Insetti ġodda li qed jagħmel ħsara lill-prodotti agrikoli
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-insetti ġodda li ġew identifikati bħala li qed jagħmlu ħsara lill-prodotti agrikoli fl-ucuħ tar-raba' f'Malta u f'Għawdex? X' miżuri qed jieħu l-ministeru biex jassigura li dawn l-insetti ma jkomplux jinfirxu madwar il-Gżejjer Maltin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-Tuta absoluta, baħrija li tattakka t-tadam, hija l-insett ġdid li ġie rrapurtat fil-gżejjer Maltin għall-ewwel darba f’April ta’ l-2009 u li qiegħed jagħmel ħsara lill-uċuħ tar-raba’ b’mod partikolari lit-tadam.
Jidher mill-esperjenza ta’ pajjiżi Membri oħra li din il-baħrija diffiċli tiġi eradikata. Madankollu sabiex l-insett jiġi kkontrollat, ittieħdu u qed jittieħdu diversi miżuri.
Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti ħareġ Avviz Legali (A.L. 26, 2010) dwar il-kontroll ta’ din il-baħrija. Inħareg ukoll fuljett fejn ingħatat informazzjoni dwar l-insett u d-Dipartiment qiegħed jorganizza diversi laqgħat għall-bdiewa li jkabbru t-tadam.
Hemm imfassal ukoll pjan ta’ kontroll li jinkludi għajnuna sabiex jiġu kkontrollati dawn l-insetti. L-ispezzjonijiet ser jibqgħu għaddejjin minn naħa tad-dipartiment.
Bħalissa d-dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti qed jagħmel eżerċizzju ta’ reġistrazzjoni għal kull min ikabbar u jipproduċi t-tadam li jinkludi bdiewa, mixtliet, importaturi u individwi li jkabbru t-tadam għall-użu tagħhom personali fil-gżejjer Maltin bejn Frar u Awwissu tal-2010. Din ir-reġistrazzjoni qed issir skont l-Avviż tal-Gvern nru. 79 tat-22 ta’ Jannar 2010 u tagħlaq fit-12 ta’ Frar 2010. L-għan ta’ din ir-reġistrazzjoni huwa sabiex tingħata għajnuna għall-kontroll tal-Baħrija tat-Tadam. Permezz tal-informazzjoni li tinġabar minn din ir-reġistrazzjoni, d-Dipartiment jkun jista’ jimplementa aħjar il-programm ta’ kontroll għall-Baħrija tat-Tadam.
Spezzjonijiet fuq siġar u pjanti li ġejjin minn barra
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema spezzjonijiet partikulari qed isiru fuq siġar u pjanti li qed jidħlu fis-suq Malti minn barra, kemm fil-każ ta' pjanti li ġejjin mill-Unjoni Ewropeja, kif ukoll fil-każ ta' pjanti li ġejjin minn pajjiżi oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti jispezzjona dawk il-pjanti u prodotti tagħhom li jinsabu msemmija fl-Iskedi VA u VB tal-Avviż Legali 97/2004 u l-emendi tagħha, kif ukoll l-Annessi VA u VB tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2000/29EC u l-emendi tagħha.
Fil-każ ta’ pjanti u prodotti tagħhom li jiġu mill-Unjoni Ewropea, dawn jiġu spezzjonati fil-post ta’ destinazzjoni , waqt spezzjonijiet li jsiru fil-mixtliet u l-garden centres.
Spezzjonijiet fuq pjanti u prodotti tagħhom li ġejjin minn Pajjizi Terzi, jsiru jew fil-Border Inspection Posts jew fil-post ta’ destinazzjoni. Dawn jinkludu żerriegħa tal-Cruciferae, Graminae, Trifolium triticum, Capsicum, Medicago, Allium u oħrajn li huma mniżżla fil-parti B tal-Iskeda V numru 1 ta’ l- Avviż Legali. Bħala frott li jiġi spezzjonat hemm iċ-ċitru kollu, Momordica, Solanum melongena, Annona, Cydonia, Diospyrus, Malus mangiferta, Passiflora, Prunus, Psidium, Pyrus , Vaccinum, Ribes, Sygium.
Barra dan jiġu wkoll spezzjonati diversi tipi ta’ injam kif ukoll ċana u anki pallets u materjal ieħor li jintuża bħala support.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-diversi palm li miet madwar Malta u li s'issa għadu ma tneħħiex, jitneħħa minn fejn qiegħed?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li permezz tad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti kif ukoll dak tad-Dipartimanent tal-PARK qiegħed isir dak kollu neċessarju biex il-palm mejjet jitneħħa.
