Plant health division — reġistrazzjoni tas-siġar tal-palm
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar tal-palm li ġew reġistrati mal-plant health division sad-data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni, lokal b'lokal? Kemm minn dawn is-siġar ġew reġistrati mill-privat u kemm minn xi dipartiment tal-gvern jew kunsill lokali? Jekk hemm min għal xi raġuni ma rreġistrax il-palm li kellu, jista' jiġi u jirreġistra dan il-palm issa?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5745 li oriġinarjament tlabt lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u issa ġiet riferuta lilu u jagħti indikazzjoni ta' kemm-il darba matul l-2008, il-pulizija kienet mitluba biex tgħin uffiċjali tad-dwana li kienu qabdu materjal suspettuż at point of entry fl-airport jew portijiet Maltin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2008 kien hemm 14 il-okkażjoni fejn uffiċjali tad-Dwana talbu l-assistenza tal-Pulizija minħabba li kien hemm materjal suspettuż. Fi 13 il-każ il-materjal suspettuż irriżulta li kien droga filwaqt li fl’okkażjoni l-oħra il-materjal kien logħob tan-nar.
Numru ta' persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol aktar minn ħames snin
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin? Minn liema lokalitajiet, maqsuma lokal, b'lokal, huma ġejjin dawk li qed jirreġistraw għal aktar minn ħames snin?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fl-aħħar ta’ Jannar 2009 in-numru ta’ persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin kien ta’ 448 persuna.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew il-polikliniċi differenti li għandna f'Malta, kull xahar, bejn Awwissu 2008 u Frar 2009? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' persuni li attendew fl-istess xhur is-sena ta' qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ persuni li attendew iċ-Ċentri tas-Saħħa bejn Awwissu 2008 u Jannar 2009 u bejn Awwissu 2007 u Jannar 2008. L-istatistika għax-xahar ta’ Frar 2009 għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru u liema huma l-kawżi ta' libell, li ilhom pendenti quddiem il-qrati tagħna għal aktar minn ħames snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:-
Qorti Ċivili Malta 40
Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali Malta 4
Qorti tal-Maġistrati Għawdex 1
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dettalji dwar dawn il-kawżi ta' libell.
Attachments:7091 Kawzi pendenti more than 5 years.xls
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew (bħala pazjenti) fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei, kull xahar, bejn Awwissu 2008 u Frar 2009? Jista' jagħti indikazzjoni dwar jekk il-kampanja li saret biex ma tintużax l-emerġenza minn min m'għandux veru emergenza kellhiex xi effet biex tnaqqas in-numru ta' persuni li jattendu l-emerġenza?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jistgħu l-persuni li għandhom xi attività artiġjanali fil-Crafts Village ta' Ta' Qali, fil-fatt itejbu l-inħawi ta' madwarhom? Jista' jindika jekk hemmx deċiżjonijiet finali min-naħa tal-Gvern, għal dawn l-inħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi bħalissa jinsab f’kuntatt dirett ma’ rappreżentanti ta’ l-artiġjani li bħalissa qed joperaw f’dan il-villaġġ. F’dawn l-aħħar jiem, kien hemm inpenn konkret mill-Gvern li flimkien mal-Malta Industrial Parks, beda jwettaq xogħol ta’ tindif u tijib fl-inħawi ta’ madwar il-huts li minnhom, persuni qed iwettqu xi attività artiġjanali.
Immedjatament wara li jispiċċa dan il-proċess ta’ tindif, uffiċċjali mill-Malta Industrial Parks ser ikunu qed iżuru lill-istess artiġjani, sabiex magħhom jiġi deċiż il-pass li jmiss sabiex ikompli jsir it-titjib neċessarju għal dan il-villaġġ.
Buġibba, Qawra, u San Pawl il-Baħar — żieda fil-patrol tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul ix-xhur tas-sajf jistgħux jiżdiedu l-patrols tal-pulizija (ukoll jekk ikunu plain clothed) fl-inħawi ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, matul ix-xhur tas-sajf, biex jgħinu lill-Pulizija tad-distrett?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bħal ma sar fis-snin preċedenti, anke matul ix-xhur tas-sajf li ġej, il-Pulizija ser issaħħaħ il-preżenza tagħha f'lokalitajiet turistiċi u ta' villeġġatura kif ukoll ma' xtajtiet, fosthom l-inħawi ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — permessi fuq art tal-gvern
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5592, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każi ta' persuni li kellhom permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq art tal-gvern li fil-fatt ġew approvati mid-Dipartiment tal-Artijiet u kemm ġew rifjutati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-permessi maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq art tal-Gvern huma varji, t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma tikklassifikax dawn il-permessi u anqas iżżomm tali statistika. Għaldaqstant, mhux possibli li tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Madanakollu, jekk l-Onorevoli Membru irid xi informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu li jagħti d-dettalji sabiex tinġabar din l-informazzjoni.
