Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5308 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li tkompli tinfirex fil-kumplament ta' Malta, l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?

Response (DALLI, JOHN)

: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar
Leg 11 PQ #5309 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Numru ta' konsulenti, speċjalisti u tobba

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' konsulenti, speċjalisti u tobba oħra li jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern? F'liema sptarijiet jaħdmu dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar
Leg 11 PQ #5310 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Numru t'anzjani fid-djar tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru t'anzjani li huma rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-gvern bħalissa, inkluż San Vinċenż de Paule? Kemm hu n-numru f'kull waħda minn dawn id-djar? Kemm hu n-numru t'anzjani li fil-fatt huma rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-privat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' anzjin li huma rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-gvern bħalissa, inkluz San Vinċenz de Paule huma kif ġej: Dar ta' l-Anzjani Numru ta' Anzjani Floriana 46 Mosta 67 Msida 64 Mellieha 130 Mtarfa 123 Gzira 31 Bormla 130 Zejtun 165 San Vincenż de Paul 1006 (li jinkludu 5 anzjani respite) l-Iskema tal-Private Partnership Casa Serena 35 Casa Arkati 19 Villa Messina 51 Central Home 44

San Pawl il-Baħar — passi biex jitneħħew il-perikli

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex fil-bidu tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar ħdejn ir-roundabout tax-Xemxija, jitneħħa r-railings li hemm f'nofsha li huma ta' periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5317 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent — bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bus shelters li għandhom appliazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent? Fejn jinsabu dawn is-siti li għalihom qiegħda ssir l-applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għaqdiet Sportivi — Konsum tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-każ fejn għaqdiet sportivi jħallsu għall-konsum tad-dawl u l-ilma bir-rata kummerċjali, dan ma jibqax isir għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn qed jaħdmu fl-interess tas-soċjetà u mhux għal skop ta' negozju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bir-reviżjoni li seħħet fit-tariffi mill-1 t'Ottubru li għadda, il-klijenti tal-Korporazzjonijiet ġew miġbura f'żewġ kategoriji : 'Residenzjali' u 'mhux Residenzjali'. L-Għaqdiet msemmija ser jaqgħu fit-tieni kategorija.

Programm TENT's — Tenders fuq xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema partijiet mit-toroq indikati fil-programm tat-TENT's hu mistenni li jinbeda x-xogħol matul is-sena li ġejja? Meta hu mistenni li joħorġu t-tenders għal dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li it-toroq li jiffurmaw parti mit-Tent-T u li hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuqhom din is-sena huma:- 1 Sea Passenger Terminal Access Road mir-roundabout tal-Menqa sal-Cruise Liner Terminal. 2 Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Luqa u Triq Garibaldi, Marsa. 3 Marfa Road, Ċirkewwa minn NA1 sa NA3. 4 Mġarr Road, Għawdex minn GA35a sa GA32. It-tenders mistennija jiġu ppublikati fl-ewwel 3 xhur tal-2009 u x-xogħol mistenni li jibda sal-aħħar tas-sena 2009.

Karozzi reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzi fil-kategorija 1800cc - 2000cc reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport? X'inhi l-età ta' dawn il-vetturi skont kif reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport skont is-sena tar-reġistrazzjoni tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għal dawn l-aħħar ħames snin.

Bdiewa — Ħlas għall-qbiela u ċnus

Question

Billi hu magħruf li numru sew ta' ħaddiema kienu applikaw biex iħallsu għall-qbiela/ċnus tar-raba' li fil-fatt kienu qed jaħdmu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' dawn il-bdiewa li għadhom qed jistennew biex jibdew iħallsu? F'liema lokalitajiet tinsab l-art agrikola li s'issa għadha qed tiġi kkunsidrata biex fiha jiġu rikonoxxuti l-bdiewa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli li b’kollox kien hemm 9773 applikazzjoni taħt skema tissejjaħ ‘Skema għal-Art Agrikola tal-Gvern’. In-numru ta’ bdiewa li għadhom qegħdin jistennew biex jibdew iħallsu taħt l-Iskema għal Art Agrikola tal-Gvern huwa ta’ 7056. Minn dan it-total, 671 waslu fil-fażi li jiffirmaw il-kuntratt tal-kirja. L-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet biex jiġu rikonoxxuti dawn il-bdiewa hija mifruxa madwar il-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex.

