Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar — Ħsarat fit-toroq
Question
Billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena li għaddiet kellha tagħmel mijiet ta' interventi fuq is-sistema tal-ilma fl-inħawi ta' Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar u billi ħafna minn dawn l-investimenti wasslu biex it-toroq konċernati jibqgħu bi problemi fil-wiċċ tagħhom, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-ħsarat jissewwew mill-ġdid kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lil Onorevoli Nterpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u ċioe jindika l-ismijiet tat-toroq fil-lokalitajiet imsemmija fejn saru l-interventi li qed jirreferi għalihom.
Billi minn din is-sena nbidlu l-kriterji li abbażi tagħhom wieħed iħallas il-liċenzja (road tax) annwali tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bniedem li jbiddel il-magna tal-vettura tiegħu, mingħajr ma jbiddel il-vettura hux ser ikun jista' jitlob għar-reviżjoni tal-ħlas dovut, abbażi ta' l-emissjonijiet li l-magna mqiegħda ġdida fil-fatt tipproduċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Bugibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar — xogħol meħtieġ
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ministeru ikkonċernat jassigura li x-xogħol meħtieġ minn korporazzjonijiet u dipartimenti tal-Gvern, fost oħrajn fl-inħawi ta' Bugibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar jiġu koordinati u jsiru qabel ix-xhur tas-sajf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2008 il-Ministeru tiegħi kien nhieda proċedura ta’ konsultazzjoni li permezz tagħha jkun assigurat li l-interventi meħtiega fit-toroq mill-entitajiet differenti ikunu kkoordinati sabiex ma jsirx xogħol fil-vojt. Barra minn hekk infakkar li, kif ġara fl-aħħar snin, fil-perjodu tas-sajf jiġifieri bejn Mejju u Ottubru ta’ kull sena, l-ADT ma tawtoriżżax xogħlijiet fit-toroq ta’ żoni turistiċi bħal ma huma Bugibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar, ħlief f’każijiet partikolari u dan wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Awtorita` tat-Turiżmu. Ovvjament meta tinqala xi ħsara t-tiswijiet neċessarji ikollhom isiru dejjem.
Billi jirriżulta li numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' serra, naturalment fil-kampanja, u allura f'outside development zone areas, ilhom pendenti xhur biex jiġu determinati, jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn l-applikazzjonijiet jitħaffu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità se tagħmel ħilitha biex kemm dawn l-applikazzjonijiet, kif ukoll oħrajn, jitħaffu dment li dan ikun raġonevolment possibbli. Naturalment, wieħed irid iqis ukoll diversi fatturi bħalma huma l-kontenut u l-merti ta' l-applikazzjonijiet individwali u tas-siti proposti, kif ukoll l-implikazzjonijiet fuq l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet oħra.
Billi bosta dwal fl-inħawi tal-port taċ-Ċirkewwa (madwar il-mollijiet) ilhom maqtugħa għal xi żmien, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn jissewwew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' preparazzjoni tkun meħtieġa biex persuna tidħol fil-Korp tal-Pulizija qabel ma fil-fatt tkun tista' tingħaqad fit-taħriġ uffiċjali li jsir bi preparazzjoni għall-membri tal-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibilita' li parti mill-fondi għall-kawżi ġusti, taħt regolamenti stretti, jintużaw biex jitħallsu partijiet mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-istess għaqdiet, għaliex żgur li bosta minn dawn l-għaqdiet qed iservu ta' inċentiv għal skopijiet soċjali-lokali?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - xogħol fuq it-triq
Question
