Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' varjetajiet ta' żerriegħa tal-patata li ġew impurtati f'Malta qabel l-istaġun taż-żrieragħ ta' din is-sena? Kif jitqabbel dan in-numru ma' dak ta' snin oħra? Hemm xi raġuni partikulari għaliex seħħet din il-bidla?
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar x'passi qed jieħu l-Gvern ta' Malta biex jiġi assigurat li l-problemi marbuta mas-swine flu li faqgħet riċentament ma jolqtux l-gżejjer Maltin?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-fire engines mill-fire station tax-Xemxija ntalbu jintervjenu matul ix-xhur Ottubru 2008 sa Marzu 2009 xahar b'xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta'interventi li wettqet il-Fire Station tax-Xemxija matul il-perjodu indikat kien kif ġej:-
2008 2009
Ottubru 55 Jannar 37
Novembru 39 Frar 38
Diċembru 58 Marzu 54
Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li parti mill-fondi għall-kawżi ġusti, taħt regolamenti stretti, jintużaw biex jitħallsu partijiet mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-istess għaqdiet, għaliex żgur li bosta minn dawn l-għaqdiet qed iservu ta' inċentiv għal skopijiet soċjali-lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fond għall-Kawżi Ġusti ġie mwaqqaf sabiex jiġu mgħejjuna proġetti u inizzjattivi proposti minn individwi, għaqdiet u organizzazzjonijiet ta’ natura reliġjuża, filantropika, sportiva, edukattiva, soċjali jew ta’ natura ċivika. Dan biex jinċentiva aktar investiment fost dawn l-għaqdiet li jkun sostenibbli.
Jekk wieħed japprova spejjeż rikorrenti minn dan il-fond ikun qed jillimita kemm l-iskop tal-Fond kif ukoll l-allokazzjonijiet fuq proġetti ta’ kull xorta ta’ natura oħra.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7590, jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibilità li d-diversi għaqdiet sportivi li għandna f'pajjiżna jissottomettu, wara talba għal ta' l-apposta min-naħa tal-Ministeru, t-talbiet tagħhom għall-ħlas ta' dawn il-kontijiet li l-għaqdiet għandhom mal-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7590.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif toroq fil-kampanja, li jgħaqqdu irħula flimkien, jistgħu jingħataw wiċċ bit-tarmac, bħalma ngħatat riċentament it-triq li mir-Rabat twassal għas-Siġġiewi, proprju biex jiġi assigurat li filwaqt li jiġu evitati ħafna ilmenti, il-kunsilli lokali, li m'għandhomx fondi biżżejjed għal dan ix-xogħol ma jibqgħux jiġu akkużati li mhux qed iwettqu dmirhom sew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern hu konxju li jeżistu ċirkostanzi partikolari f’kull lokalità li għalihom il-Kunsill ma jkollux fondi meħtieġa biex jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu dwarhom.
Kull lokalità hi differenti u għandha ċirkostanzi partikolari li jeħtieġu rimedji speċjali. Għal dan il-għan, din is-sena, il-Gvern alloka nofs miljun ewro (€ 500,000) bħala Fondi Speċjali għall-bżonnijiet speċjali. Fil-fatt din l-iskema, li l-applikazzjonijiet għaliha jagħlqu fl-aħħar ta’ Mejju 2009, ġiet imnedija u kull Kunsill hu liberu li japplika għal dawn il-fondi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-pjanti tas-siti li ġew identifikati biex fihom isiru marinas kemm temporanji kif ukoll permanenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex numru ta' nies li xtraw karozza second hand mill-Ġappun, fil-fatt għadhom ma jistgħux jagħmlu użu mill-vetturi li xtraw għaliex jidher li hemm differenza ta' interpretazzjoni dwar x'inhu l-valur tas-CO2 ta' dawn l-istess vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Karozzi second hand mill-Ġappun
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu n-numru ta' sidien ta' vetturi second hand mill-Ġappun li għandhom talba pendenti għand l-Awtorità dwar it Trasport biex jingħataw in-number plates, li iżda mhux qed jingħataw dawn in-number plates għaliex jidher li hemm xi differenzi fl-interpretazzjoni ta' x'inhu l-valur tas-CO2 ta' dawn l-istess vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk sarux xi feasibility studies mill-Awtorità Marittima ta' Malta jew il-MIMCOL, dwar il-possibilità li jiġu stabbiliti b'suċċess finanzjarju, marinas li għandhom inqas minn 200 berth għall-yachts meta wieħed iqis li dawn il-marinas iridu ammont sostanzjali ta' sigurtà?