Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imġarr, Għajn Tuffieħa u Xemxija — features ta' sigurtà fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-toroq mill-Imġarr sa Għajn Tuffieħa u mix-Xemxija sa Għajn Tuffieħa, li fil-parti l-kbira tagħhom qatt ma kellhom dawl stallat fihom, jiżdiedu fihom dawn il-features ta' sigurtà li hemm bżonn biex jiġi assigurat li jonqsu l-perikli għas-sewwieqa b'mod partikolari matul il-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kordin Business Incubation Centre — tkabbir

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi pjanijiet jeżistu għat-tkabbir tal-Kordin Business Incubation Centre? Meta hu meħtieġ li jsir dan it-tkabbir u f'liema oqsma hu mistenni li topera l-parti miżjuda tal-Kordin Business Incubation Centre? X'esperimentazzjoni qiegħda ssir bħalissa f'dan iċ-ċentru?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6039 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rationalisation exercise

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi fejn intlaħaq ftehim bejn is-sidien ta' l-art li ġiet inkorporata fi skema tal-bini permezz tar-rationalisation exercise u li ssottomettew il-proposti maqbula tagħhom lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġu approvati? Kemm fadal lokalitajiet fejn dan l-eżerċizzju ma ġiex konkluż? Kemm mit-talbiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġew approvati u għalhekk is-sidien jistgħu jibdew bl-applikazzjoni għall-iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti rendikont dettaljat fuq kull sit li jikkwalifika bħala Rationalisation Site. Fil-każi kollha fejn ġiet approvata PC application li ma sarx mil-MEPA, dan sar permezz ta' ftehim bejn il-partijiet skond kif kontemplat permezz tal-avviż legali 71 ta' 2007. Apparti il-każi indikati fit-tabella, hemm numru ta' każijiet oħra fejn l-indikazzjonijiet juru illi l-ftehim bejn il-partijiet huwa fil-qrib iżda l-istatistika fuq dawk il-każi tiġi konfermata fi stadju futur.
Leg 11 PQ #5587 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinbnew serer, lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm sitta u erbgħin (46) applikazzjoni pendenti għal serer f'Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet kif mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ġew imfittxija applikazzjonijiet li fihom il-kliem "serra", "serer" jew "greenhouse" fil-proposta tagħhom.

Imġarr- siti arkeoloġiċi

Question

B'referenza għt-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5596, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif jista' bniedem li jixtieq iżur dawn it-tempji, fil-fatt jagħmel hekk? Filwaqt li napprezza d-diffikulta biex persuna tmur f'postijiet bħal dawn, minħabba l-importanza sħiħa tagħhom, kif jista' tiżdied il-possibiltà ta' żjarat f'dawn il-tempji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li kull min jixtieq iżur it-tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat jista’ jagħmel dan kull nhar ta’ Tlieta (Ta’ Ħaġrat mid-9.30 sal-11am u Skorba mill-11.30am sas-1pm). L-uffiċjal li jkun preżenti fis-sit joffri vista ggwidata lill-viżitaturi kollha. Jekk wieħed ikun jixtieq iżur xi ġurnata oħra, jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq numru 21 23 95 45. Infurmata li wara Carrying Capacity Assessment tas-siti li sar fl-2007, ġie stabbilit li, bl-infrastruttura li teżisti fil-preżent fuq is-sit, jistgħu jidħlu sa 90 ruħ fil-ġimgħa f’kull wieħed minn dawn iż-żewġ siti, sakemm ma jidħlux aktar minn 15 il-ruħ f’salt, u ma’ jidħlux aktar minn 45 f’ġurnata waħda, għall-massimu ta’ 4680 fis-sena. Wieħed għandu josserva li dawn il-limiti rarament jiġri li qegħdin jintlaħqu, għalhekk l-arranġamenti preżenti jidhru adegwati ħafna. Minn meta is-sit beda jinfetaħ regolarment għall-pubbliku f’Mejju tal-2005, in-numru ta’ viżitaturi żdied hekk: Ta’ Ħaġrat Skorba 2004 89 89 2005 216 161 2006 603 507 2007 522 429 2008 423 330

