Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru totali ta' lifts li ġew reġistrati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards sal-lum, kemm għal dawk li huma lifts stallati qabel l-1 ta' Lulju, 2002, kif ukoll jekk ġew stallati wara? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards jew xi awtorità oħra fl-fatt għamlitx spezzjonijiet partikolari biex jiġi aċċertat li fil-fatt m'hemmx lifts li suppost ġew reġistrati iżda li baqgħu mhux reġistrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fir-rigward ta’ l-ewwel mistoqsija sa llum hemm total ta’ elf, mija u ħamsa u disgħin ( 1,195 ) lift reġistrat ma’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards. Dawn il- lifts jinqasmu f’elf, mija u sitta w għoxrin ( 1,126 ) lifts hekk imsejjħa “ġodda” (jigifieri lifts li ġew installati mill-1 ta’ Lujlu 2002 ‘il quddiem) u disgħa u sittin ( 69 ) lifts hekk imsejjħa “eżistenti” (jiġifieri dawk installati sat-30 ta’ Ġunju 2002). Ma’dawn wieħed irid iżid madwar 40 applikazzjoni reċenti li għadhom qed jiġu pproċessati. Għat-tieni mistoqsija, l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards għamlet sbatax-il spezzjoni fuq dan it-tip ta’ lifts. Dawn l-ispezzjonijiet isiru kollha skond l-Avviż Legali 370 ta’ l-2002 fuq ir-Regolamenti tal-Lifts u l-Avviż Legali 231 ta’ l-2007 fuq ir- Regolamenti dwar l-Ispezzjonijiet tal-Lifts. Ta’ min isemmi wkoll li l-Awtorita’ dwar is- Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xogħol hija wkoll involuta fl-ispezzjonijiet ta’ lifts li huma nstallati ġewwa postijiet tax-xogħol.

Burmarrad — Triq l-Insolja - tiswija fuq main tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarj biex fi Triq l-Insolja, Burmarrad, jsiru tiswijiet fuq main tal-ilma li ilu bil-ħsara għal tul taż-żmien biex jieqaf il-ħela tal-ilma u t-tieni biex ma ssirx aktar ħsara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Burmarrad — Triq l-Insolja - asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti ta' Burmarrad li għadha mhix asfaltata u cioè Triq l-Insolja Burmarrad, fil-fatt tiġi asfaltata kemm jista' jkun malajr? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f'din il-parti tat-triq għadx fadal servizzi xi jsiru qabel jingħata l-wiċċ meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bidnija — Triq Girna - xogħlijiet fit-triq

Question

Billi fi Triq il-Girna, Bidnija, saru xi xogħlijiet fit-triq minn korporazzjoni tal-Gvern, liema korporazzjoni baqgħet qatt ma sewwiet l-istess triq, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq tissewwa kif suppost?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7869 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qawra — Triq Porzjunkola - xogħol fuq parapett

Question

Billi jidher li fi Blokk B1, Triq Porzjunkola, Qawra hemm xi parti tal-parapett ħdejn il-blokk ta' appartamenti li baqgħet ma tlestietx għal kollox, jista' l-Ministru jara li personnel tal-Awtorità tad-Djar jagħmlu spezzjoni fuq il-post u jitqabbad kuntrattur biex itemm ix-xogħol li fadal isir?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-blokk imsemmi kif ukoll il-landscaping ta’ madwaru tlestew madwar sitt snin ilu. Infurmat ukoll li dan il-proġett kien mitmum u ma fadalx xogħol pendenti li jrid isir min-naħa ta' l-Awtorita’.

San Pawl il-Baħar — Triq Għar Berbaħ - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq Għar Berbaħ, San Pawl il-Baħar isir xogħol meħtieġa biex ikun hemm sistema tad-drenaġġ, sistema tal-ilma adegwata u wara jsir ix-xogħol meħtieġ fuq il-wiċċ tat-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Roads Network Limited

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5522, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'ser tkun il-funzjoni tar-Roads Network Limited? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istaff li llum jaħdem ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fil-qasam tat-toroq, hux ser jiġu ngaġġati minn din il-kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq li għadhom ma sarux

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6578, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq fl-inħawi msemmija fid-domanda, cioè San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar, Mġarr u Għargħur skond il-prijoritajiet tal-leġislatura preċedenti, u li għadhom s'issa ma sarux? Jista' fl-istess ħin il-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawn l-obblgi hux ser jiġu assunti mill-kumpannija Roads Network Limited?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Piżijiet bla bżonn għall-poplu Malti

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7264, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' "piżijiet bla bżonn" refa' l-poplu matul is-snin li għaddew? Kemm jammontaw dawn l-istess piżijiet f'termini ta' flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xiri tal-karozzi tal-linja kien dipendenti fuq sussidju tal-Gvern liema sussidju jista jiġi evitat fis-sistema proposta.