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jassigura li qabel ix-xhur tas-sajf, f'kull lokalità madwar Malta fejn is-soltu jitwaħħlu s-slielem għall-baħar, fil-fatt dawn jerġgħu jitwaħħlu? Jista' jassigura wkoll li qabel jibda s-sajf jiġi assigurat mal-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu, li kull fejn kellha talbiet għal slielem ġodda, dawn it-talbiet jgħaddu għand il-Corporate Services Directorate?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru lir-responsabbiltà tat-tindif, tisbiħ u titjib tal-bajjiet hija f’idejn id-Diviżjoni tas-Servizzi fil-Ministeru tiegħi. Bħalissa għaddej eżerċizzju komprensiv biex fil-postijiet indikati mill-MTA isir twaħħil ta’ slielem li nqalgħu biex ikunu mtejjba u rranġati.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Uffiċju tal-Land Registry biex dan ta' l-aħħar jibda juża l-mapep (site plans) aġġornati li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern bħalissa qiegħed iħares lejn il-finanzjament tal-MEPA fl-isfond li l-Gvern iqis li din l-Awtorità trid tiġi self-financing. Is-servizzi li l-MEPA tagħti lill-Gvern huma parti mid-diskussjonijiet li għaddejjin f’dan ir-rigward.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Sirens FC - ground bit-turf
Question
Billi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar identifikat is-sit fejn hemm il-ground tal-football tas-Sirens FC bħala post li fih għandu jkun hemm parking area pubblika, jista' l-Prim Ministru jagħti l-għajnuna tiegħu biex il-Gvern jikkontribwixxi fil-bini ta' dan il-car park għaliex din id-deċiżjoni qegħda żżomm lill-klabb milli jkun jista' jibda l-programm li bih ikun jista' jagħmel il-wiċċ tal-ground bit-turf?
Proprjetajiet li bilfors iridu jibqgħu taħt l-amministrazzjoni tal-Gvern Ċentrali
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7162, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi propjetajiet partikolari li ma jistgħux jiġu devoluti lill-kunsilli lokali, fis-sens li dawn bilfors iridu jibqgħu taħt l-amministrazzjoni tal-Gvern Ċentrali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
immigranti irregolari — kuntatt wara li jitilqgħu mill-open centres
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jinżammx xi forma ta' kuntatt mal-immigranti irregolari, wara li dawn joħorġu mill-open centres, u jmorru joqogħdu f'area residenzjali, fejn ikollhom il-libertà li jitħalltu (bla kontroll) mar-residenti ta' l-inħawi fejn imorru joqogħdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi dawk l-immigranti li jitilqu miċ-Ċentri Miftuħa biex imorru joqgħodu f’żoni residenzjali huma mitluba li minn żmien għal żmien, jirrappurtaw fl-Uffiċċju Ċentrali tal-Immigrazzjoni tal-Pulizija. Barra minn hekk, dawk l-immigranti kollha li jgawdu minn xi forma ta’ protezzjoni jmorru minn rajhom fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati sabiex iġeddu ċ-ċertifikati meta jasslu biex jiskadu. L-uffiċċju tal-OIWAS iżommu wkoll kuntatt ma' numru ta' każijiet soċjali li jimmiraw attenzjoni.
avukati, nutara u prokuraturi legali — informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' avukati, nutara u prokuraturi legali li bħalissa għandhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn skont il-professjoni tagħhom huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:-
Professjoni Nisa Irġiel
Nutara 137 113
Prokuraturi Legali 39 20
Għar-rigward ta' Avukati, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7170, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' x'inhuma t-tipi diversi ta' armi li ġew impurtati, skond il-kategorija tagħhom, kif jidhru fir-risposta? Fl-istess ħin, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, f'kategoriji differenti hu n-numru ta' armi reġistrati f'Malta u Għawdex preżentement, b'mod separat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari. Rigward l-ewwel parti tad-domanda, ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — siti tal-marinas
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid billi numru sew mis-siti mħabbra għall-użu tal-marinas huma differenti minn dawk li kienu identifikati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fis-snin 90, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhi l-opinjoni tal-Awtorità dwar is-siti identifikati?