Minn naħa tad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti, meta tkun saret spezzjoni fi-propjeta privata jinstab li palma trid tiġi maqlugħa jintbgħat Avviż ta’ Infurzar (Enforcement notice) lil individwu u uffiċjali mill-istess dipartiment jkunu preżenti waqt il-qlugħ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma l-applikanti li bħalissa applikaw biex jingħataw akkomodazzjoni alternattiva, fis-sens ta' informazzjoni dwar dak li jkun hux qed jitlob akkomodazzjoni għaliex:
a) hu
homeless
b) single mother
eċċ. skond il-kategoriji tal-awtoritajiet konċernati?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni Maltin li talbu għajnuna minn xi ambaxxata Maltija wara li kien hemm proċeduri kriminali kontrihom barra minn Malta matul l-2009?
Response (BORG, TONIO)
Matul l-2009 kien hemm 22 talba ta' għajnuna minn persuni Maltin wara li kien hemm proċeduri kriminali kontrihom barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' esproprjazzjoni matul l-2009 għal skop pubbliku? Fejn saru dawn l-esproprjazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 61 espropriju ġdid għal skop pubbliku fl-2009. Dawn kienu mqassmin f’diversi lokalitajiet kif ġej:
23 Xgħajra /Żabbar
13 Marsascala
6 Senglea
3 Żejtun
3 Xewkija
2 Żebbug Malta
2 Rabat Gozo
2 Fgura
1 Dingli
1 Marsa
1 Għargħur
1 Għaxaq
1 Mdina
1 Cospicua
1 Gudja
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet għall-bini ta' ġibjuni/reservoirs quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjentu u l-Ippjanar preżentement?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu t-talbiet li saru minn raħħala f'Malta u Għawdex, li skond kif kien komunikat lilhom ma setgħux jingħataw l-għajnuna taħt xi skema tal-Unjoni Ewropea minħabba li l-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien għadu ma ħariġx?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, preżentement, in-numru ta' talbiet f'Malta u Għawdex biex jinbnew ġibjuni għall-ħażna tal-ilma u li qed jitolbu ukoll għajnuna minn skemi tal-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jinbnew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li preżentament it-talbiet sabiex jinbnew ġibjuni għall-ħażna tal-ilma permezz ta’ għajnuna minn skemi tal-Unjoni Ewropea jammontaw għal 42. Dawn it-talbiet jaqgħu taħt il-Miżura 121- Modernizzazzjoni ta' Strutturi Agrikoli li tnehdiet fil-31 ta’ Ottubru 2008. L-ammont totali ta’ investiment ilaħħaq l- 4,184,449 Ewro (eskluża l-VAT).
Kunsilli lokali — applikazzjonijiet għall-miżura 313 u 323
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' talbiet (applikazzjonijiet) li saru mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex għall-miżura 313 u 323? Liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw? Fiex wasal il-proċess tal-għażla, aġġudikazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi kien hemm 29 kunsill lokali li applikaw għall-miżura 313 – Inkoraġġiment t'attivitajiet turistiċi f' żoni rurali u 28 kunsill lokali li applikaw għall-miżura 323 – Konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali.
Għal miżura 313 applikaw dawn il-kunsilli:
Fontana, Iklin, Kirkop, San Lawrenz, Xagħra, Qala, Għarb, Santa Luċija, Kerċem, Munxar, Siġġiewi, Xewkija, San Ġwann, Sannat, Marsaxlokk, Mosta, San Pawl il-Baħar, Imqabba, Għajnsielem, Mġarr, Mellieħa, Birżebbuga, Naxxar, Dingli, Żurrieq, Żejtun, Għargħur, Rabat u Qrendi.
Għal miżura 323 applikaw dawn il-kunsilli:
Iklin, Kirkop, San Lawrenz, Xagħra, Qala, Għarb, Santa Luċija, Kerċem, Munxar, Siġġiewi, Xewkija, San Ġwann, Sannat, Marsaxlokk, Żebbuġ, Mosta, San Pawl il-Baħar, Imqabba, Għajnsielem, Mġarr, Mellieħa, Birżebbuga, Naxxar, Dingli, Żurrieq, Għargħur, Rabat u Qrendi.
L-applikazzjonijiet bħalissa qegħdin jiġu pproċessati u l-bord tal-għażla mistenni li jitlaqqa’ fi żmien qasir.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlestew l-iskejjel li qed jinbnew preżentement? Wara dawn l-iskejjel, liema hu l-programm tal-Gvern għall-bini ta' skejjel ġodda, jew estensjoni ta' dawk eżistenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskejjel li qed jinbnew preżentement huma l-iskola l-ġdida sekondarja tas-subien fil-Mosta (Żokrija) li se tkun lesta fis-sena 2010, u l-iskola sekondarja ġdida ġewwa ir-Rabat Għawdex li hija mistennija li tkun lesta sas-sena 2011.