Bejgħ ta' proprjetà — dħul ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul tal-gvern f'taxxa, bħala riżultat tal-bejgħ tal-proprjetà f'Jannar u Frar ta' 2006, 2007, 2008 u 2009? Fl-istess perijodi, x'kien il-valur tal-proprjetà li ġiet dikjarata fil-kuntratti tal-bejgħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti ta’ taxxa fuq qligħ kapitali, boll flimkien mal-valur tat-trasferementi fix-xhur ta’ Jannar u Frar għas-snin 2006, 2007, 2008 u 2009 hu kif ġej:- Month Year CGT Duty Value € € € Jannar 2006 4,857,000 3,664,471 96,960,493 Frar 2006 5,507,000 3,195,418 84,978,839 Jannar 2007 3,760,000 3,923,442 107,337,315 Frar 2007 9,780,000 3,752,885 102,220,116 Jannar 2008 4,547,000 3,438,622 110,716,889 Frar 2008 6,744,000 3,539,092 108,036,734 Jannar 2009 3,810,000 2,660,968 70,472,153 Frar 2009 3,903,000 2,208,049 81,578,344
Leg 11 PQ #7844 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Land Registry — użu ta' mapep aġġornati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Uffiċju tal-Land Registry biex dan ta' l-aħħar jibda juża l-mapep (site plans) aġġornati li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Land Registry Office — użu tal-pjanti aġġornati

Question

Billi l-Land Registry qed jużaw pjanti (meta persuni jkollhom bżonn jirreġistraw propjetà li jkunu qed jixtru) li ilhom snin sħaħ ma jiġu aġġornati, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Land Registry Office humiex qed jużaw il-pjanti aġġornati tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba xi kwestjonijiet ta' ħlas annwali lill-istess Awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7846 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bugibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra — inċidenti bejn residenti u immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr jibda jkun hemm solveljanza aktar spissa min-naħa tal-Pulizija fl-inħawi ta' Bugibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra, qabel ma jinqalgħu xi inċidenti serji minħabba l-preżenza ta' dawk li r-residenti qed iqisu bħala immigranti irregolari, li ġew joqogħdu fl-inħawi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel ronda fuq bażi regolari f'diversi lokalitajiet, inklużi dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Naxxar — Sqaq il-Kustinjuż - triq b'wiċċ ġdid

Question

Billi Sqaq il-Kustinjuż limiti tan-Naxxar jinsab fi stat ħażin ħafna, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li l-ħsarat li hemm jitneħħew billi jsir wiċċ ġdid f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Naxxar — limiti tal-Budaq - ħsarat fis-sistema tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru rapporti ta' ħsarat fis-sistema tal-ilma fl-inħawi magħrufa bħala il-Budaq, limiti tan-Naxxar, matul l-aħħar 12-il xahar? X'tip ta' rimedji fil-fatt ittieħdu biex dawk li għandhom residenza, attività kummerċjali jew dik agrikola f'dawn l-inħawi jinqdew bl-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — garanzijali tiswijiet jsiru sew

Question

Billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn żmien għall-ieħor ikollha bżonn tiftaħ it-toroq biex twettaq tiswijiet fuq is-sistema tal-ilma tagħha, jista' l-Ministru jara li l-istess korporazzjoni tiggarantixxi li dawn l-interventi fuq it-triq jiġu msewwija sew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie mwaqqaf 'Quality Assurance Unit' fi ħdan l-ADT li wieħed mill-objettivi prinċipali tagħha huma li tiżgura li kull intervent li jsir fuq it-toroq iżomm ma' standards ta' kwalita' stabbilita u jsiru fl-aqsar żmien possibli sabiex titnaqqas l-inkonvenjenza għall-pubbliku.
Leg 11 PQ #7022 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Azzjoni Industrijali

Question

Billi matul il-ġimgħat li għaddew kien hemm azzjoni industrijali għaddejja fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li għal xi jiem wasslet biex lanqas jiġu aċċettati karti fir-reception tal-Awtorità, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk minn kellu karti li suppost daħlu f'dawk il-jiem fil-fatt hux se jiġu penalizzati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhiex ser tippenalizza lill-applikanti li setgħu ma daħlux il-karti fil-ħin b’riżultat ta’ l-azzjoni industrijali.
Leg 11 PQ #7095 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

l-Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Marittima ta' Malta, — srtudji fuq yacht marinas

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ittemm l-istudji li kienet għamlet mal-Awtorità Marittima ta' Malta, dwar il-yacht marinas f'diversi inħawi ta' Malta? B'mod partikolari, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-istudji li saru dwar il-marina tax-Xemxija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-riżultati ta’ l-istudji msemmija se jkunu nklużi fir-rapport ta’ konsultazzjoni li qed jiġi ppreparat mill-Awtorità Marittima, liema dokument se jiġi ppublikat u mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dalwaqt.

Air Malta — fuel surcharge mħallas mill-passiġġiera

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jiġi stabilit il-fuel surcharge li jintalab jitħallas mill-passiġġiera li jużaw l-Air Malta? Meta ġie ntrodott l-ewwel darba dan il-fuel surcharge? Kif inbidlet matul iż-żmien li ilu jiġi mitlub? Meta nbidel l-aħħar darba?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Membru hija ta' natura kummercjali u sensittiva ferm ghax tolqot id-dhul ta' l-Air Malta. Ghaldaqstant m'huwiex prudenti li tinghata l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #7837 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu — għajnuna fuq slielem, bins u faċilitajiet oħra turistiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu matul l-istaġun tas-sajf li ġej tagħti l-għajnuna tagħha biex fl-inħawi ta’ Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar, is-slielem ta’ ħdejn il-baħar, il-bins fuq il-bajjiet u faċilitajiet turistiċi oħra jitwaħħlu kmieni biżżejjed qabel l-istaġun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.