Xemxija — Simar - għaqda ambjentali - diskussjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk tkomplewx id-diskussjonijiet ma' xi għaqda ambjentali biex is-Simar (fl-inħawi tax-Xemxija) jgħaddi taħt l-amministrazzjoni ta' din l-għaqda? Jekk iva, fiex waslu d-diskussjonijiet u meta hu mistenni li fil-fatt jiġu konklużi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Karozzi Second Hand — importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex l-importaturi tal-karozzi second hand ma setgħux jistabilixxu il-prezzijiet li bihom kellhom ibiegħu l-vetturi impurtati, u dan minkejja li għaddew diversi ġimgħat matul l-2009? X'wassal għal dan id-dewmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li b'eċċezzjoni ta' vetturi wżati impurtati minn barra l-Unjoni Ewropeja, il-valuri tal-karozzi second-hand ilhom jistgħu jkunu jiġu aċċessati mill-portal www.vehicleregistration.gov.mt sa mill 14 ta' Jannar 2009. Kif kien tħabbar kien hemm waqfa fir-reġistrazzjoni ta' vetturi second-hand impurtati qabel din id-data sakemm saret verifika ta' l-informazzjoni. Ukoll, fejn jirriżulta li jkun hemm bżonn xi tibdiliet tekniċi għal xi mudelli partikolari dan qed isir. Ta' min isemmi li fis-sistema' hemm madwar 40,000 kombinazzjonijiet ta' vetturi. F'dak li għandu x'jaqsam ma' vetturi wżati li huma impurtati minn barra s-suq Ewropej, il-Gvern ukoll stabilixxa l-valuri ta' dawn il-vetturi. Dan billi l-Vehicle Certification Agency (VCA) ipprovdiet informazzjoni li biha kienu identifikati mudelli ekwivalenti jew simili fis-suq Ewropej. Ukoll, peress li l-carbon dioxide emissions ta' dawn il-vetturi huma mkejla b'mod differenti mis-sistema' Ewropeja qegħdin nistennew riżultati mingħand il-VCA ta' testijiet fuq kampjun ta' vetturi, li bihom ser ikun stabilit ir-ratio ekwivalenti għal standards Ewropej. Ta' min jgħid li l-bidla f'din is-sistema kienet waħda komplessa, u għalhekk bħal kull bidla radikali jkun jinħtieġ perjodu ta' tranżizzjoni. Fil-frattemp nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern laħaq ftehim ma' l-importaturi tal-karozzi second hand, illi mill-11 ta' Frar 2009, jistgħu jirreġistraw karozzi li m'humiex immanifatturati għas-suq Ewropew la darba jkunu ċertifikati l-emmissjonijiet tal-karozza, jiġifieri l-livell tas-CO 2 ikun konformi ma dawk immanifatturati għas-suq Ewropew. Din iċ-ċertifikazzjoni tinħareġ biss minn aġenziji speċjaliżżati u awtoriżżati għal dan il-għan fl-Ewropa bħal per eżempju il-Vehicle Certification Agency (VCA). Għalhekk dawk l-importaturi li għandhom karozzi importati minn swieq mhux Ewropej fl-imħażen tagħhom għandhom jinfurmaw lid-Direttorat tal-Liċenzji fi ħdan l-ADT.Għal dawn il-karozzi li jinsabu f'Malta diġa, l-importaturi għandhom jippreżentaw ċertifikat temporanju ta' ekwivalenza ma' mudelli simili fl-Ewropa li għandu wkoll jinħareġ minn l-istess aġenziji speċjaliżżati u awtoriżżati għal dan il-għan fl-Ewropa. Id-data ta' l-għeluq għal din il-miżura temporanja hija t-Tlieta, 3 ta' Marzu 2009.
Leg 11 PQ #6025 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Development Control Commission — Permessi approvati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' permessi li ilhom hemm aktar minn xahrejn li ġew approvati mill-bordijiet tad-Development Control Commission ( qabel il-15 ta' Diċembru 2008) u li s'issa għadhom ma ntbagħtux lis-sidien tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni tal-Kontroll ta' l-Iżvilupp, għandha quddiema 286-il applikazzjoni approvata fl-ewwel deċiżjoni u 59 applikazzjoni approvata f'talba ta' rikonsiderazzjoni, fejn il-permess għandu ma nħariġx u fejn id-deċiżjoni ttieħdet sal-15 ta' Diċembru 2008. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi l-analiżi tal-permessi mhux mibgħuta.