Tista' l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jattendu l-iskola speċjali tal-Wardija? Minn liema lokalitajiet huma dawk li jattendu din l-iskola u x'inhuma l-etajiet ta' dawk li jattendu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm 51 student li jattendu l-iskola speċjali tal-Wardija.
Lokalitajiet:
Sliema Żejtun
San Pawl il-Baħar Għaxaq
Tarxien Żabbar
Rabat Mqabba
San Ġwann Gżira
Valletta Mellieħa
Dingli San Ġiljan
Qormi Balzan
Msida Żurrieq
Żebbuġ Siġġiewi
Mosta Birkirkara
Birżebbuġa Mtarfa
Lija Pembroke
Ħamrun Naxxar
Attard
L-eta’ tagħhom tvarja bejn l-10 snin u 23 sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni skond kif maqsuma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, lokalità lokalità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Frar li għadda?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Jannar 2009, fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 6,988. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ persuni li kienu qed jirregistraw għax-xogħol f’kull kunsill lokali f’Malta u f’Għawdex.
Korp tal-Pulizija — Akkademja - persuni li qed jieħdu taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li bħalissa qed jieħdu taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija biex 'il quddiem jibdew iservu fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent m’hemmx persuni li qed jirċevu taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija. Infurmat ukoll, iżda, illi bħalissa qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul f’kors ta’ disa’ xhur għall-kuntistabbli fl-Akkademja tal-Pulizija, u dan skont is-seħa għall-applikazzjonijiet li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fl-10 ta’ Marzu 2009.
Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet biex jiġu stallati lifts fil-blokk tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet (talbiet) li saru minn inkwilinili joqogħdu f'appartamenti tal-Gvern, biex jiġu stallati lifts fil-blokk tagħhom? F'liema inħawi huma dawn it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti għall-installar ta’ liftijiet li l-Awtoritá għandha bħalissa minn inkwilini li joqogħdu f’appartamenti tal-Gvern huwa 27. Dawn jikkonsistu f'applikazzjonijiet minn dawn l-inħawi, kif ġej:
Birgu (1)
B‘Kara (1)
Bormla (1)
Floriana (1)
Isla (1)
Marsa (1)
Pieta’ (2)
Qormi (3)
Rabat, Malta (3)
San Gwann (4)
Sta. Venera (1)
Ta’ Xbiex (5)
Valletta (2)
Żejtun (1).
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm hu maħsub li jkunu meħtieġa nurses ġodda fil-ħames snin li ġejjin biex ikunu moqdija sew il-polikliniċi u l-isptarijiet tal-gvern? Kif inhu maħsub li dan in-numru ta' infermiera jintlaħaq matul iż-żmien li ġej?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul tal-gvern f'taxxa, bħala riżultat tal-bejgħ tal-proprjetà f'Jannar u Frar ta' 2006, 2007, 2008 u 2009? Fl-istess perijodi, x'kien il-valur tal-proprjetà li ġiet dikjarata fil-kuntratti tal-bejgħ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'għandu jagħmel xi ħadd (persuna jew organizzazzjoni) biex juża l-inħawi tat-teatru f'Ta' Qali għall-attività rekreattiva jew kummerċjali? Sal-lum kemm kienu n-numru ta' persuni li fil-fatt talbu u ngħataw permess biex jużaw dawn l-inħawi, kull sena matul l-2006, 2007, 2008, 2009? X'tip ta' ħlasijiet jintalbu għal dawn l-attivitajiet?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi tal-appartamenti tal-gvern in-naħa ta' Triq Porzjunkola, il-Qawra, San Pawl il-baħar, jiġu stallati pelican lights minħabba l-fatt li hemm bosta familji (bosta minnhom bi tfal żgħar) li jkollhom bżonn jaqsmu min-naħa għal oħra tat-triq minħabba l-karozzi tal-linja jew trasport għall-iskejjel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjonijiet pendenti - żona ODZ
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa fl-inħawi meqjusa bħala outside development zone? Kif inhuma maqsuma dawn l-applikazzjonijiet, maqsuma skond il-lokalitajiet differenti, madwar Malta u Għawdex?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5745 li oriġinarjament tlabt lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u issa ġiet riferuta lilu u jagħti indikazzjoni ta' kemm-il darba matul l-2008, il-pulizija kienet mitluba biex tgħin uffiċjali tad-dwana li kienu qabdu materjal suspettuż at point of entry fl-airport jew portijiet Maltin?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' kawżi ġodda li b'xi mod inbdew quddiem il-qrati Maltin matul l-2008? X'tip ta' kawżi huma dawk li fil-fatt inbdew matul l-2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.