Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif bniedem li kien qed jieħu l-pilloli li hu ntitolat għalihom minn spizerija partikolari, ikun jista' jibda jieħu l-istess pilloli minn spizerija oħra fl-istess lokalità? Kemm iddum biex din il-bida tiġi aċċettata mis-sistema mħaddma mill-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 4610. Ninsab informat illi l-bidla minn spiżerija għall-oħra tiġi aċċettata fi żmien ġimgħa minn meta tasal l-applikazzjoni għand id-Dipartiment.
Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Case Officers
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' case officers li qed jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kif jiġi maqsum ix-xogħol lil dawn il-case officers? X'jiġri fil-każ li case officer partikolari jkun imsiefer jew marid għal tul ta' żmien?
Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Investiment infrastratturali fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jara li matul is-sena 2009 ikun hemm nefqa straordinarja (bħala parti mill-investiment infrastrutturali li ser isir madwar Malta din is-sena) biex numru sostanzjali ta' toroq u bankini fil-qalba tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra fil-fatt jiġu rranġati, kemm għall-eluf ta' residenti li joqogħdu hemm kif ukoll għall-benefiċċju tat-turisti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Jean De La Cassiere, San Pawl il-Baħar fil-fatt tiġi mogħtija wiċċ tat-tarmac fil-parti li għadha mhix kompluta? Jista' jiġi assigurat li dan isir matul ix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sodod f'postijiet liċenzjati għal skop ta' turiżmu kif kien fl-aħħar ta' l-2008 skond il-kategorija tal-faċilità fl-inħawi li jifformaw il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tas-saħħa — talbiet pendenti fuq spiżeriji
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti li għandu l-Ministeru tas-Saħħa biex jinfetħu spiżeriji madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu t-talbiet li għadhom pendenti, għand il-Ministru jew għand xi awtorità li taqa' taħtu?
ftuħ ta' mużew — affarijiet relatati mal-biedja f'Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru jkunx dispost li jgħin biex jinfetaħ mill-privat mużew li fih ikun hemm esebiti għodod u affarijiet oħra relatati mal-biedja f'Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hemm miżuri mill-Programm ta’ l-Iżvilupp Rurali 2007 – 2013 li jistgħu jagħtu l-opportunità sabiex jiġu kkunsidrati inizjattivi bħal dik imsemmija fil-Mistoqsija.
Tajjeb wieħed jgħid li bħalissa l-Gvern qed jeżamina inizjattiva ta’ sħubija bejn Gvern u wieħed mill-Kunsilli Lokali propju fuq din l-idea.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ttieħdu u ser ikomplu jittieħdu biex is-siġar tal-palm f'Malta ma jkomplux jinqerdu mill-bumunqar aħmar? Kemm kien in-nurmu ta' siġar li dwarhom id-dipartiment kien infurmat li ġew affettwati? Fejn jinsabu dawn il-postijiet li fihom kien hemm problemi fil-palm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti jara li l-palm infettat jiġi kkurat bil-bexx speċjalment dawk li jkunu fl-ewwel stadju tal-infezzjoni. Pero anki dawk li ma jkunux infettati jingħataw attenzjoni. Jingħata wkoll parir ta’ kif wieħed jista’ jikkura l-palma. Tqassmu b’xejn madwar 78 Pheromone Traps lil diversi individwi li talbu dan is-servizz.Fejn il-palm ikun attakkat serjament, id-Dipartiment jibgħat ittra ta’ nfurzar biex il-palm mejjet jitneħħa. Dan isir fil-presenza ta’ uffiċjali mid-Dipartiment li joħroġ il-permessi meħtieġa u jikkoordina biex il-palm mejjet jiġi eliminat skond kif rakkomandat mill-istess Dipartiment.
Uffiċjali tad-Dipartiment dejjem jispezzjonaw u jinvestigaw kull rapport li jsir minn individwi dwar xi palm. L-uffiċjali mid-Dipartiment jieħdu ukoll nota ta’ dawk il-palm li jinstabu f’postijiet abbandunati u flimkien ma’ awtoritajiet oħra governattivi, jinstab il-persuna responsabbli mill-post abbandunat. Fejn dan ma jinstabx, il-palm jinqala’ xorta waħda.
Matul is-sena 2008 saru madwar 478 spezzjoni f’residenzi privati u postijiet pubbliċi u nqalgħu madwar 193 siġra tal-palm. Intbagħtu wkoll madwar 129 ittra ta’ infurzar biex jinqala’ l-palm.
