Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14401 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — terminal tal-passiġieri fiċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux minnu li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat pjanti ġodda għat-terminal tal-passiġieri fiċ-Ċirkewwa, li fost l-oħrajn naqqsu t-talba tal-istess Awtorità, li fil-passat b'insistenza talbet li jinbena wave wall li kien se jiswa mijiet ta' eluf ta' liri Maltin (dak iż-żmien)? Jekk fl-affermativ, x'wassal għal din il-bidla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Burmarrad — toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Triq Porzjunkola, Triq il-Konventwali, Triq Ġdida fi Triq il-Konventwali, Triq Jean de la Cassiere (parti minnha) u Triq l-Insolja (Burmarrad), liema toroq illum huma kollha mimlija residenti, hux se jsiru matul l-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14391 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Proprjetà rekwiżizzjonati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13859, dwar rekwiżizzjonijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-dipartiment konċernat hux qed jaħdem fuq pjanijiet li l-proprjetajiet kollha rekwiżizzjonati jingħataw lura lil sidhom sa data speċifika?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sejħa ta' interess għall-pontoons

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rispons għas-sejħa ta' interess biex jiġu mqegħda pontoons temporanji madwar Malta u Għawdex? Kemm kienu proposti u f'liema stadju wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni ta' dawn il-proposti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Naturalment Malti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm u f'liema lokalitajiet hu mistenni li jiġu organizzati attivitajiet taħt il-kappa ta' "Naturalment Malti" li matul l-2009 kienu suċċess kull fejn kienu organizzati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14394 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ftuħ ta' day centres

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet li għandu l-ministeru quddiemu bħalissa biex jinfetħu day centres f'Malta u Għawdex? F'liema lokalità hemm dawn it-talbiet? Dawn huma talbiet ġejjin minn kunsilli lokali jew inkella mill-privat?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14395 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali li talbu biex jieħdu sehem f'inizjattiva pożitiva dwar il-bini/tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta hu mistenni li jkun hemm deċiżjoni dwar dawn it-talbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — toroq li qatt ma saru

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm fadal toroq li huma magħrufa mill-Awtorità dwar it-Trasport, bħala li għadhom qatt ma saru, u li allura huma responsabbiltà ta' l-istess awtorità biex jiġu mogħtija wiċċ bit-tarmac? X'tip ta' informazzjoni nġabret mingħand il-korporazzjonijiet l-oħra biex jiġi assigurat li dawk li huma servizzi meħtieġa jkunu diġà tqiegħdu f'posthom qabel jibda x-xogħol ta' l-asfaltar ta' dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għad fadal madwar 250 triq li għadhom qatt ma saru u iridu jinbnew mill-ġdid. Jien infurmat ukoll li ix-xogħlijiet kollha ta' toroq ġodda jitħejjew b'konsultazzjoni sħiħa ma' l-entitajiet kollha biex is-servizzi meħtieġa jiġu mqiegħda qabel isir il-bini mil-ġdid ta' dawn it-toroq.

Korporazzjoni Enemalta — qtugħ tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il lokalità l-Korporazzjoni Enemalta qatgħet il-provvista tal-elettriku f'postijiet pubbliċi u dan minħabba nuqqas ta' qbil bejn il-kunsilli lokali u l-istess Korporazzjoni Enemalta? Liema kienu l-lokalitajiet li ntlaqtu u f'kull każ, x'kienet ir-raġuni għal dak il-qtugħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2008 sa Settembru 2009 kien hemm sitt lokalitajiet fejn il-Korporazzjoni Enemalta qatgħet il-provista ta' l-elettriku u dawn huma San Pawl il-Baħar, Pembroke, Mtarfa, Mellieħa, Żurrieq u Qrendi. F'kull kaz ir-raġuni kienet li ma tħallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Salina — Roundabout li tagħti għall-Iklin/Naxxar - dawl fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li mis-Salina twassal sar-roundabout tal-Iklin/Naxxar, tiġi mdawla kollha peress li qed ikun hemm numru ta' inċidenti li jseħħu minħabba nuqqas ta' dawl f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport ta' Malta qed tipprepara tender sabiex tattrezza din it-triq b'aktar mezzi ta' "passive illuminaires" bħal "reflectors, road markings, chevrons u cats eyes".