San Pawl il-Baħar — Limbordin - bini ta' substation

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li fl-inħawi ta' Limbordin (San Pawl il-Baħar) tinbena substation ġdida mill-Korporazzjoni Enemalta? Meta hu mistenni li tinbena din is-substation u x'se jkun l-użu tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Naxxar u Iklin — cats eyes fit-toroq

Question

Billi numru sostenzjali mill-cats eyes li kien hemm fit-triq bejn is-Salina u n-Naxxar u mis-Salina sa l-Iklin, fil-fatt jew inqalgħu jew m'għadhomx jidhru, u billi d-dawl f'din l-istess triq qatt ma ġie stallat, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex din it-triq issir iktar tajba għas-sewqan bil-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5954 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — tindif ta' siti differenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji ta' kemm saru nterventi s'issa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jitnaddfu siti differenti madwar Malta, minn ħadid u affarijiet oħra li kienu abbandunati? Kemm u fejn twaħħlu avviżi oħra biex is-sidien inaddfu huma nfushom, jew jekk le, tkun l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li tnaddaf dawn is-siti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum ġew identifikati 552 siti fejn l-Awtorità interveniet jew bit-twaħħil ta 'Call Letter' jew inkella bi ħruġ t'Avviż t'Infurzar minħabba depożitu illegali t'oġġetti tal-metal abbandunati u/jew skart ieħor goff li kien qed jagħmel ġerħa u ħsara fis-sura u d-dehra tal-ambjent Malti. Jirriżulta wkoll li sal-lum ġew maħruġa 123 Avviżi tat-Twettieq bħala parti minn dan l-eżerċizzju. Huwa ta' sodisfazzjon kbir tinnota li s'issa 191 sid, jew 34.6% mis-siti identifikati, naddfu l-iskart huma nfushom wara li jew ġiet imwaħħla il-'call letter' jew inkella inħareġ l-Avviż tat-Twettieq. Dan l-ammont qiegħed kulma jmur jiżdied. S'issa il-MEPA interveniet u qegħda fi proċess t'investigazzjoni tista' tgħid f'Malta u Għawdex kollha, ċioe` f'dawn il-lokalitajiet: Malta - Mellieħa, Mġarr, San Pawl, Mosta, Rabat, Swieqi, Sliema Area, San Ġwann, Birkirkara, Iklin, Attard, Żurrieq, Safi, Kirkop, Qrendi, Siġġiewi, Mqabba, Birżebbuga, M'Xlokk, Żabbar, M'Skala, Xgħajra, Cottonera, Qormi, Għaxaq, Gudja Għawdex - Xagħra, Xewkija, Għajnsielem, Nadur, Qala, Sannat S'issa l-MEPA interveniet b'azzjoni diretta fil- area barra mill-iskema ta' żvilupp (ODZ) tal-lokalità tal-Mellieħa. Hawnekk ġew identifikati 40 sit, fejn fi 29 każ is-sidien ikkoperew volontarjalment fiż-żmien stipulat. F'disa’ (9) każi oħra il-MEPA, daħlet fuq is-siti hija stess u neħħiet madwar 90 tunnellata metal minbarra ammont ieħor ta' skart goff. Il-MEPA ser tkompli b'dan l-eżerċizzju. Huwa ttamat li dawk l-individwi li huma responsabbli minn dawn l-isfreġji fl-ambjent, jifhmu li hu ħafna fl-interess tagħhom li jneħħuhom huma stess.

Operaturu fis-servizz differenti tal-kommunikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma, u liema huma, l-operaturi fis-servizzi differenti tal-komunikazzjoni li għandhom liċenzja jew l-awtorizazzjoni li jagħtu dan is-servizz? Liema huma f'kull settur l-kampanniji li huma meqjusa li għandhom dominant position fil-qasam partikolari tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Ninsab infurmat li ħadd mill-operaturi m'għandu posizzjoni dominanti.

Kuntratturi għax-xogħol ta' manutenzzjoni urġenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kuntrattrui li tqabbdu jagħmlu xogħol ta' manutenzzjoni urġenti wara li kellna ġimgħat sħaħ ta' xita f'pajjiżna? Minbarra dan ix-xogħol hemm il-ħsieb li joħorġu tenders oħra speċifiċi biex ikun hemm programm kontinwu ta' manutenzjoni fit-toroq tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Sports Complex - development brief

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk tlestiex jew le d-development brief dwar l-iSport Complex fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jekk inbeda x-xogħol fuq dan il-brief, meta hu mistenni li jitlesta u min qed jagħmlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li sal-lum id-Development Brief dwar l-iSports Complex għadu ma tlestix.

Proprjetà ta' Joint Office — velleġġatura

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni li għandhom proprjetà tal-Joint Office li jużawha bħala villeġġjatura, hux possibbli għalihom li jixtru l-istess proprjetà?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi persuni li għandhom proprjeta’ tal-Uffiċċju Konġunt użata bħala post ta’ villeġġatura, jistgħu jixtru jew jifdu ċ-ċens ta l-istess proprjeta’ skond l-Iskema li kienet tħabbret fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2002. Ngħarraf pero’ lill-Onorevoli Interpellant li sa ma joħroġ avviż ieħor, l-imsemmija skema hija temporanjament sospiża.