Huma diversi l-postijiet fejn hemm palm milqut b’din il-marda speċjalment fiċ-ċentru ta’ Malta. Il-postijiet l-aktar milquta huma: Burmarrad, Ta’ Xbiex, Gżira, Sliema, San Ġiljan, Mosta, Naxxar, Attard, Balzan, Swieqi, B’Kara, Rabat, Pembroke, Mellieħa, Siġġiewi, Mtarfa, Msida, Kappara/San Gwann, Tal-Ibraġ, Madliena, Sta Venera, Ħamrun,, Ta’ Qali, Għaxaq u Safi.
Sadanittant, il-Ministeru qed jikkunsidra numru ta’ inizjattivi oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tad-diversi annimali li ssir fil-biċċerija tal-Gvern matul l-2008? Kemm kien il-piż ta' kull tip ta' annimal separatament? Kemm kien l-ammont ta' qatla tal-istess tip ta' bhejjem matul l-2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm ser tkun in-nefqa mill-ministeru li tiegħu hu responsabbli, biex jiġi assigurat li l-bdiewa jkomplu jaħdmu r-raba' tagħhom matul l-2009?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Għassa ta' San Pawl il-Baħar, fi Triq San Pawl tibda tinfetaħ regolarment u dan biex taqdi l-ħteġijiet tar-residenti tal-madwar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi x-xogħolijiet meħtieġa sabiex din l-Għassa tkun renovata issa bdew. Pero’ ta’ min ifakkar illi fil-frattemp, apparti li l-Għassa tal-Qawra qegħdha tipprovdi servizz lill-komunita' ta' San Pawl il-Baħar, f’din il-lokalita' ssir ukoll ronda minn sezzjonijiet oħra tal-Korp tal-Pulizija, fosthom tat-traffiku u tal-mobile.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' day centres għall-anzjani li għandna madwar Malta u Għawdex? X'tip ta' għajnuna jagħti l-Gvern biex dawn id-day centres ikunu jistgħu jinżammu miftuħa?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitressqu quddiem il-Parlament l-emendi marbuta mar-riforma fil-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hu maħsub li l-ewwel emendi għal-leġislazzjoni dwar gvern lokali jitressqu fil-Parlament fl-ewwel xhur tas-sena 2009.
Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar — Bini ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tistax tagħti prijorità għall-bini ta' diversi toroq li għadhom qatt ma saru fl-inħawi tax-Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar biex b'hekk jiġi assigurat li matul l-2009 n-numru ta' toroq mhux magħmula f'dawn l-inħawi jonqos sostanzjalment?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — persuni li jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-uffiċċju distrettwali tal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Minn fejn huma dawk li jirreġistraw għax-xogħol f'dan l-uffiċċju (naturalment skond il-karta tal-identità)?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-uffiċċju distrettwali tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar huwa ta’ 335 sa’ l-aħħar ta’ Novembru 2008. Dawn il-persuni ġejjin mill-lokalitajiet tal-Mellieħa (48) u San Pawl il-Baħar (287).
San Pawl il-Baħar — Single mothers li jirċievu ċ-childrens' allowance
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru t'ommijiet li joqogħu fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar u li jirċievu ċ-childrens' allowance? Kemm minn dawn huma single mothers skond l-informazzjoni li għandu d-dipartiment?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar li qegħdin jirċievu ic-Children Allowance huwa ta’ 1027. Minn dawn 18 huma rġiel u 1009 huma nisa. Informat ukoll li 95 minn dawn huma Single Mothers.
Billi l-ġurnali rrapurtaw li 130,000 persuna fis-sena jkollhom xi forma ta' problema ta' saħħa mentali f'Malta, u dan ifisser li madwar 30% tal-poplu Malti jkollu xi forma ta' problema mentali kull sena, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jitqabbel dan in-numru ma' dak li jiġri f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu fil-polikliniċi tal-gvern? Kif inhuma mqassma dawn it-tobba skond il-poliklinika li jaħdmu fiha?
Billi l-gvern bena blokk t'appartamenti preċiż ħdejn il-knisja tal-Qawra ddedikata lil Massimiljanu Kolbe, li iżda huwa diffiċli ħafna biex dawk li joqogħdu fil-flats indikati jaslu f'darhom, jista' l-Ministru jikkoordina ma' min hu responsabbli, l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Korporazzjoni Enemalta, biex isiru toroq u jitwaħħlu l-bozoz neċessarji fil-post?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Liċenzja tas-sewqan — test tat-teorija u l-prattika
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan kull xahar bejn Jannar u Awwissu 2008? Kemm kien in-numru ta' persuni li weħlu mit-teorija/prattika rispettivament f'dan l-istess perijodu kull xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.