Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — permessi fuq art tal-gvern
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5592, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każi ta' persuni li kellhom permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq art tal-gvern li fil-fatt ġew approvati mid-Dipartiment tal-Artijiet u kemm ġew rifjutati?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6483, jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub għal dawk li huma siti maħsuba għall-marinas (tal-yatchs) u bus terminus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern, permezz tal-Awtorita Marittima kien ikkummisjona rapport sabiex jkunu identfkati siti għall-izvilupp ta’ marinas ġewwa Malta u Għawdex. Peress li dan ir-rapport għadu mhux ffinalizzat l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata. Meta jkun iffinaliżżat, ir-rapport ser jinħareġ għal konsultazzjoni pubblika.
Dwar siti sabiex jintużaw bħala bus termini il-Gvern għadu qed jinvestiga l-alternattivi li jista’ jkun hemm.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk waslux il-bus shelters li kienu approvati f'diversi nħawi ta' Malta? Jekk iva, meta ser jitwaħħlu? Jekk le, meta hu mistenni li jkunu Malta, biex jitqegħdu f'posthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Ġwann — Kunsill Lokali - Sliema Road - Bankina
Question
Billi riċertament, skond dak li nkiteb fil-gazzetti, l-Kunsill Lokali ta' San Ġwann ipportesta minħabba l-fatt li l-gvern wettaq xi xogħol fuq il-bankini fi Sliema Road, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn ir-riżorsi jintużaw f'kollaborazzjoni ma' kunsilli li għandhom il-volontà li jikkoperaw għal dan it-tip ta' xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru, tikkolabora ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali fuq diversi xogħlijiet f’inħawi differenti ta’ Malta. Fil-preżent id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni għandu skema ta’ xogħol , magħrufa bħala joint venture scheme, li permess tagħha, dejjem fejn ikun possibli, jsiru xogħlijiet mitluba minn Kunsilli Lokali rispettivi. Il-Kunsill jipprovdi l-materjal għal dan ix-xogħol u jħallas parti mill-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema nvoluti fl-eżekuzzjoni tax-xogħol
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6485 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontribuzzjoni tat il-Gozo Channel biex jiġi provdut is-servizz indikat f'dik id-domanda? Kemm fil-fatt ġie jiswa f'sussidju s-servizz tat-trasport miċ-Ċirkewwa sa l-Airport u lura?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, — Wardija - culvert għal ilma tax-xita
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarja biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, tinvestiga jekk il-kuntrattur li bidel il-pajpijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-Wardija, fil-fatt għalaqx culvert tal-ilma tax-xita li kien fil-post? Jekk jinstab li dan il-culvert hu magħluq jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-culvert jinfetaħ?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema skala jiġi impjegat bniedem meta jidħol mas-servizz pubbliku, jekk dan jiġi impjegat bħala book binder? Kif jitqabbel dan l-iscale mal-iscale ta' labourer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li:
(i) persuna tiġi ingaġġata fil-post ta’
Bookbinder
, fi Skala ta’ Salarju 16 wara sejħa għall-applikazzjonijiet, minn ġewwa s-Servizz Pubbliku; u
(ii) filwaqt li l-Iskala ta’ Salarju ta’
Bookbinder
hija dik ta’ Skala 16/15 (wara ħames (5) snin servizz sodisfaċenti) / 14 (wara ħames snin servizz sodisfaċenti fi skala 15), dik ta’ Labourer hija ta’ għoxrin (20).
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5768, filwaqt li napprezza l-kontenut tar-risposta kif mogħtija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi tkun il-pożizzjoni ta' dawk il-persuni li għandhom proprjetà tal-gvern jew imqabbla jew b'ċens validu mingħand il-Gvern, li javżaw lid-Dipartiment ta' l-Artijiet b'dak li jkunu se japplikaw għalih għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-dipartiment jibqa' ma jagħtix risposta lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6486, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm karozzi impurtati mill-Ingliterra ġew reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport kull xahar, matul l-2008 u l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6486 li oriġinarjament saret lill-Ministu għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li ġew impurtati mill-Ingliterra, kull xahar, sal-lum bejn Lulju 2008 u Jannar 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6572, jista' l-Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' dan ix-xogħol li se jsir fuq il-post? Liema partijiet tal-ħitan huma mistennija li jiġu msaħħa b'dan ix-xogħol?