Burmarrad — roundabout

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bankina fit-triq prinċipali bejn Burmarrad u r-roundabout ta' erba' mwieżeb, fil-fatt tinqala' u ssir mill-ġdid għax tinsab fi stat ħażin ħafna, matul it-tul kollu tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li ġejjien ser tinħareġ sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ.

water taxis — liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' water taxis li ġew liċenzjati biex joperaw fil-portijiet tagħna? Minn liema portijet ġew liċenzjati biex joperaw? Kemm hu mistenni li joħorġu liċenzji għal dan it-tip ta' trasport matul iż-żmien li ġej? Jista' jagħti tagħrif jekk ġewx, jew hux ser jiġu stabbiliti xi rotot partikolari għal dan it-tip ta' servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sal-lum kienu liċenzjati żewġ water taxis. Dawn il-liċenzji mhumiex marbuta ma' rotot fissi u jistgħu joperaw f'kull port. L-Awtorità tat-Trasport ta' Malta tikkunsidra kwalunkwe talba li tista' ssirilha għal din it-tip ta' liċenzja.

opri tal-baħar li jġorru passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri fl-ibħra territorjali Maltin? Minn liema portijiet huma liċenzjati li joperaw dawn l-opri tal-baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri fl-ibħra territjorali Maltin huwa 230. Hemm min jopera f'postijiet speċifiċi skont it-tip ta' bastiment u skont kundizzjoniijiet marbuta maċ-Certifikat ta' Bastiment Kummerċcjali maħruġ skont ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali. Hemm imbagħad kategoriji ta' dgħajjes li l-operat tagħhom huwa limitat, bħal dawk li joperaw Wied iż-Żurrieq, id-Dwejra u tal-Barklora li normalment joperaw fil-Por il-Kbir. Oħrajn jistgħu joperaw mid-diversi portijiet u positijiet ta' żbark li jinstabu mal-gżejjer Maltin.

Korporazzjonijiet — servizzi għaddejjin mit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif ser jiġi assigurat li l-korporazzjonijiet li għandhom servizzi għaddejjin mit-toroq tagħna ma jaqbdux u jaqtgħu dawn is-servizzi bi ħsara għall-uċuħ tat-toroq? Kif jista' jiggarantixxi li fejn isiru toroq ġodda, dawn l-istess toroq ikollhom is-servizzi mqegħdin fil-bankini biex jiġu evitati ħsarat fit-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant fid-dokument li kien varat fi Frar 2009 imsejjaħ 'Policy Framework Regulating Intervention Works on the Road Network', u li jirroegola x-xogħlijiet u interventi li jkun hemm bżonn li jsiru fit-toroq. Dan id-dokument, li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10488, jagħti bażi tajba sabiex dak li qed jibża minnu l-Onor. Interpellant ma jseħħx. Infakkar ukoll li kull intervent fit-toroq jeħtieġ il-permess tal-Awtorità għat-Trasport f'Malta. Dwar l-aħħar mistoqsija, jien infurmat li sa fejn hu teknikament possibbli, fil-kaz ta' toroq ġodda, is-servizzi jingħaddew minn taħt il-bankini.

