnar ta’ Sant’Anġlu Restawr tal-faċċata tal-ġenb tal-Palazz ta’ l-Inkwiżitur Restawr tal-bitħa tal-Palazz ta’ l-Inkwiżitur Bdil u tiswija ta’ ħitan u gradi tal-ħadid fil-Katakombi ta’ San Pawl Ħitan ġodda madwar parti mit-tempju ta’ Tas-Silġ Reception kiosk ġdid fil-Palazz tal-President Konservazzjoni tat-torri tal-arloġġ ta’ Pinto tal-Palazz Presidenzjali