Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5597 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kmamar tan-nar — permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'policies partikolari se tuża l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex tagħti jew tirrifjuta l-permessi fil-każ tal-applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' kmamar tan-nar? Kemm hemm u fejn jinsabu l-applikazjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar li bħalissa hemm quddiem l-istess awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għammieri — farm sperimentali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-farm sperimentali tal-Għammieri hux se jintuża biex fih jitrabbew għasafar tal-għana? Jekk le, fejn hu mistenni li jitrabbew dawn l-għasafar għal skop ta' sperimentazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat fl-Għammieri għaddej proġett ta’ sperimentazzjoni fuq tnissil ta’ għasafar tal-għana fil-kaptività. Dan il-proġett beda fi Frar ta’ l-2006.

Policy biex prodotti agrikoli jkunu nxurjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern fassalx xi policy li permezz tagħha l-bdiewa u l-prodotti agrikoli tagħhom jiġu nxurjati kontra disgrazzji naturali? Meta hu mistenni li din l-iskema tinfirex fost il-bdiewa kolla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5638 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — programm għat-trobbija tal-għasafar tal-għana

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent fasslitx xi programm speċifiku ta' trobbija tal-għasafar tal-għana fil-magħluq? Jekk iva, meta hu mistenni li jibdew jitrabbew dawn l-għasafar u fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pelican Lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaħħlu l-aħħar pelican lights, u li qed jaħdmu, madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn il-lights?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-aħħar pelican lights li twaħħlu u nxtegħlu huma kif ġej: 2 f’Għawdex, 1 f’Ħal-Għaxaq, 1 f’Ħal-Balzan, 1 l-Mġarr, u 3 x-Xemxija. Sadattant twaħħlu wkoll żewġ pelican lights in-Naxxar u sett ieħor San Ġwann u li għandhom jinxtegħlu dalwaqt.

tħaffir ta' trinek

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4212 li saret mill-Onor. Philip Mifsud, jista' l-Ministru jgħid f'liema partijiet tar-rotta hu mistenni li jitħaffru trinek ġodda? Meta hu mistenni li dawn it-trinek jitħaffru u x'ser isir biex jiġi assigurat li l-inkonvenjenti (meħtieġa) jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq affetwati minn dawn ix-xogħolijiet huma: Triq Għajn Tuffieħa, Mġarr Triq il-Bidnija, Żebbieħ Triq il-Bidnija, Bidnija Triq tal-Għazzi, Bidnija Triq Burrmarrad, Mosta Triq F. Napuljun Tagliaferro, Mosta Ninsab infurmat ukoll li l-ADT qed tħejji pjan għat-traffiku biex jitnaqqsu l-inkonvenjenzi fit-toroq pubbliċi matul dawn ix-xogħolijiet.

overhang signs

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li d-diversi overhang signs li għandna madwar Malta jiġu rranġati? Fejn hu meħtieġ, meta se jsir bdil totali ta' dawn l-istess sinjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT qed tħejji pjanti u stejjem tax-xogħol meħtieġ kemm fuq ħsarat f’dawn l-overhang signs ta’ Rotta Numru 1, kif ukoll dawk li jridu jinbidlu sabiex juru aħjar id-direzzjoni lejn l-isptar Mater Dei.
Leg 11 PQ #5587 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtoritá Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent biex jinbnew serer, lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5589 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

tobba li jaħdmu mal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li bħalissa qed jaħdmu mal-Gvern u li jagħtu s-servizz tagħhom fil-polikliniċi f'Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' servizz jingħataw mill-polikliniċi differenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5590 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

anzjani li jirċievu l-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' anzjani li jirċievu l-pensjoni li joqgħodu f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’ anzjani li joqgħodu f’kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali li jirċievu xi tip ta’ pensjoni mid-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Salina — inħawi tas-Sukkorzju - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li bħalissa qed isir fl-inħawi tas-Sukkorzju tas-Salina, f'dik il-parti li fil-fatt kienet infaqgħet bix-xita ta' snin ilu? Jista' jgħid jekk bħala parti minn dan ix-xogħol hux ser jerġgħu jinbnew il-ħitan li kienu jiffurmaw is-Salini u li tkissru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li x-xogħol li qed isir fis-Sukkursu tas-Salina jikkonsisti f’taħmil u tindif tas-Sukkursu biex ikun hemm ċirkulazzjoni tal-ilma, kif ukoll xogħol ta’ tiswija tal-“embankment” ta’ dan is-Sukkursu. Dan ix-xogħol mistenni jibda iktar tard din is-sena. Fir-rigward tal-bini tal-ħitan li kienu jiffurmaw is-Salini, il-Ministeru għandu proġett ieħor li ser jirrijabilità dawn is-Salini biex jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid u jkunu wkoll ta’ attrazzjoni turistika.