Dredging fil-portijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-portijiet li fihom sar dredging matul l-2008 u l-2009 rispettivament? F'liema portijiet hu mistenni li jsir il-dredging matul l-2010? Kemm sewa f'kull każ, d-dredging li sar matul l-2008 u l-2009 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħi, matul l-2008 sar dredging mill-Freeport ġewwa il-port ta' Marsaxlokk. Dan ix-xogħol tlesta fl-2009 u sewa Eur42,660. Fl-2009, l-Awtorità Marittima ġħamlet ukoll xi xogħol ta' dredging ġewwa l-Magħluq f'Marsaxlokk u li sewa Eur12,369. Fl-2009 inbeda xi xogħol ieħor ta' dredging biex jitfannad il-baħar fil-Freeport ta' Marsaxlokk iżda dan ix-xogħol għadu mhux lest. Barra minnhekk matul l-2009 sar xogħol ta' dredging mill-VISET fil-Port il-Kbir, kif ukoll mill-Armata f'Hay Wharf fil-Port ta' Marsamxett. Dwar l-ispiza li saret mill-Armata nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar l-ispiża mill-VISET din hija kumpanija privata u għalhekk ma jkollniex l-informazzjoni mitluba. Matul l-2010 huwa mistenni li jsir iktar xogħol ta' dredging fil-Magħluq u fil-Freeport ġewwa Marsaxlokk u possibilment fil-Port il-Kbir u fiċ-Ċirkewwa.

Minibuses bojod — bidliet fir-regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' minibuses bojod li għandna liċenzjati bħalissa? X'tip ta' bidliet fir-regolamenti saru jew hu mistenni li jsiru matul ix-xhur li ġejjin fejn jidħlu dawn it-tip ta' vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi d-distinzjoni bejn il-minibuses bojod u ħomor tneħħiet mal-introduzzjoni tar-regolamenti l-ġodda u llum lanqas ma għad hemm bżonn li minibus tkun b'xi kulur partikolari.

Road Side inspections

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' roadside inspections li saru minn personnel tal-Awtorità dwar it-Trasport matul l-aħħar 12-il xahar? Fejn saru dawn l-inspections u kemm-il darba saru inspections fl-istess lokalitajiet? Kif jintgħażlu l-postijiet li fihom isiru dawn l-inspections?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' spezzjonijiet li saru matul it-tnax-il xahar sa Novembru 2009 kienu ta' 2839. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella, li turi l-ammont ta' spezzjonijiet skont il-lokalitajiet ta' fejn saru. Il-postijiet fejn isiru l-ispezzjonijiet jintagħżlu mill-Awtorità għat-Trasport f' Malta b'mod li dawn ikunu kemm jista' jkun effettivi u kemm jista' jkun isiru f'postijiet fejn ma jinħoloqx ostaklu u periklu kemm għat-traffiku kif ukoll għall-persuni involuti.

Awtorità dwar it-Trasprot — numru ta' vetturi maqbuda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li nqabdu mill-Awtorità dwar it-Trasport matul l-aħħar 12-il xahar? Minn fejn inqabdu dawn il-vetturi? Kemm mill-vetturi ingħataw lura lil sidhom u kemm fil-fatt inbiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn Marzu 2008 sa Ottubru 2009 n-numru ta' vetturi li ġew clamped jew towed mill-Awtorità tat-Trasport ta' Malta u kemm minnhom ingħataw lura lil sidhom, huwa kif muri fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li l-Awtorità tat-Trasport ta' Malta ma biegħat ebda vettura.

Awtorità dwar it-Trasport — road side inspections

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inspections li għandha l-Awtorità dwar it-Trasport għal dawk li huma road side inspections? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kwalifiki/esperjenza huma meħtieġa minn dawk li jwettqu dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12854. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li għalkemm m'hemmx kwalifika partikulari li hija speċifikament meħtieġa mill-liġi, Transport Malta taċċerta li minħabba n-natura teknika tax-xogħol, il-ħaddiema tagħha li jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet ikunu mħarrġa u kkwalifikati f'dan il-qasam. Fil-fatt dawn l-uffiċjali huma mħarrġa u kkwalifikati mill-Vehicles and Operators Services Agency ta' l-Ingilterra.

San Pawl il-Baħar — tenders għal toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar ħarġu t-tenders għalihom u għal liema toroq mistennija li joħorġu t-tenders matul l-ewwel tliet xhur tal-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li nħarġu tenders biex isir kisi b'asfalt fi Triq San Pawl ġewwa San Pawl il-Baħar. Il-lista ta' toroq li se isiru fl-2010 għadha qed tiġi finalizzata.