Billi Triq il-Port Ruman il-Qawra, San Pawl il-Baħar hi waħda mill-itwal toroq li hemm fl-inħawi li f'partijiet minnha għadha bla servizzi u bla wiċċ tat-tarmac, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-servizzi u x-xogħol nieqes li għad irid isir, fil-fatt isir kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex almenu fix-xhur tas-sajf ikun hemm estenzjonijiet fil-ħinijiet tat-trasport pubbliku minn u lejn il-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif meħtieġ dwar in-numru ta' palm li kellu jinqata' minħabba l-bumunqar aħmar, lokalità b'lokalità? Kemm minn dawn is-siġar kienu tal-privat u kemm kienu f'postijiet pubbliċi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta’ palm li kellu jinqala minħabba l-bumunqar l-aħmar kien ta’ 310. Minn dawn, 121 palma nqalgħu minn postijiet pubbliċi filwaqt li 189 inqalgħu minn postijiet privati. Id-dokument li juri minn liema lokalitajiet inqalgħu il-palm, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm bdiewa reġistrati bħala part-time u full-time rispettivament sal-aħħar tal-2008 lokalità, b'lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar l-età tal-bdiewa reġistrati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 3624 fejn jien infurmat li l-informazzjoni mogħtija kienet għadha l-istess fl-aħħar tal-2008. Ma tinżammx informazzjoni klassifikata bl-age group.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra dwar kemm kienu impurtati (jew imdaħħla fis-suq Malti) pjanti minn barra minn Malta? Kemm kienu in-numru ta' siġar li daħlu Malta? Minn liema pajjiż ġew dawn il-pjanti/siġar? Tistà din l-informazzjoni tingħata għas-sena 2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul is-sena 2008 ġew impurtati f'Malta siġar u pjanti skond kif ġej:
Mill-Ewropa
Pjanti: 3322
Siġar : 1,289
Xitel ta’ pjanti u ħxejjex: 1,019,321
Il-pajjiżi minn fejn ġew kienu l-Italja, l-Awstrija, l-Olanda, u Spanja,
Minn pajjizi Terzi:
Pjanti tal-Akkwarju: 22,486 - minn Singapore, il-Malaysia, it-Tajlandja u l-Indja.
Orkidi: 165 mit-Tajlandja
Billi l-Kunsill Lokali tal-Imġarr ħa l-inizjattiva biex jibni day centre, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-fatt il-kunsill lokali jkun mgħejjun biex ikompli jibni u forsi wkoll biex 'il quddiem jamministra l-istess binja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Niforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali Mġarr qiegħed f’taħditiet mad-Dipartiment għall-Kura ta’ l-Anzjani biex dan ta’ l-aħħar jipprovdi servizz ta’ nurse biex tkun tista’ tassisti fiċ-Ċentru meta dan jibda jopera. Bħalissa t-taħdidiet għadhom għaddejin u għad m’hemm xejn iffinalizzat.
Barra minn hekk il-Kunsill qiegħed jagħmel arranġamenti biex jikseb self mill-Bank biex ikun jista’ ikompli x-xogħolijiet f’dan iċ-Centru. Naturalment it-talba tas-self tkun trid tgħaddi mill-proċessi kollha, fosthom l-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali bi ftehim mal-Ministru tal-Finanzi.
l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Marittima ta' Malta, — srtudji fuq yacht marinas
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar ittemm l-istudji li kienet għamlet mal-Awtorità Marittima ta' Malta, dwar il-yacht marinas f'diversi inħawi ta' Malta? B'mod partikolari, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-istudji li saru dwar il-marina tax-Xemxija?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għall-għajnuna biex jiġu stallati stair lifts, permezz t'għajnuna mill-Awtorità tad-Djar, matul l-2006, 2007 u l-2008? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati? F'liema lokalitajiet, f'numru għal kull lokalità, ġew approvati dawn l-għajnuniet?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Air Malta — fuel surcharge mħallas mill-passiġġiera
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jiġi stabilit il-fuel surcharge li jintalab jitħallas mill-passiġġiera li jużaw l-Air Malta? Meta ġie ntrodott l-ewwel darba dan il-fuel surcharge? Kif inbidlet matul iż-żmien li ilu jiġi mitlub? Meta nbidel l-aħħar darba?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Porzjuncola - tarmac u servizzi
Question
Billi Triq Porzjunkola fil-Qawra, San Pawl il-Baħar hija okkupata minn numru kbir ta' residenti li ġew joqgħodu f'bini ġdid, jista' l-Ministru jieħu immedjatament il-passi neċessarji biex il-partijiet tagħha li għadhom mhux mogħtija t-tarmac, fil-fatt jinksew bit-tarmac u jsiru ukoll is-servizzu li għad fadal isiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Wara li seħħet ir-reġistrazzjoni tas-siġar tal-palm f'Malta u f'Għawdex, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk hux ser issir xi programm ta' informazzjoni partikolari għas-sidien ta' dawn is-siġar li ġew reġistrati?