Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7082 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Self employed — statistika

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma s-self employed lokalità, lokalità skond l-istatistika miżmuma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi predominanza partikolari f'dawk li huma lokalitajiet fejn min jaħdem hu self-employed?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6383 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bugibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar — toroq b'wiċċ ġdid

Question

Filwaqt li wieħed japprezza l-investiment li mistenni jsir fl-inħawi ta' Bugibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar biex dawn l-inħawi jingħataw dehra isbaħ, jista' l-Prim Ministru jaċċerta li l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tingħaqad mal-kunsill lokali biex numru ta' toroq, inkluż dawk li żgur ma jistgħux isiru mill-fondi tal-kunsill lokali, fil-fatt jingħataw wiċċ ġdid sa qabel is-sajf li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità tat-Turiżmu m’għandhiex budget dedikat għall-kisi tat-toroq u xogħol ieħor relatat u għalhekk ma naħsibx li ser ikun possibbli li jsir ftehim ta’ koperazzjoni f’dan il-qasam. Madankollu, jekk hemm oqsma oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ l-MTA u l-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar jixtieq xi forma ta’ ftehim ta’ koperazzjoni fuqhom, ma nara xejn ħażin anzi inħeġġeġ sabiex iż-żewġ partijiet jibdew diskussjonijiet dwarhom immedjatament. Finalment, l-iskop tagħna lkoll huwa li nagħtu l-aħjar servizz u prodott kemm lil Maltin kif ukoll lit-turisti li jżuru lil dawn il-gżejjer.

Wardija — tiswijiet f'toroq

Question

Wara li l-korporazzjonijiet responsabbli minn xi servizzi għamlu xogħol neċessarju fl-inħawi tal-Wardija, jista' l-Ministru jassigura li dawn l-istess korporazzjonijiet iwettqu x-xogħol ta' tiswija neċessarju biex it-toroq fil-fatt jiġu re-instated?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7022 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Azzjoni Industrijali

Question

Billi matul il-ġimgħat li għaddew kien hemm azzjoni industrijali għaddejja fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li għal xi jiem wasslet biex lanqas jiġu aċċettati karti fir-reception tal-Awtorità, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk minn kellu karti li suppost daħlu f'dawk il-jiem fil-fatt hux se jiġu penalizzati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Qawra - rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità dwar it-Trasport tara kif jistgħu jinbidlu r-rotot tal-karozzi tal-linja biex dawk il-persuni li joqogħdu fl-inħawi tal-Qawra, fil-fatt ikollhom mezz adegwat ta' trasport pubbliku biex jinqdew aħjar għall-ħteġijiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7024 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Imġarr — Bini ta' Day Centre

Question

Billi l-Kunsill Lokali tal-Imġarr ħa l-inizjattiva biex jibni day centre, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-fatt il-kunsill lokali jkun mgħejjun biex ikompli jibni u forsi wkoll biex 'il quddiem jamministra l-istess binja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — San Pawl il-Baħar - tħaffir fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport u flimkien mal-entitajiet l-oħra responsabbli ma jibqax isir tħaffir fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar, fost l-oħrajn, mingħajr ma ssir tiswija tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jaf tajjeb, ma jistgħux jinagħatw struzzjonijiet li ma jsirx aktar tħaffir fit-toroq ta’ xi lokalita partikolari. Dan peress li matul iż-żminijiet ġew mpoġġija diversi servizzi taħt l-art u għaldaqstant meta jkun hemm xi ħsarat, bilfors wieħed irid iħaffer sabiex tissewwa l-ħsara. Barra min hekk nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jekk jaf b’xi tħaffir li sar fil-lokalita li qed jirreferi għaliha u t-tiswija tagħha għadha ma saritx, jinfurmani sabiex jittieħdu l-passi neċessarji u ssir it-tiswija neċessarja.

Għajn Riħana, Tarġa Gap — Ħruġ ta' Likwidu Iswed

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'irriżulta li hi l-kawża ta' ħruġ ta' likwidu iswed ħdejn Għajn Riħana, Tarġa Gap li kont semmejt f'mistoqsija parlamentari preċedenti? Jista' jagħti tagħrif dwar x'wassal biex nhar it-Tlieta 28 ta' Ottubru 2008 filgħaxija kien hemm konfużjoni ta' traffiku ħdejn dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dan il-likwidu iswed irriżulta li huwa xi żejt maħruq li xi individwu irresponsabbli tefa' b'mod abbużiv f'tappiera fl-imsemmi post. Il-pulizija ġew infurmati sabiex jissorveljaw din iz-zona. Rigward il-konfużjoni ta' traffiku li semma' l-Onor. Interpellant b'mod partikolari nhar it-tlieta 28ta' Ottubru 2008 m'ghandix informazzjoni.

Tarġa Gap sa San Pawl il-Baħar — Bozoz maqtugħin

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, permezz tal-Korporazzjoni Enemalta biex il-bozoz maqtugħin li hemm f'diversi toroq arterjali, b'mod partikolari fit-triq minn Tarġa Gap sa San Pawl il-Baħar, fil-fatt jiġu rranġati għaliex dawn qed jikkawżaw problemi għal min jgħaddi min dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li lampi li kienu bil-ħsara fit-triq li minn Tarġa Gap tagħti għal San Pawl il-Baħar saritilhom il-manutenzjoni meħtieġa. Rigward il-parti tat-triq li minn Tarġa Gap tagħti għar-Rabat, il-bozoz li hemm maqtugħin ser jinbidlu.