Awtorità dwar l-Ippjannar u l-Ambjent — każijiet fuq titoli tal-art

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif ser jiġu trattati dawk il-każi fejn persuni li għandhom titoli fuq art, jew bini tal-Gvern fil-kampanja li applikaw għal xi permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent u li nħareġ, iżda d-Dipartiment tal-Artijiet jew ma kienx infurmat jew fejn għalkemm kien infurmat, ma kien hemm l-ebda reazzjoni min-naħa tiegħu għal dik l-applikazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5593 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sikka l-Bajda — wind farm

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex jiġu mqiegħda fil-baħar imtieħen li suppost ser isiru biex isir il-wind farm fl-inħawi tas-Sikka l-Bajda? Jekk saret, min għamel din l-applikazzjoni u f'isem min saret?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s’issa ma’ ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni għall-wind farm fl-inħawi tas-Sikka l-Bajda.
Leg 11 PQ #4981 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Case Officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' case officers li qed jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kif jiġi maqsum ix-xogħol lil dawn il-case officers? X'jiġri fil-każ li case officer partikolari jkun imsiefer jew marid għal tul ta' żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Development Control Section (Malta) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandu erbgħa u erbgħin (44) case officer (full time jew part time) li jaħdmu fuq kull tip ta' applikazzjoni marbuta mal-ippjanar, inklużi applikazzjonijiet għall-ewwel deċiżjoni, reconsiderations, appelli, u Development Notification Orders. L-applikazzjonijiet jiġu mqassma skond id-diversi tipi ta' applikazzjonijiet u skond il-lokalità ġeografika marbuta direttament mal-Pjanijiet Lokali. F'każijiet li case officer ikun assenti mill-post tax-xogħol għal żmien konsiderevoli, l-każijiet jiġu mqassma lil case officers oħra.
Leg 11 PQ #5317 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent — bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bus shelters li għandhom applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent? Fejn jinsabu dawn is-siti li għalihom qiegħda ssir l-applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha tlettax-il applikazzjoni għal bus shelters. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem bus , shelter jew linja.

Kaxxi tal-plastik użati mill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi problemi partikolari dwar il-ħasil tal-crates (kaxxi tal-plastik) użati mill-bdiewa li fihom jinġarru l-prodotti tagħhom? X'tip ta' kontribut iħallsu l-bdiewa mid-dħul tagħhom biex dawn il-kaxxi jkunu mnaddfa sew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi problemi partikolari dwar il-ħasil tal-crates (kaxxi tal-plastik) użati mill-bdiewa li fihom jinġarru l-prodotti tagħhom? X'tip ta' kontribut iħallsu l-bdiewa mid-dħul tagħhom biex dawn il-kaxxi jkunu mnaddfa sew? Tweġiba: Il-Ministeru hu konxju li s-servizz li qed jingħata lill-bdiewa mill-Pitkali Crates, li hija kumpanija mmexxija minn rappreżentanza tal-għaqdiet tal-bdiewa, mhux tajjeb biżżejjed. Qed jitħejja pjan, bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-maġġoranza tal-bdiewa, biex dan is-servizz ikun riformat. Il-kontribut li jħallsu l-bdiewa għas-servizz tal-ħasil tal-kaxxi mill-Pitkali Crates Ltd hu ta’ 0.003% fuq kull Ewro ta’ bejgħ li jsir mill-Pitkalija.

Ta' Qali — Villaġġ tal-artiġjanat - irranġar tal-inħawi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar il-villaġġ tal-artiġjanat f'Ta' Qali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern hux ser ikompli bil-pjan li dawn l-inħawi jkunu rranġati, jekk mhux bil-fondi tal-Unjoni Ewropea, bil-fondi lokali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ġa la darba li l-proġett li kien hemm maħsub li jsir f’Ta’ Qali ma kkwalifikax sabiex jibbenefika mil-fondi Ewropej kif diġa mħabbar, u għalhekk ma jistax isir, issa l-Gvern qed jimpenja ruħu sabiex jagħmel ħiltu biex f’qasir żmien, b’fondi lokali, jirranġa u jgħolli l-livell tas-sit tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Qali, u jakkomoda bl-aħjar mod possibbli lis-sidien tal-artiġjanat li bħalissa qed joperaw mill-istess villaġġ.
Leg 11 PQ #5518 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — penthouses

Question

Jista' l-Prim Ministru jara, permezz tal-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent, jekk wasalx iż-żmien li l-idea tal-penthouses f'Malta tiġi studjata darba għal dejjem u b'mod partikolari jiġi deċiż jekk distanza ta' 4.25 metru mill-faċċata għandhiex tinbidel għal waħda li tagħmel iktar sens, għaliex mhux magħruf kif id-distanza ta' 4.25 metri ġiet stabbilita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Roundabouts — arbuxelli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4766 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi neċessarji biex fl-approaches lejn roundabouts u turnings oħrajn, l-arbuxelli li hemm, fil-fatt jinżammu baxxi biex jiġi evitat periklu bla bżonn għat-traffiku? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kollaborazzjoni ssir bejn l-ELC u l-Awtorità dwar it-Trasport dwar dan is-suġġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s-siti msemmija kontinwament jiġu mdaħħla fi program ta’ manutenzjoni matul is-sena kollha permezz ta’ kuntratt li hemm bejn il-Gvern u ELC Ltd. Dan il-kuntratt jiġi kkontrollat mill-Monitoring Unit tal-Malta Embellishment Landscaping Project fejn jiġu integrati l-interessi ta’ Entitajiet Governattivi fuq dan is-suġġett, prinċipalment tal-ADT.
Leg 11 PQ #5410 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — Triq Erba' Mwieżeb - Karozza abbandunata

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-pulizija, jieħu passi neċessarji biex il-karozza li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament titneħħa minn fejn hi għaliex wara li ilha fit-Triq Erba' Mwieżeb, San Pawl il-Baħar għal diversi xhur, issa bdiet tiġi żarmata biċċa biċċa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi il-vettura li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tneħħiet minn fejn kienet.