Wara dawn l-iskejjel hemm pjanat li tinbena skola ġdida sekondarja għall-bniet ġewwa Ħal Qormi (Ħandaq), skola ġdida sekondarja tal-bniet ġewwa Ħal Kirkop kif ukoll skola tal-kindergarten ġewwa l-Mosta. Mhux eskluż li se jkun ippjanat xogħol ieħor.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx possibilità li għaqdiet sportivi, kemm nazzjonali kif ukoll lokali, jieħdu għajnuna mill-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jifirxu l-ħidma tagħhom biex jilqgħu iktar Maltin u Għawdxin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport hemm aġenzija li tippromwovi programmi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea bl-isem ta' European Union Programmes Agency (EUPA).
Fil-passat kien hemm applikazzjonijiet minn għaqdiet sportivi sabiex jipparteċipaw fil-programmi li ġew aċċettati u kofinanzjati mill-UE.
Għal rigward ta' programmi oħra nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-qrati tagħna, f'dak li jikkonċerna l-Qrati tal-Familja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sat-28 ta' Jannar 2010 in-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Familja (Malta) huwa ta' 960 filwaqt li n-numru ta' kawżi li huma differiti sine die fl-istess Qorti huwa ta' 31. Fil-każ ta' kawżi pendenti fil-Qorti ta' Maġistrati (Għawdex) Ġurusdizzjoni Superjuri, Sezzjoni Familja, in-numru jammonta għal 60 (ċitazzjonijiet u rikorsi ġuramentati), li 3 minnhom huma differiti sine die.
Żgħażagħ jistennew proċeduri quddiem il-Qrati Maltin
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każi kriminali ta' żgħażagħ minorenni li qed jistennew proċeduri quddiem il-Qrati Maltin? Minn fejn huma dawn iż-żgħażagħ li qed jistennew dawn il-proċedini?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 34 żgħażagħ minorenni li għandhom proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Minorenni. Dawn iż-żgħażagħ huma minn dawn il-lokalitajiet:-
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li regolarment jagħmlu użu mid-day centre li hemm f'San Pawl il-Baħar immexxija flimkien mal-kunsill lokali? Jekk ikun hemm ħtieġa li l-kunsill jikkuntatja lill-persuni li jużaw dan il-post, kif jista' jagħmel dan?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Agrikoltura għadux isegwi mill-qrib il-problema tal-bumunqar aħmar fil-palm? Kemm kien in-numru ta' każijiet ġodda li ġew rappurtati lid-dipartiment matul l-2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-dipartiment għas-saħħa tal-pjanti għadu qed isegwi mill-qrib il-problema ta-bumunqar l-aħmar tal-palm. Matul is-sena 2009 saru 417-il spezzjoni marbuta ma' każijiet rapurtati.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċesarji biex il-pelican lights għall-inħawi ta' Burmarrad/San Pawl il-Baħar (tlieta jew erbgħa) li ilhom approvati snin sħaħ, fil-fatt jiġu stallati fejn suppost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sajjieda li matul l-2009 kienu involuti fis-sajd tat-tonn u l-pixxispad f'Malta u Għawdex? Fejn huma reġistrati (lokalità f'Malta u Għawdex) il-bastimenti li kienu qed jistadu għat-tonn/pixxispad?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi n-numru ta’bastimenti f’Malta w Għawdex li matul l-2009 kienu involuti fis-sajd tat-tonn kien ta’84 u għall-pixxispad kien ta’ 546. Dawn il-bastimenti huma reġistrati 478 f’Malta u 68 f’Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' vakanzi li bħalissa hemm f'dak li hu complement ta' skrivani mal-Gvern? Meta hu mistenni li jiġu impjegati l-iskrivani li hemm nieqsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-postijiet ta’ Skrivan jimtlew skont dawk il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku minn żmien għal żmien, hekk kif miftiehma waqt il-capacity building fora li jsiru regolarment bejn il-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeri konċernati.
Is-sejħa għall-applikazzjoni għall-iskrivani ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta’ Novembru 2009 u bħalissa l-Bord tal-Eżamijiet qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex isir il-proċess ta’ l-għażla.
Jista' l-Ministru jikkonferma r-rapporti li dehru fil-media lokali għal dak li jirrigwardja l-bejgħ ta' Selmun Palace Hotel? Jista' jagħti dettalji ta' fejn wasal dan il-proċess ta' bejgħ tal-istess lukanda?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14271.