San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti ta' Triq Jean De La Cassiere li għadha mhux mogħtija t-tarmak fil-fatt tingħata dan it-tarmak, għaliex it-tajn li joħroġ minnha meta tkun ix-xita qed joħloq numru ta' inkonvenjenzi u wkoll għaliex din it-triq tinsab qrib ħafna tat-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar, minbarra li fiha numru sew ta' residenti li qed joqogħdu f'appartamenti tal-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6716.

Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar — Bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tistax tagħti prijorità għall-bini ta' diversi toroq li għadhom qatt ma saru fl-inħawi tax-Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar biex b'hekk jiġi assigurat li matul l-2009 n-numru ta' toroq mhux magħmula f'dawn l-inħawi jonqos sostanzjalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6716.

Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Investiment infrastratturali fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li matul is-sena 2009 ikun hemm nefqa straordinarja (bħala parti mill-investiment infrastrutturali li ser isir madwar Malta din is-sena) biex numru sostanzjali ta' toroq u bankini fil-qalba tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra fil-fatt jiġu rranġati, kemm għall-eluf ta' residenti li joqogħdu hemm kif ukoll għall-benefiċċju tat-turisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6716.

San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Jean De La Cassiere, San Pawl il-Baħar fil-fatt tiġi mogħtija wiċċ tat-tarmac fil-parti li għadha mhix kompluta? Jista' jiġi assigurat li dan isir matul ix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6716. .

San Pawl il-Baħar — passi biex jitneħħew il-perikli

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex fil-bidu tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar ħdejn ir-roundabout tax-Xemxija, jitneħħa r-railings li hemm f'nofsha li huma ta' periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ‘r-railings’ li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant huma “barriers” tal-ħadid sabiex jipprojbixxu temporanjament l-użu tal-‘lane’ ta’ ġewwa ta’ din il-karreġġjata, biex tiġi mnaqqsa l-possibilita ta’ xi ħsara fit-triq li għada kemm giet mibnija sakemm isiru xogħolijiet neċessarji ta’stabilizzar tal-klasies minn terzi ma’ ġenb l’istess triq.

Ħaddiema mal-kuntratturi tat-toroq — taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx xi skema ta' taħriġ għall-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi tat-toroq? Jekk hemm, liema huma dawn l-iskemi u kemm hemm ħaddiema li qed jiġu mħarrġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa fil-Ministeru li għalih jien responsabbli ma hemm l-ebda skema ta’ taħriġ għall-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi tat-toroq.

Kuntratturi għax-xogħol ta' manutenzzjoni urġenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kuntrattrui li tqabbdu jagħmlu xogħol ta' manutenzzjoni urġenti wara li kellna ġimgħat sħaħ ta' xita f'pajjiżna? Minbarra dan ix-xogħol hemm il-ħsieb li joħorġu tenders oħra speċifiċi biex ikun hemm programm kontinwu ta' manutenzjoni fit-toroq tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratturi kienu; Bonnici Bros Ltd li ħa estensjoni fuq il-kuntratti li kellu ma l-ADT għal manutenzjoni fid-distretti tat-Tramuntana u l-Punent, Alfred Schembri & Sons Ltd li ħa estensjoni fuq il-kuntratt tan-Nofsinhar u Schembri Infrastructures Ltd li ħa estensjoni fuq il-kuntratt tal-Lvant. Tenders oħra joħorgu skond ir-rizorsi finanzjarji u l-prijoritajiet li jirriżultaw.

San Pawl il-Baħar — Limbordin - bini ta' substation

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li fl-inħawi ta' Limbordin (San Pawl il-Baħar) tinbena substation ġdida mill-Korporazzjoni Enemalta? Meta hu mistenni li tinbena din is-substation u x'se jkun l-użu tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta għandha l-ħsieb li tibni substation fl-inħawi biex tirrinforza s-sistema tal-11kV. Ix-xogħol għadu fi stadju preliminarju.

Naxxar u Iklin — cats eyes fit-toroq

Question

Billi numru sostenzjali mill-cats eyes li kien hemm fit-triq bejn is-Salina u n-Naxxar u mis-Salina sa l-Iklin, fil-fatt jew inqalgħu jew m'għadhomx jidhru, u billi d-dawl f'din l-istess triq qatt ma ġie stallat, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex din it-triq issir iktar tajba għas-sewqan bil-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Imġarr, Għajn Tuffieħa u Xemxija — features ta' sigurtà fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-toroq mill-Imġarr sa Għajn Tuffieħa u mix-Xemxija sa Għajn Tuffieħa, li fil-parti l-kbira tagħhom qatt ma kellhom dawl stallat fihom, jiżdiedu fihom dawn il-features ta' sigurtà li hemm bżonn biex jiġi assigurat li jonqsu l-perikli għas-sewwieqa b'mod partikolari matul il-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Pjanti għat-terminal taċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li għalihom kien ħareġ il-permess għat-terminal taċ-Ċirkewwa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess pjanti kif mibdula?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti.