Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — Distribution Centre - proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta l-proġett marbut mad-distribuzzjoni tal-elettriku li joriġina mid-distribution centre tal-Mosta? Kemm hu mistenni li jqum il-proġett kollu meta jitlesta minn dak kollu li hu meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Mosta tlesta kmieni din is-sena u ġie jiswa madwar €15.4 miljun inkluż il-cables tal-132kV. L-estenzjoni tal-feeders minn dan iċ-Ċentru huwa proċess kontinwu li jittwettaq meta jkun hemm bżonn u skond il-projiritajiet li jkun hemm.

Bus shelters approvati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk waslux il-bus shelters li kienu approvati f'diversi nħawi ta' Malta? Jekk iva, meta ser jitwaħħlu? Jekk le, meta hu mistenni li jkunu Malta, biex jitqegħdu f'posthom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s’ issa waslu għoxrin (20) Bus Shelter minn mija (100) li ġew ordnati mill-kumpanija Faces Ltd. Madwar ħamsin (50) minn dawn il-bus shelters kienet applikat għalihom l-ADT, filwaqt li l-kumplament applikaw għalihom diversi Kunsilli Lokali. Infurmat ukoll li bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex jibdew jitqegħdu uħud mill- bus shelters li kienet applikat għalihom l-ADT. Għar-rigward ta’ bus shelters li applikaw għalihom il-Kunsilli Lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

San Pawl il-Baħar — Breakwater tal-Veċċa

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dwal fuq il-breakwater tal-Veċċa, San Pawl il-Baħar, jissewwew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-dawl tan-navigational aid li hemm fuq il-breakwater qed jaħdem. Jekk l-Onor Interpellant qed jirreferi għal xi dwal oħra, nitolbu jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Land Registry Office — użu tal-pjanti aġġornati

Question

Billi l-Land Registry qed jużaw pjanti (meta persuni jkollhom bżonn jirreġistraw propjetà li jkunu qed jixtru) li ilhom snin sħaħ ma jiġu aġġornati, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Land Registry Office humiex qed jużaw il-pjanti aġġornati tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba xi kwestjonijiet ta' ħlas annwali lill-istess Awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistemi tal-IT kollha li huma preżentement użati mid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet, qed jiġu riveduti sabiex ikunu robusti biżżejjed biex jifilħu għall-ħtiġijiet li ser jitnisslu meta l-Parlament japprova l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali. Dawn se jinkludu servizzi li llum huma ineżistenti bħal pereżempju illi aċċess għall-pjanti jkun web based ukoll. Għalhekk inħass li ma kienx jagħmel sens illi l-eżerċizzju ta' aġġornament tal-pjanti jitnieda waħdu imma jkun iktar għaqli li jsir eżerċizzju olistiku li jkopri t-titjib tal-functionalities kollha.

Awtorità dwar it-Trasport — toroq li qatt ma saru

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm fadal toroq li huma magħrufa mill-Awtorità dwar it-Trasport, bħala li għadhom qatt ma saru, u li allura huma responsabbiltà ta' l-istess awtorità biex jiġu mogħtija wiċċ bit-tarmac? X'tip ta' informazzjoni nġabret mingħand il-korporazzjonijiet l-oħra biex jiġi assigurat li dawk li huma servizzi meħtieġa jkunu diġà tqiegħdu f'posthom qabel jibda x-xogħol ta' l-asfaltar ta' dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — San Pawl il-Baħar - Triq San Pawl - trinek

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, matul dawn l-aħħar ġimgħat jiġi msewwi sew, għaliex fil-fatt wara li sar ix-xogħol fuq is-servizzi ta' l-ilma, it-trinek li saru niżlu, b'mod li bħalissa qed iservu ta' sleeping policemen?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-KSI li ser terġa' tirranġa x-xogħol biex jitlesta kif suppost.

Studenti li applikaw għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7539, billi minn din ir-risposta qed jidher li n-numru ta' tfajliet/nisa li ser joqogħdu għal xi eżami/ eżamijiet tal-Matsec fil-livell avvanzat, hu ferm ikbar minn dak ta' ġuvintur/irgiel, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif dawn in-numri jitqabblu ma' dawk ta' għaxar snin u ħames snin ilu? Jekk hemm bidla sinifikanti, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'jista' jkun wassal għal din il-bidla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw għall-eżamjiet tal-MATSEC fil-Livell Avvanzat għaxar snin ilu, ħames snin ilu u din is-sena huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt. Jidher li f’dawn is-snin dejjem kien hemm iktar tfajliet/nisa’ milli ġuvintur/irġiel joqgħodu għall-eżamijiet f’dan il-livell. Ċertifikat tal-Matrikola Advanced Level Single Subject Totali Sena Subien Bniet Subien BnietSubienBnietTotali 1999 784 937 610 800139417373131 2004 976 1257 478 700145419573411 2009 989 1450 539 849152822993827 Waqt li x-xejriet juru żieda fin-numru ta’ reġistrazzjonijiet għall-eżamijiet fil-livell Avvanzat bejn l-1999 u l-2009, iż-żieda fin-numru ta’ tfajliet hija ħafna ikbar miż-żieda fin-numru ta’ ġuvintur. Din ir-realta’ teżisti fil-livelli kollha ta’ l-Edukazzjoni. Il- performance gap favur il-bniet teżisti kemm fl-eżami tal- Junior Lyceum , fis-SEC, fiċ-ċertifikati tal-Matrikola u anke l-Universita’. Jidher illi iktar ġuvintur milli tfajliet jidħlu fid-dinja tax-xogħol immedjetament wara l-iskola sekondarja, kif wkoll jidħlu għal korsijiet vokazzjonali. M’hemmx studju partikolari li janalizza din is-sitwazzjoni għalkemm hemm bosta indikaturi li jeħtieġ li jkunu studjati b’mod xjentifiku biex naslu għall-konklużjonijiet konkreti.

immigranti illegali salvati minn vapur Tork — żviluppi u deċiżjonijiet permanenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi u deċiżjonijiet permanenti li ttieħdu fuq livell nazzjonali, jew Ewropew, wara l-każ ta' l-immigranti li ġew salvati minn vapur Tork, u li ħoloq diffikultajiet bejn Malta u l-Italja? Jekk kien hemm, x'kienu dawn id-deċiżjonijiet u kif jaffettwawna bħala nazzjon?

Response (BORG, TONIO)

Aktar minn deċiżjonijiet, kien hemm żviluppi mportanti u pozittivi għal Malta li ttieħdu fuq livell Ewropew. Saru żewġ laqgħat importanti. Fi Brussels il-Ħamis 23/04/09, saret laqgħa bejn il-Ministru C. Mifsud Bonnici, il-Ministru Maroni u l-Kummissarju Ewropew Jacques Barrot. F’dil-laqgħa kien hemm qbil dwar impenn komuni mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Italja u Malta, sabiex ikun hemm iktar solidarjeta fost l-Istati Membri. Jiena kelli laqgħa positiva ħafna mal-Ministru Frattini f’Lussemburgu fil-27/04/09 dwar strategija komuni dwar l-imigrazzjoni fil-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin (GAERC) Ta’ min jgħid ukoll li fuq livell tal-Parlament Ewropew, saret ħidma ko-ordinata bejn il-Gvern Malti u wħud mill-Membri li jirrapreżentawna, biex jittieħed vot fil-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili dwar burden sharing u dwar is-sospensjoni tar-Regolament Ewropew ta’ Dublin fil-każ ta’ pajjiżi bħal Malta li qegħdin jiffaċjaw pressjoni migratorja disproporzjonata. Dan il-vot hu pass ieħor mill-proċedura ta’ ko-deċizjoni li biħ jitħaddem il-proċess leġistlattiv Ewropew.
Leg 11 PQ #8062 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu — investiment

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jkun l-investiment li ser tagħmel l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fil-lokalitajiet turistiċi, u ta' importanza turistika, matul din is-sena? Liema proġetti oħra huma ppjanati li jsiru, fejn ser isiru, u kemm hu mistenni li jqumu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8063 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea — għajnuna lil kunsilli lokali - użu minn fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif, il-Gvern, u partikularment il-MUESAC, qed igħin lill-kunsilli lokali biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu minn fondi tal-Unjoni Ewropea għall-proġetti lokali? X'tip ta' proġetti partikolari jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-MEUSAC jgħin lill-kunsilli lokali jagħmlu użu minn fondi tal-UE għal proġetti lokali billi: 1. Jgħaddilhom informazzjoni dwar programmi ta’ fondi tal-UE li jistgħu jkunu ta’ interess għall-lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Dan isir permezz ta’ emails, seminars u newsletters u b’kull mezz possibbli. 2. Joffri assistenza teknika lill-kunsilli lokali biex jidentifikaw programmi ta’ interess għalihom u jgħinhom jiddisinjaw il-programm u jimlew l-applikazzjoni. Il-programmi ewlenin li minnhom jistgħu jibbenefikaw kunsilli lokali huma: a) Lifelong learning programme b) Culture Programme c) Media Programme d) Youth in Action Programme e) Europe for Citizens f) Territorial Cooperation Programmes g) ERDF h) ESF i) ENPI j) Life + k) Leader l) Framework Programme 7 m) CIP n) EAFRD o) Urbact p) Public Health Programme q) Grants diretti oħra mill-Kummissjoni Ewropea.

Road Tax

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6573 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, cioè: Billi minn din is-sena nbidlu l-kriterji li abbażi tagħhom wieħed iħallas il-liċenzja (road tax) annwali tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bniedem li jbiddel il-magna tal-vettura tiegħu, mingħajr ma jbiddel il-vettura hux ser ikun jista' jitlob għar-reviżjoni tal-ħlas dovut, abbażi ta' l-emissjonijiet li l-magna mqiegħda ġdida fil-fatt tipproduċi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt li l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur kien qed jiġi diskuss fl-Istadju ta’ Kumitat tressqet u kienet accettata emenda fis-sens li fejn vettura bil-mutur, li tkun diġà reġistrata mill-Awtorità, titwaħħlilha magna ġdida jew il-magna tagħha tiġi mgħammra b’apparat li għalih ikun hemm fis-seħħ ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-manifattur, u allura tkun tikkwalifika għal livelli mnaqqsa ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jew ta’ materja partikolata, dik il-vettura tikkwalifika għad-dritt ta’ liċenzja ta’ ċirkolazzjoni applikabbli għal dawk il-livelli mnaqqsa ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jew ta’ materja partikolata. Dan sakemm dik il-vettura tkun koperta minn ċertifikat ta’ emissjonijiet mnaqqsa maħruġ minn eżaminatur awtorizzat jew minn faċilità għall-ittestjar akkreditata.
Leg 11 PQ #7837 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu — għajnuna fuq slielem, bins u faċilitajiet oħra turistiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu matul l-istaġun tas-sajf li ġej tagħti l-għajnuna tagħha biex fl-inħawi ta’ Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar, is-slielem ta’ ħdejn il-baħar, il-bins fuq il-bajjiet u faċilitajiet turistiċi oħra jitwaħħlu kmieni biżżejjed qabel l-istaġun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-responsabbiltà ta’ twaħħil ta’ slielem u bins fuq ix-xtut ma taqax taħt l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu iżda taħt is-sezzjoni tindif tax-xtut. Ta’ min igħid li minn din is-sena din is-sezzjoni saret tagħmel parti mis-C.S.D. taħt il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali li ħadet taħt idejha n-nies li kienu jiffurmaw is-sezzjoni. Ninsab infurmat ukoll li x-xogħol f’dan ir-rigward hu fil-proċess li jitwettaq.

xitel tal-frawli impurtati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' xitel tal-frawli li ġew impurtati f'Malta qabel l-istaġun tat-taħwil tal-frawli għal din is-sena? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' xitel li ġie impurtat matul is-snin li għaddew?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

numru ta' varjetajiet ta' żerriegħa tal-patata impurtati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' varjetajiet ta' żerriegħa tal-patata li ġew impurtati f'Malta qabel l-istaġun taż-żriegħ ta' din is-sena? Kif jitqabbel dan in-numru ma' dak ta' snin oħra? Hemm xi raġuni partikulari għaliex seħħet din il-bidla?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

kontroll fuq it-tnaqqis ta l-istocks tal-ħut fil-Mediterran

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'sehem qed tagħti Malta, flimkien mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea biex kemm jista' jkun ikun hemm kontroll fuq it-tnaqqis ta l-istocks tal-ħut fil-Mediterran biex dawn ma jonqsux għal-livelli li jistgħu jkunu diżastrużi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

servizz tat-tramm

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji dwar it-trasport pubbliku fejn jirrigwarda s-servizz tat-tramm f'pajjizna? Kien hemm xi żviluppi partikulari li ħarġu minn l-istudji dwar dan is-suġġett? Jekk iva, jista' wieħed jingħata aktar informazzjoni dwar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

kontroll fuq il-ħsarat fit-toroq

Question

Billi l-Ministru għamel referenza għall-mudell ta' Portsmouth għal dak li jirrigwarda il-mod ta' kif isir kontroll fuq il-ħsarat fit-toroq tagħna, u kif il-kuntratturi tat-toroq jinżammu responsabbli għax-xogħol li jwettqu, jista' l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' xi master plan li tintuża f'din il-parti ta' l-Ingilterra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8057 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Toroq fil-kampanja

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif toroq fil-kampanja, li jgħaqqdu irħula flimkien, jistgħu jingħataw wiċċ bit-tarmac, bħalma ngħatat riċentament it-triq li mir-Rabat twassal għas-Siggiewi, proprju biex jiġi assigurat li filwaqt li jiġu evitati ħafna ilmenti, il-kunsilli lokali, li m'għandhomx fondi biżżejjed għal dan ix-xogħol ma jibqgħux jiġu akkużati li mhux qed iwettqu dmirhom sew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Riforma fit-trasport pubbliku

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7264, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet il-preparazzjoni tat-tender li qed issir referenza għaliha fl-istess risposta? Fiex waslet s'issa d-diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reserved parking bays

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux normali li jiġu approvati reserved parking bays f'toroq prinċipali, li fihom it-traffiku jgħaddi fiż-żewġ direzzjonijiet u li mhumiex wesgħin biex jippermettu parking ta' dan it-tip fihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.