Vetturi reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi fil-kategorija 1800cc - 2000cc li ġew reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport fl-2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Xemxija — Triq Raddet ir-roti

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Raddet ir-Roti, Xemxija, San Pawl il-Baħar fil-fatt tinqala', tiġi allinejata u mogħtija wiċċ bit-tarmac għax tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hi fir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali.

Roundabouts — arbuxelli

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport f'kollaborazzjoni mal-ELC, jieħu l-passi neċessarji biex fl-approaches lejn roundabouts u turnings oħrajn, l-arbuxelli li hemm, fil-fatt jinżammu baxxi biex jiġi evitat periklu bla bżonn għat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Burmarrad u San Pawl il-Baħar — Installazzjoni ta' Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jara, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport li l-pelican lights li hemm approvati f'Burmarrad u San Pawl il-Baħar jiġu installati qabel ma jkun hemm xi inċident fatali? Jista' fl-istess ħin jiġi assigurat li fl-inħawi tal-Qawra (fejn il-flats magħrufa bħala tal-Big Ben) qrib il-garaxx li jintuża bħala kappella tiġi approvata u installata pelican light qabel ikun hemm inċidenti iktar serji minn dawk li seħħew s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed jiġi ppreparat it-tender għall-installazzjoni tal-pelican lights imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant u saret ukoll talba lill-Enemalta biex jiġu installati belisha lights fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar qrib il-garaxx imsemmi.

Buġibba/Qawra — bus terminus

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-bus terminus ta' Buġibba/Qawra jaqax taħt ir-responsabilità tal-Awtorità dwar it-Trasport jew le? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar taħt liema awtorità jaqa' dan it-terminus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-terminus ta' Buġibba/Qawra jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport.
Leg 11 PQ #5203 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħruġ ta' liċenzji għas-sewqan tad-dgħajjes

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawk li kienu akkużati b'abbuż fil-ħruġ ta' liċenzji għas-sewqan tad-dgħajjes, fil-fatt instabu ħatja mill-qrati Maltin? Kemm fadal, jekk fadal, persuni li għalkemm ġew akkużati, għadhom ma ttellgħux il-qorti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s'issa, mill-Qorti ġew deċiżi 408 każ relatat ma' l-abbuż fil-ħruġ ta' liċenzji għas-sewqan tad-dgħajjes. Minn dawn, 399 insatbu ħatja, filwaqt li 35 każ għadhom pendenti quddiem il-Qorti u ħames każijiet oħra għad iridu jitressqu.

Studenti li jattendu l-MCAST

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li jattendu l-MCAST u li ġejjin minn lokalitajiet li jinsabu fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali lokal, lokal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk: Distrett Lokalita’ Numru ta’ Studenti Seba’ Żebbuġ 140 Dingli 56 Mġarr 51 Mtarfa 26 Rabat 144 Ħdax Mdina 1 Attard 136 Balzan 36 Mosta 284 Tnax Mellieħa 93 Naxxar 142 San Pawl il-Baħar 53

Twaħħil ta' bus shelters

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaħħlu l-aħħar bus shelter f'Malta u f'Għawdex? Fejn twaħħlu dawn il-bus shelters? Meta hu mistenni li jitwaħħlu bus shelters ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4621 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li ilhom pendenti quddiem l-istess case officer għal iktar minn sitt xhur (qabel l-1 ta' Ġunju 2008)? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet pendenti għal dan il-perijodu quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma' żżommx informazzjoni ta' tibdil fil-case officer u d-data meta nbidel il-case officer. Skond l-istess sistema l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiema 1614-il applikazzjoni li għandhom qed jiġu pproċessati minn naħa tad-Development Control u li ġew validati qabel 1 ta' Ġunju 2008. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi dawn l-applikazzjonijiet u l-lokalità tagħhom.
Leg 11 PQ #4762 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent — Skema ta CPPS

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' flus li hemm fl-iskema tas-CPPS għand l-Awtorità tal-Ippjannar, għal dak li jikkonċerna l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad? Għall-istess inħawi kemm hu l-ammont ta' flus għand l-Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent għal dak li hu titjib lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus li hemm fl-iskema tas-CPPS ghand l-Awtorità tal-Ippjanar, għal dak li jikkonċerna l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad fil-31 ta' Ottubru 2008 huwa ta' EUR 1,346,015. Għall-istess inħawi l-ammont ta' flus għand l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent, għal dak li hu titjib lokali (Urban Improvement Fund) fil-31 ta' Ottubru 2008 huwa ta' EUR 86,021.