Billi numru ta' traffic lights/pelican lights li hemm approvati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar għadhom sal-lum ma twaħħlux, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għaliex dawn għadhom ma twaħħlux u fl-istess ħin jittieħdu l-passi neċessarja biex dawn jitwaħħlu u jibdew jaħdmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed jiġi preparat tender għall-istallazzjoni tal-
Pelican lights
imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant. Dan ix-xogħol jkun jista jinbeda la darba jiġu allokati l-fondi meħtieġa.
Billi xi xhur ilu sar xogħol ta' trinek fit-triq li miż-Żebbiegħ twassal għall-Bidnija u dawn l-istess trinek baqgħu ma ġewx mogħtija wiċċ ġdid, u billi dawn l-inħawi minbarra mir-residenti huma wżati minn dawk li għandhom ir-raba' fl-inħawi u minn oħrajn, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jirranġa dawn it-trinek?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fuq it-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew b'emerġenza fil-polikliniċi tal-Gvern li għandna madwar Malta matul is-sena 2008, xahar b'xahar?
Jista' jgħid jekk hemmx xi forma ta' follow-up li ssir fuq pazjenti li jattendu dawn il-polikliniċi, ukoll jekk huma ma jirritornawx fil-poliklinika?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu t-toroq f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar, Mġarr u Għargħur li se jingħataw wiċċ ġdid matul din is-sena 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate f'Malta jew barra?
F'liema speċjalizzazzjonijiet qed jistudjaw dawn it-tobba, fejn u kemm huma t-tulijiet tal-korsijiet li qed jattendu?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ser ikun hemm sponsorships għall-masters/dottorat mill-Gvern, jew xi entita' tiegħu għas-sena skolastika 2009/2010? Meta ser joħorġu s-sejħiet relatati ma' dawn l-isponsorships? Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hux ser ikun hemm xi preferenza partikolari fejn ser jingħataw l-isponsorships?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi pjanijiet jeżistu għat-tkabbir tal-Kordin Business Incubation Centre? Meta hu meħtieġ li jsir dan it-tkabbir u f'liema oqsma hu mistenni li topera l-parti miżjuda tal-Kordin Business Incubation Centre? X'esperimentazzjoni qiegħda ssir bħalissa f'dan iċ-ċentru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-esperjenza pożittiva u b’suċċess li l-Malta Enterprise kellha bil-Business Incubation Centre (KBIC) serviet ta’ instigazzjoni biex il-Malta Enterprise tapplika għall-fondi Ewropej taħt il-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) sabiex titkabbar il-faċilita`. Bħalissa jinstabu 25 start-up ġewwa il-kumpless li minnhom, 12 daħlu fl-2008.
L-iskop tal-BIC huwa li tiġi iffaċilitata il-krejazzjoni ta’ kumpaniji lokali innovattivi bl-intenzjoni li jikbru u jinternazzjonalizzaw il-prodotti taghħom. Il-KBIC jiffoka fuq dawn il-gruppi industrijali:
· Engineering Design and Development of Equipment Systems;
· Riżorsi ta’ Enerġija alternattiva;
· Proġetti Bioteknoloġiċi; u
· Proġetti oħra innovattivi.
Oriġinarjament l-intenzjoni kienet li l-kumpless jitkabbar f’Kordin stess. Wara aktar analiżi u studji tas-sitwazzjoni ekonomika u tal-bżonnijiet ta’ l-industrija ġie deċiż li il-pjan ta’ tkabbir bi spazju ta’ 4500sqm ikun aħjar rilokat fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann. Il-ftuħ ta’ BIC ġdid ġewwa San Ġwann huwa intenzjonat li jkun qrib il-Life Sciences Centre li huwa ppjanat u li ukoll ser ikun ikkofinanzjat mill-FEŻR. Hekk, il-klijenti li jiggradwaw mill-BIC ta’ San Ġwann jistgħu jkunu ikkunsidrati biex jiġu lokati permanentement ġewwa il-Life Science Centre. Dan il-vantaġġ jista` jirriżulta kemm f’sinerġija bejn iż-żewġ proġetti kif ukoll jippermetti li ż-żewġ BICs jiffukaw fuq target sectors differenti.
L-esperimentazzjoni li qed isseħħ ġewwa il-KBIC hija ta’ natura kummerċjali minn klijenti li jħallsu biex jużaw is-servizzi offruta; għalhekk din l-informazzjoni hija ta natura kunfidenzjali li ma tistax tiġi mogħtija kif inhu dikkjarat fil-liġi nazzjonali DPA.