Proprjetà tal-Joint Office — bini ta' sulari

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni li joqogħdu fi proprjetà tal-Joint Office b'kera, jew ċens li iżda telgħu numru ta' sulari fuq l-istess proprjetà a spejjeż tagħhom hux se jintalbu jħallsu lil Joint office għal dawk is-sulari li huma stess bnew a spejjez tagħhom, meta jifdu ċ-ċens, jew jixtru taħt skema tal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif kien tħabbar fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2002, il-Gvern kien impenja ruħu li jbiegħ, jew jifdi ċ-ċens ta’ dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt diment li dawn huma użati bħala residenza ordinarja u/jew postijiet tal-villeġġatura. Għalhekk mhux in-numru ta’ sulari jgħodd iżda għal liema skop huma wżati.
Leg 11 PQ #5518 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — penthouses

Question

Jista' l-Prim Ministru jara, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jekk wasalx iż-żmien li l-idea tal-penthouses f'Malta tiġi studjata darba għal dejjem u b'mod partikolari jiġi deċiż jekk distanza ta' 4.25 metru mill-faċċata għandhiex tinbidel għal waħda li tagħmel iktar sens, għaliex mhux magħruf kif id-distanza ta' 4.25 metri ġiet stabbilita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA diġà tat bidu għall-proċess li jħares fost affarijiet oħra lejn l-impatt tal-penthouses fuq l-ambjent mibni. Id-distanza ta' 4.25m ġiet adottata minn dik li tidher fid-dokument DC1/88 condition A24. Din il-proviżjoni ilha tintuża aktar minn għoxrin sena għal strutturi fuq il-bjut.
Leg 11 PQ #5597 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kmamar tan-nar — permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'policies partikolari se tuża l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex tagħti jew tirrifjuta l-permessi fil-każ tal-applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' kmamar tan-nar? Kemm hemm u fejn jinsabu l-applikazjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar li bħalissa hemm quddiem l-istess awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policies relevanti huma policy GZ-CMRC-13 fil-Pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna, u NWCM 6 fil-Pjan lokali għall-Majjistral ta' Malta f'każijiet fejn il-policy mhix speċifika biżżejjed, wieħed jista’ jislet prinċipji addottati fi pjanijiet lokali oħra kif ukoll mill-gwidi ta' policies ġenerali li huma relevanti għas-suġġett. Ta' min isemmi li ma’ dan it-tip ta' żvilupp jeżistu wkoll konsiderazzjonijiet importanti relatati ma’ saħħa, sigurtà ta' terzi persuni, sigurtà ta' propjetà fil-viċin kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali u ta' aċċess għas-sit, speċjalment f'każi ta' emerġenza. Malta għandha densita għolja ħafna ta' kmamar tan-nar għad-daqs tat-territorju tagħha. Il-MEPA għandha għaxar (10) applikazzjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar (ġodda jew estensjonijiet) f'Malta u Għawdex. Id-dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ġew imfittxija applikazzjonijiet li fihom il-kliem "nar" jew "fire" fil-proposta tagħhom.
Leg 11 PQ #5638 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — programm għat-trobbija tal-għasafar tal-għana

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fasslitx xi programm speċifiku ta' trobbija tal-għasafar tal-għana fil-magħluq? Jekk iva, meta hu mistenni li jibdew jitrabbew dawn l-għasafar u fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-programm tat-trobbija tal-għasafar ma jaqax taħt il-MEPA, iżda taħt il-Kumitat Ornis. Dan il-Kumitat ikkummissjona programm pilota li bħalissa hu għaddej fl-Għammieri u l-għan tiegħu hu li jiddetermina elementi importanti ta’ rata ta’ mwiet kif ukoll in-numri li jkunu jridu jinqabdu biex tiġi żgurata d-diversità ġenetika tal-ispeċi varji.

Twaqqiegħ ta' bini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm interventi ta' twaqqiegħ ta' bini fuq art tal-gvern fid-diversi nħawi ta' Malta? Fejn saru dawn l-interventi? Jista' jagħti tagħrif dwar fejn u kemm kien hemm okkazjonijiet fejn minkejja l-fatt li kien hemm permessi għall-bini min-naħa tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xorta waħda twaqqa' dan il-bini?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.